Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0107

    Id-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib.

    ĠU L 7, 13.1.2004, p. 40–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/107/oj

    32003L0107



    Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0040 - 0040


    Id-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tal-5 ta’ Diċembru 2003

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib.

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1],

    Billi:

    (1) L-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE [2] huwa li tiġi provduta data ta’ min jorbot fuqha u komparabbli fuq il-produzzjoni u l-użu tal-ħalib u informazzjoni ta’ min jorbot fuqha, regolari u fuq bażi ta’ żmien qasir fuq kunsinni ta’ ħalib lill-impriżi li jitrattaw jew jipproċessaw il-ħalib u fuq il-produzzjoni ta’ prodotti ta’ ħalib fl-Istati Membri.

    (2) In vista tal-importanza ekonomika dejjem tikber tal-livell ta’ proteina fil-ħalib, qiegħed isir dejjem iktar neċessarju li jkun hemm informazzjoni statistika fuq il-livell ta’ proteina tal-prodotti tal-ħalib ewlenin.

    (3) L-ispeċjaliżżazzjoni fl-agrikoltura qed tiżdied in ġenerali, u s-settur tal-ħalib, in partikolari, qiegħed jgħaddi preżentement minn speċjalizzazzjoni reġjonali li tqajjem differenzi enormi bejn ir-reġjuni ta’ Stat Membru singolu, li jirrikjedu informazzjoni dettaljata fuq livell reġjonali.

    (4) Sabiex jiġi garantit il-paragun tar-riżultati, rapporti metodoloġiċi għandhom jiġu miġbura skond format standard,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:

    (a) dan li ġej għandu jkun miżjud ma’ paragrafu 1(b):

    "(iv) il-kontenut ta’ proteina tal-prodotti ewlenin tal-ħalib, ibbażat fuq il-kejl jew metodu ta’ stima li x’aktarx jiggarantixxi data ta’ min jorbot fuqha;

    (v) il-kwantità ta’ ħalib tal-baqra prodott minn azjendi agrikoli fuq bażi reġjonali (unità territorjali NUTS 2) skond il-kejl jew metodu ta’ stima l-iktar addattat sabiex tiġi garantita data ta’ min jorbot fuqha."

    (b) paragrafu 2 għandu jitħassar;

    2. l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(2) għandha tkun mibdula b’dan li ġej:

    "L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni ta’ kull sena bl-informazzjoni metodoloġika dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), permezz ta’ kwestjonarju standard magħmul mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.";

    3. L-Artikolu 6(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fil-punt (b), it-tieni inċiż għandu jkun imneħħi;

    (b) punt (ċ) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "(ċ) f’Settembru tas-sena ta’ wara s-sena tad-data ta’ referenza, ir-riżultati msejħa fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 1 u f’punti (b)(v) u (ċ) ta’ l-Artikolu 4(1)."

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-direttiva sal-31 ta’ Marzu 2004. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni fil-ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 5 Diċembru 2003.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    P. Lunardi

    [1] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 Settembru 2003 (mhux pubblikata sa issa fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003.

    [2] ĠU L 78, 28.03.1996, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top