Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0724

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Ottubru 2003 li tagħti deroga temporanja mid-Direttiva 82/894/KEE in rigward il-frekwenza tan-notifiki ta’ tifqigħ primarju ta’ l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 3561)Test b’relevanza għaż- ŻEE

    ĠU L 260, 11.10.2003, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/724/oj

    32003D0724



    Official Journal L 260 , 11/10/2003 P. 0036 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-10 ta’ Ottubru 2003

    li tagħti deroga temporanja mid-Direttiva 82/894/KEE in rigward il-frekwenza tan-notifiki ta’ tifqigħ primarju ta’ l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini

    (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 3561)

    (Test b’relevanza għaż- ŻEE)

    (2003/724/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 fuq in-notifika tal-mard ta’ l-annimali fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 82/894/KEE tippreskrivi regoli għan-notifika tat-tifqigħ ta’ ċertu mard ta’ annimali, inkluża l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE), fil-Komunità. Dik id-Direttiva tippreskrivi illi l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw t-tifqigħ primarju ta’ BSE Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri fi żmien 24 siegħa. Id-Direttiva 82/894/KEE tippreskrivi ukoll illi t-tifqigħ sekondarju ta’ BSE għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni kull ġimgħa.

    (2) Diversi Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, l-aħħar waħda tkun id- Deċiżjoni 98/12/KE [3], taw derogi temporanji lill-Istati Membri mill-obbligi taħt id-Direttiva 82/894/KEE biex jinnotifikaw it-tifqigħ primarju ta’ BSE fi żmien 24 siegħa. Id-deroga temporanja magħtija fid-Deċiżjoni 98/12/KE tipprovdi illi t-tifqigħ kollu tal-BSE għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni kull gimgħa.

    (3) It-tifqigħ tal-BSE jkompli jseħħ fil-Komunità. Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba,ir-rapportar tat-tifqigħ tal-BSE darba kull ġimgħa preskritt għat-tifqigħ sekondarju jidher illi huwa suffiċjenti. Għaldaqstant, jidher xieraq illi din id-deroga temporaja lill-Istati Membri li tippermettilhom jinnotifikaw it-tifqigħ primarju ta’ BSE lill-Kummissjoni kull ġimgħa għandha tibqa’.

    (4) Il-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentarja u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 82/894/KEE, it-tifqigħ kollu ta’ l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini għandu jiġi nnotifikat sal-31 Diċembru 2007 skond l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Ottubru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 378, tal-31.12.82, p. 58.

    [2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 36.

    [3] ĠU L 4, tat-08.01.98, p. 63.

    --------------------------------------------------

    Top