Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0065

Id-Direttiva 2003/65/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' l-annimali wżati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 230, 16.9.2003, pp. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/05/2013; Impliċitament imħassar minn 32010L0063

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/65/oj

32003L0065



Official Journal L 230 , 16/09/2003 P. 0032 - 0033


Id-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Lulju 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' l-annimali wżati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Fit-23 ta' Marzu 1998 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 1999/575/KE li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-annimali vertebrati wżati għal għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra [4] (minn issa 'l quddiem imsejħa l-Konvenzjoni),

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/609/KEE [5] hija l-għodda ta' l-implimentazzjoni tal-Kovenzjoni u tinkopora l-istess miri bħall-Konvenzjoni.

(3) L-Anness mad-Direttiva 86/609/KEE li fih il-linji gwida rigward l-akkommodazzjoni u l-kura ta' l-annimali jieħu x-xogħol ta' l-Appendiċi A mal-Konvenzjoni. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-Appendiċi A mal-Konvenzjoni u l-Annessi mad-Direttuva msemmija huma ta' natura teknika.

(4) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta' l-Annessi mad-Direttiva 86/609/KEE ma' l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tekniċi u mar-riżultati tar-riċerka ġewwa l-oqsma koperti. Bħalissa, il-bidliet għall-Annessi jistgħu jiġu adottati biss bil-proċedura li tieħu ħafna żmien għal ko-deċiżjoni bil-konsegwenza illi l-kontenut tagħhom waqa' lura fl-aħħar żviluppi f'dan il-kamp.

(5) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni [6].

(6) Id-Direttiva 86/609/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin fid-Direttiva Nru 86/609/KEE:

"L-Artikolu 13a

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu mal-materji riferiti hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja ddikjarata fl-Artikolu 24b(2):

- L-Annessi ma' din id-Direttiva.

Artikolu 24b

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura."

Artikolu 2

L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel is-16 ta' Settembru 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU C 25 E, tad-29.1.2002, p. 536.

[2] ĠU C 94, tat-18.4.2002, p. 5.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Posizzjoni Komuni tas-17 ta' Marzu 2003 (ĠU C 113 E, tat-13.5.2003, p. 59) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 222, ta' l-24.8.1999, p. 29.

[5] ĠU L 358, tat-18.12.1986, p. 1.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

Top