Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0111

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/111/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li temenda l-Anness II mad-Direttiva 92/34/KEE dwar il-marketing ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intenzjonati għal produzzjoni ta’ frottTest b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 311, 27.11.2003, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/09/2012; Impliċitament imħassar minn 32008L0090

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/111/oj

    32003L0111



    Official Journal L 311 , 27/11/2003 P. 0012 - 0013


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/111/KE

    tas-26 ta’ Novembru 2003

    li temenda l-Anness II mad-Direttiva 92/34/KEE dwar il-marketing ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intenzjonati għal produzzjoni ta’ frott

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-bejgħ (marketing) ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intenzjonati għal produzzjoni ta’ frott [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 92/34/KEE tistabbilixxi dispożizzjonijiet Komunitarji għall-bejgħ (marketing) ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intenzjonati għal produzzjoni tal-frott ġewwa l-Komunità. Tapplika għal genera u speċi elenkati fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva.

    (2) Ċerti genera u speċi ta’ frott li preżentement mhumiex inklużi fl-Anness II tad-Direttiva 92/34/KEE kibru fl-importanza ekonomika. Minħabba f’hekk, huwa xieraq li issa jkunu inklużi fil-genera u speċi elenkati fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Il-genera u speċi li ġejjin għandhom ikunu inklużi: Castanea sativa Mill., Ficus carica L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf. and Vaccinium L. Barramindan, l-ispeċi Citrus, l-ispeċi Fragaria, l-ispeċi Pyrus, l-ispeċi Ribes, u l-ispeċi Rubus għandhom jiżdiedu maċ-Citrus (L.) Osbeck, C. limon (L) Burm. f., C. reticulata Blanco, C. paradisi Macf., C. aurantifolia (Christm.) Swing, Fragaria x ananassa Duch. (frawla), Pyrus communis L., Ribes (passolina ħamra) u Rubus (tuta), u Cydonia Mill. Għandhom ikunu ssostitwiti b’Cydonia oblonga Mill.

    (3) Fl-interess taċ-ċarezza, il-lista fl-Anness II mad-Direttiva 92/34/KEE għandha tkun issostitwita b’lista ġdida li tinkludi il-genera u speċi kollha f’ordni alfabetiku b’isimhon botaniku.

    (4) Id-Direttiva 92/34/KEE għandha għalhekk tkun emendata għal dan il-għan.

    (5) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ Materjal ta’ Tnissil u Pjanti ta’ Genera u Speċi ta’ Frott,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L- Artikolu 1

    L-Anness II mad-Direttiva 92/34/KEE huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

    L- Artikolu 2

    1. Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Ottubru 2004 l-iktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel (fil-pront) lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza tali

    2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    L- Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    L- Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Novembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    “L-ANNESS II

    LISTA TA’ GENERA U SPEĊI LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

    Castanea sativa Mill.

    Citrus L.

    Corylus avellana L.

    Cydonia oblonga Mill.

    Ficus carica L.

    Fortunella Swingle

    Fragaria L.

    Juglans regia L.

    Malus Mill.

    Olea europaea L.

    Pistacia vera L.

    Poncirus Raf.

    Prunus amygdalus Batsch

    Prunus armeniaca L.

    Prunus avium (L.) L.

    Prunus cerasus L.

    Prunus domestica L.

    Prunus persica (L.) Batsch

    Prunus salicina Lindley

    Pyrus L.

    Ribes L.

    Rubus L.

    Vaccinium L.”

    "

    --------------------------------------------------

    Top