Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0312

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2003 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ l-istandards li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżolazzjoni termali, il-ġeotessili, it-tagħmir fiss tat-tifi tan-nar u l-blokki tal-ġibs skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/196/KEE (innotifikata fid-dokument bin-numu C(2003) 1161)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 114, 8.5.2003, p. 50–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/312/oj

    32003D0312



    Official Journal L 114 , 08/05/2003 P. 0050 - 0054


    Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-9 ta' April 2003

    dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' l-istandards li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżolazzjoni termali, il-ġeotessili, it-tagħmir fiss tat-tifi tan-nar u l-blokki tal-ġibs skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/196/KEE

    (innotifikata fid-dokument bin-numu C(2003) 1161)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/312/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti tal-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

    Wara li kkonsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta' l-i standards u r-regolamenti tekniċi [3], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE) [4],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/106/KEE [5] jistabbilixxi illi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw illi l-prodotti tal-bini jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ix-xogħlijiet li fihom jiġu inkoporati jwettqu l-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

    (2) Skond l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 89/106/KEE, il-prodotti tal-bini huma preżunti li jkunu tajbin għall-użu ujippermettu x-xogħlijiet li fihom jintużaw għalbiex jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, jekk jikkonformaw ma' l-i standards nazzjonali li japplikaw għalihom meta jittrasponu l-i standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    (3) L-Istati Membri huma meħtieġa li jippubblikaw in-numri tar-referenzi ta' l-i standards nazzjonali meta jittrasponu l-i standards armonizzati, li n-numri tagħhom tar-referenza jkunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    (4) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Diretiva 89/106/KEE, il-Ġermanja qajmet oġġezzjoni rigward ċerti standards armonizzati għar-raġunijiet li ma jipprmettux ix-xogħol li fih ikunu stallati jissodisfa għal kollox il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 89/106/KEE. L-i standards interessati huma għaxar standards armonizzati għall-prodotti ta' l-iżolazzjoni termali, adottati mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-23 ta' Mejju 2001, li n-numri tar-referenza tagħhom kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠUKE) fil-15 ta' Diċembru 2001; disa' standards tal-ġeotessili adottati mis-CEN fit-13 ta' Diċembru 2000, li n-numri tar-referenza tagħhom kienu ppubblikati fil-ĠUKE fis-26 ta' Ġunju 2001 [6]; għaxar standards tat-tagħmir tat-tifi tan-nar adottati mis-CEN fit-13 ta' Diċembru 2000, fil-21 ta' Marzu 2001 u fil-11 ta' April 2001, li n-numri tar-referenza tagħhom kienu ppubblikati fil-ĠUKE fit-18 ta' Lulju 2001 [7], fil-15 ta' Diċembru 2001 u fl-14 ta' Frar 2002 [8]; u l-i standard armonizzat EN1 2859: 2001 "Blokki tal-ġibs - definizzjonijiet, ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet", adottati mis-CEN fit-13 ta' Ġunju 2001, li n-numru tar-refrenza tagħhom kien ippubblikat fil-ĠUKE fil-15 ta' Diċembru 2001.

    (5) It-tagħrif irċevut matul il-kors tal-konsultazzjonijiet mas-CEN u l-awtoritajiet nazzjonali fil-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 89/106/KEE, u mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE, ma wera l-ebda xiehda tar-riskju allegat mill-Ġermanja.

    (6) B'konsegwenza ta' dan, ma kienx muri illi t-30 standard armonizzati kkontestati, jonqsu milli jippermettu lix-xogħlijiet li fihom il-prodotti jiġu stallati jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 89/106/KEE.

    (7) Mhux għalhekk meħtieġ illi jiġu rtirati r-referenzi għal dawn l-i standards,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-referenzi għall għaxar standards ta' l-iżolazzjoni termali, iddikjarati fit-Tabella 1 ta' l-Anness, adottati mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-23 ta' Mejju 2001 u ppubblikati għall-ewwel darba fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta' Diċembru 2001, ma għandhomx jiġui rtirati mil-lista ta' l-i standards ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 2

    Ir-referenzi għad-disa' standards tal-ġeotessili, iddikjarati fit-Tabella 2 ta' l-Anness, adottati mis-CEN fit-13 ta' Diċembru 2000 u ppubblikati għall-ewwel darba fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Ġunju 2001, ma għandhomx jiġui rtirati mil-lista ta' l-i standards ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 3

    Ir-referenzi għall-għaxar standards fissi tat-tifi tan-nar, iddikjarati fit-Tabella 3 ta' l-Anness, adottati mis-CEN fit-13 ta' Diċembru 2000, il-21 ta' Marzu 2001 u l-11 ta' April 2001 u ppubblikati għall-ewwel darba fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Frar 2002, ma għandhomx jiġu rtirati mil-lista ta' l-i standards ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 4

    Ir-referenza ta' l-i standard EN1 2859: 2001 "Blokki tal-ġibs - definizzjonijiet, ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet", adottati mis-CEN fit-13 ta' Ġunju 2001 u ppubblikati għall-ewwel darba fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta' Diċembru 2001, ma għandhomx jiġu rtirati mil-lista ta' l-i standards ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' April 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    [3] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37.

    [4] ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18.

    [5] ĠU C 358, tal-15.12.2001, p. 9.

    [6] ĠU C 180, tas-26.6.2001, p. 8.

    [7] ĠU C 202, tat-18.7.2001, p. 9.

    [8] ĠU C 40, ta' l-14.2.2002, p. 3.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    TABELLA 1

    Il-pubblikazzjoni tat-titoli u r-referenzi ta' l-i standards armonizzati għall-prodotti ta' l-iżolazzjoni termali riferiti fl-Artikolu 1

    L-ESO | Ir-Referenza | It-Titolu ta' l-i standard armonizzat | Is-Sena tar-ratifika | Ir-referenza fil-ĠU |

    CEN | L-EN 13162-2001 | Il-prodotti ta' l-iżolazzjoni termanli għall-bini - prodotti tas-suf minerali (SM) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13163-2001 | Il-prodotti tal-polistirene espandut (EPS) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13164-2001 | Il-prodotti tal-foam tal-polistirene estruż (XPS) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13165-2001 | Il-Prodotti tal-foam riġidu tal-poliuritene (PUR) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13166-2001 | Il-prodotti tal-foam fenoliku (PF) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13167-2001 | Il-prodotti tal-ħġieġ ċellulari (CG) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13168-2001 | Il-prodotti tas-suf ta' l-injam (WW) magħmula fil-fabbrika -ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13169-2001 | Il-prodotti tal-perlit espandut (EPB) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13170-2001 | Il-prodotti tas-sufra espanduta (ICPB) magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 13171-2001 | Il-prodotti tal-fibra ta' l-injam magħmula fil-fabbrika - l-ispeċifikazzjonijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    TABELLA 2

    Il-pubblikazzjoni tat-titoli u r-referenzi ta' l-i standards armonizzati għall-prodotti tal-ġeotessili riferiti fl-Artikolu 2

    L-ESO | Ir-Referenza | It-Titolu ta' l-i standard armonizzat | Is-Sena tar-ratifika ratifika | Ir-referenza fil-ĠU |

    CEN | L-EN 13249-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-ġeotessili - il-karatteristiċi meħtieġa għall-użu fil-bini tat-toroq u żoni oħra ttraffikati | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13251-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom xjaqsmu mal-ġeotessili - il-karatteristiċi meħtieġa għall-użu fix-xogħol tal-ħamrija, is-sisien u strutturi tar-ritenzjoni | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13252-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom xjaqsmu mal-ġeotessili - il-karatteristiċi meħtieġa għall-użu fis-sistemi tad-drenaġġ | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13253-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom xjaqsmu mal-ġeotessili – il- karatteristiċi meħtieġa għall-użu fis-sistemi tal-kontroll ta' l-erożjoni esterna | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13254-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-ġeotessili - il- karatteristiċi meħtieġa għall-użu fil-bini tal-ġibjuni u l-ilqugħ għall-ilma | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13255-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-ġeotessili – il- karatteristiċi meħtieġa għall-użu fil-bini tal-ġibjuni u l-ilqugħ għall-ilma | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13256-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-ġeotessili - il-karatteristiċi meħtieġa għall-użu fil-bini tal-mini u l-isrutturi taħt l-art | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13257-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom xjaqsmu mal-ġeotessili – il-karatteristiċi meħtieġa għall-użu fid-disponiment mill-iskart solidu | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    CEN | L-EN 13265-2000 | Il-ġeotessili/il-prodotti li għandhom xjaqsmu mal-ġeotessili – il-karatteristiċi meħtieġa għall-użu fi proġetti tal-konteniment ta' l-iskart likwidu | 2000 | C 180 tas-26.6.2001 |

    TABELLA 3

    Il-pubblikazzjoni tat-titoli u r-referenzi ta' l-i standards armonizzati għall-prodotti fissi tat-tifi tan-narriferiti fl-Artikolu 3

    L-ESO | Ir-Referenza | It-Titolu ta' l-i standard armonizzat | Is-Sena tar-ratifika | Ir-referenza fil-ĠU |

    CEN | L-EN 671-1:2001 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – is-sistema tal-manek Parti 1: l-irkiekel tal-manek bil-manka semi-riġida | 2001 | C 202 tat-18.7.2001 |

    CEN | L-EN 671-2:2001 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – is-sistema tal-manek Parti 2: sistemi tal-manek bil-manka li toqgħod ċatta | 2001 | C 202 tat-18.7.2001 |

    CEN | L-EN 12094-5:2000 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – is-sistema tal-manek: Il-ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet għall-valvoli tas-selezzjoni ta' pressa għolja u pressa baxxa u min jazzjonahom għas-sistemi tal CO2 | 2000 | C 202 tat-18.7.2001 |

    CEN | L-EN 12094-6:2000 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – il-komponenti għas-sistemi tat-tifi tal-gass: Il-ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet għall-mezzi mhux elettriċi tad-diżabbiltà għas-sistemi tal-CO2 | 2000 | C 202 tat-18.7.2001 |

    CEN | L-EN 12094-7:2000 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – il-komponenti għas-sistemi tat-tifi tal-gass: Il-ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet għaż-żennuniet tas-sistemi tal-CO2 | 2000 | C 202 tat-18.7.2001 |

    CEN | L-EN 12416-1:2001 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar - is-sistemi tat-trab Parti 1: L-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi tat-testijiet għas-sistema u l-komponenti | 2001 | C 40 ta' l-14.2.2002 |

    CEN | L-EN 12094-13: 2001 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar - il-komponenti għas-sistemi tat-tifi tal-gass - il-Parti 13 Il-ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet għall-valvoli tal-kontroll u l-valvoli li ma jmexxux lura | 2001 | C 202 tat-18.7.2001 |

    CEN | L-EN 12259-2: 1999/A1:2000 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar - is-sistemi tal-bexxiexa u tal-bexx bl-ilma - Il-valvoli mxarrba ta' l-allarm | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 12259-3: 2000/A1:2000 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – is-sistemi tal-bexxiexa u tal-bexx bl-ilma - Il-valvoli niexfa ta' l-allarm | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 12259-4: 2000/prA1 | Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar – is-sistemi tal-bexxiexa u l-bexx bl-ilma - l-allarmi ta' l-ilma bil-mutur | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    CEN | L-EN 12859-2001 | Il-blokki tal-ġibs – definizzjonijiet, ħtiġiet u l-metodi tat-testijiet | 2001 | C 358 tal-15.12.2001 |

    --------------------------------------------------

    Top