EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0012

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/12/KE tat-3 ta’ Frar 2003 dwar ir-riklassifikazzjoni ta’ l-impjanti tas-sider fil-kwadru tad-Direttiva 93/42/KEE dwar mezzi mediċiTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 28, 4.2.2003, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/12/oj

32003L0012



Official Journal L 028 , 04/02/2003 P. 0043 - 0044


Direttiva tal-Kummissjoni 2003/12/KE

tat-3 ta’ Frar 2003

dwar ir-riklassifikazzjoni ta’ l-impjanti tas-sider fil-kwadru tad-Direttiva 93/42/KEE dwar mezzi mediċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkonsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar il-mezzi mediċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1)(b) tagħha,

Wara li kkonsidrat it-talba magħmula minn Franza mir-Renju Unit,

Billi:

(1) Fuq il-bażi tal-kriterji tal-klassifikazzjoni stsabbiliti fl-Anness IX mad-Direttiva 93/42/KEE, l-impjanti tas-sider huma fil-prinċipju mezzi mediċi ta’ Klassi IIb

(2) Franza u r-Renju Unit talbu l-klassifikazzjoni ta’ l-impjanti tas-sider bħala mezzi mediċi ta’ Klassi III bħala deroga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Anness IX mad-Direttiva 93/42/KEE.

(3) Sabiex jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta’ sigurtá għall-impjanti tas-sider, il-korpi notifikati għandhom, taħt is-sistema ta’ l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalitá, jwettqu eżaminazzjoni tad-dokument tad-diżinn tal-prodott skond il-punt 4 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 93/42/KEE. Għalhekk, huwa meħtieġ li ssir ir-riklassifikazzjoni ta’ l-impjanti tas-sider bħala mezzi mediċi ta’ Klassi III.

(4) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit ir-reġim applikabbli għall-impjanti tar-sider mqiegħdha fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2003 taħt l-Artikolu 11(3)(a) jew 11(3)(b)(iii) tad-Direttiva 93/42/KEE.

(5) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Mezzi Mediċi mwaqqaf bl-Artikolu 6(2) tad- Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l- 20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mezzi mediċi li jistgħu jkunu impjantati [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [4],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

B’deroga mir-regoli stabbiliti fl-Anness IX mad-Direttiva 93/42/KEE, l-impjanti tas-sider għandhom jiġi riklassifikati bħala mezzi mediċi li jaqgħu fil-Klassi III

Artikolu 2

1. Impjanti tar-sider mqiegħdha fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2003 skond l-Artikolu 11(3)(a) jew 11(3)(b)(iii) tad-Direttiva 93/42/KEE għandhom jkunu soġġetti għall-proċedura ta’ stima ġdida ta’ konformita bħala mezzi mediċi ta’ Klassi III qabel l-1 ta’ Marzu 2004.

2. B’ deroga mill-Artikolu 11(11) tad-Direttiva 93/42/KEE, id-deċiżjonijiet dwar l-impjanti tas-sider meħuda mill-korpi notifikati qabell l-1 ta’ Settembru 2003 taħt l-Artikolu 11(3)(a) tad-Direttiva 93/42/KEE ma jistgħux jiġu estiżi.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mhux iktar tard mill-1 ta’ Awissu 2003.Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’riferenza bħal din, fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adotta mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri b’effett mill-1 ta’ Settembru 2003.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, tat-12.7.1993, p. 1.

[2] ĠU L 6, ta’ l-10.1.2002, p. 50.

[3] ĠU L 189, ta’ l-20.7.1990, p. 17.

[4] ĠU L 229, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

Top