Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0286

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda

ĠU L 102, 24.4.2003, pp. 60–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2009; Imħassar b' 32009R1139

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/286/oj

Related international agreement

32003D0286

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda

Official Journal L 102 , 24/04/2003 P. 0060 - 0064
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 189 - 193


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta’ April 2003

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda

(2003/286/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) is-subparagrafu 1, l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti ’l oħra [1], jipprovdi għal ċerti konċessjonijiet ta’ kummerċ reċiproku għal ċerti prodotti agrikoli.

(2) L-Artikolu 21(5) tal-Ftehim Ewropew jipprovdi li l-Komunità u l-Bulgarija għandhom jeżaminaw prodott bi prodott u fuq bażi odrinat u reċiproku l-possibiltajiet li jagħtu lil xulxin aktar konċessjonijiet.

(3) L-ewwel titjib għall-arranġamenti preferenzali tal-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija kienu previsti fil-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-Kummerċ tal-Ftehim Ewropew biex jagħti kont l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea u r-riżultat tan-negozjati ta’ l-Urugwaj Round dwar l-agrikoltura, inkluż it-titjib fl-arranġamenti eżistenti preferenzjali, approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/278/KE [2].

(4) It-titjib għall-arranġamenti preferenzali kienu wkoll previsti bħala riżultat ta’l-arranġamenti preferenzali niex jiġi liberalizzat il-kummerċ agrikolu fl-2000. Minn-naħa ta’ Komunità dawn ġew implimentati mill-1 ta’ Lulju 2000 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli previsti fil-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija [3]. Dan it-tieni aġġustament ta’ l-arranġamenti preferenzali għadu ma ġiex inkorporat fil-Ftehim Ewropew fil-forma ta’ Protokoll Addizzjonali.

(5) In-negozjati għal aktar titjib fl-arranġamenti preferenzali tal-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija kienu konklużi fit-18 ta’ Ottubeu 2002.

(6) Il-Protokoll ġdid Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ il-Protokoll) għandu jiġi approvat bil-ħsieb li jikkonsolida il-konċessjonijiet kollha f’kummerċ agrikolu bejn iż-żewġ naħat, inklużi r-riżultati tan-negozjati konklużi fl-2000 u l-2002.

(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jippreskrivi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [4] ikkodifika r-regoli amministrattivi tal-kwoti tat-tariffi maħsuba biex jintużaw wara l-ordni kronoloġiku tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali. Ċerti kwoti tat-tariffi taħt din id-Deċiżjoni għandhom għalhekk jiġu amministrati skond dawk ir-regoli.

(8) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq l-Kummissjoni [5].

(9) Bħala riżultat ta’l-imsemmija negozjati, ir-Regolament (KE) Nru 2290/2000 effettivament tilef is-sustanza tiegħu u għalhekk għandu jitħassar,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll mehmuż li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra biex jagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet reċiproki agrikoli ġodda, huwa b’dan approvat għan-nom tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll għan-nom tal-Komunità u li jagħmel in-notifikazzjoni ta’ approcazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Artikolu 3

1. Malli din id-Deċiżjoni jkollha effett, l-arranġamenti previsti fl-Annessi li jinsabu mal-Protokoll li jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jissostitwixxu dawk imsemmija fl-Annessi X u XI kif imsemmija fl-Artikolu21(2) u 21(3) tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Protokoll skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 4

1. In-numri ta’l-ordni kif attribwiti fil-kwoti tat-tariffi fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni jista’ jinbidel mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-kwoti tat-tariffi b’numru ta’ ordni ’l fuq minn 09.5100 għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2. Il-kwantitajiet ta’oġġetti suġġetti għall-kwoti tat-tariffi u rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa sa mill-1 ta’ Lulju 2002 taħt il-konċessjonijiet previsti fl-Anness A(b) li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2290/2000 għandhom jgħoddu kollha kemm huma kontra l-kwantitajiet provduti fir-raba’ kolonna fl-Anness A(b) tal-Protokoll mehmuż, ħlief għall-kwantitajiet li għalihom kienu inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2002.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali mwaqqaf bl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 [6] jew, fejn xieraq, bil-kumitat imwaqqaf mid-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta’ xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 2290/2000 għandu jitħassar malli jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ April 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU L 358, tal-31.12.1994, p. 3.

[2] ĠU L 112, tad-29.4.1999, p. 1.

[3] ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1.

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2002 (ĠU L 68, 12.03.2002, p. 11).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, 29.07.2000, p. 21).

--------------------------------------------------

ANNESS

Numri ta' l-ordni għall-kowti tat-tariffi KE għall-prodottili joriġinaw fil-Bulgarija

(kif imsemmija fl-Artikolu 4)

Nru ta' l-ordni tal-kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

09.4598 | 01029005 | Annimali bovini ħajjin ta'piż ħaj li ma jeċċedix it-80 kg |

09.4537 | 01029021010290290102904101029049 | Annimali bovini ħajjin ta'piż ħaj li jeċċedi t-80 kg iżda li ma jeċċedix it-300 kg |

09.4563 | ex010290 | Għoġġiela u baqar mhux għall-qatla tar-razez tal-muntanji li ġejjin: griżi, kannella, sofor, Simmenthal bit-tikek u Pinzgau |

09.4651 | 02010202 | Laħam ta' bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

09.4671 | ex0203 | Laħam ta' majjali domestiċi, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

021011021012021019 | Laħam tal-majjal, immellaħ. fis-salmura, niexef jew affumigat |

160100 | Zalzett u prodotti simili |

160241160242160249 | Laħam preparat jew priservat, skart jew demm tal-majjal |

09.5854 | ex0207 | Laħam u skart li jittiekel, tat-tjur, ta' l-intestatura 0105, esklużi 02072791, 02073591, 02073689 |

09.4675 | 040310110403101304031019040310310403103304031039 | Yoghurt |

09.4660 | 0406 | Ġobon u baqta |

09.5891 | 04070030 | Bajd tat-tjur, fil-qoxra, mhux għat-tfaqqis |

09.6223 | 0701905007019090 | Patata |

09.6225 | 07020000 | Tadam |

09.6231 | 0707 | Ħjar u ħjar żgħir, frisk jew imkessaħ |

09.6233 | 07096010 | Bżar ħelu |

09.5892 | 07099070 | Zukkini |

09.6161 | 071021000710220007102900071080510710806907108095 | Ħxejjex iffriżati |

09.4725 | 071151002003102020031030 | Faqqus tat-tip Agaricus |

09.6245 | 080610 | Għeneb frisk |

09.6247 | 080810 | Tuffiegħ |

09.6249 | 0808201008082050 | Lanġas |

09.6253 | 08091000 | Berquq |

09.5731 | 0809200811907508119080 | Ċirasa |

09.6255 | 080930 | Ħawħ |

09.6162 | 08094005 | Għajnbaqar |

09.6261 | 08101000 | Frawli, frisk |

09.5573 | 08129010 | Berquq, provviżorjament priservat |

09.4676 | 1001 | Qamħ u meslin |

11090000 | Glutina tal-qamħ |

09.5893 | 10020000 | Segala |

11021000 | Dqiq tas-segala |

11031910 | Segala midħuna ħoxna u midħuna mhux raffinata |

11032010 | Segala f'boċċi żgħar |

09.5894 | 1003 | Xgħir |

11029010 | Dqiq tax-xgħir |

11031930 | Xgħir midħun oħoxon u midħun mhux raffinat |

11032020 | Xgħir f'boċċi żgħar |

09.5895 | 1004 | Ħafur |

11029030 | Dqiq tal-ħafur |

11031940 | Ħafur midħun oħoxon u midħun mhux raffinat |

11032030 | Ħafur f'boċċi żgħar |

09.4677 | 1005109010059000 | Qamħirrum |

09.6275 | 15121110151211911512191015121991 | Żerriegħa tal-ġirasol, jew żejt ta' l-għosfor u frazzjonijiet tiegħu |

09.6277 | 160232160239 | Laħam tat-tjur preparat jew priservat |

09.5896 | 16030010 | Estratti u sugi, f'pakketti ta' 1 kg jew anqas |

09.6279 | 20011000 | Ħjar, priservat |

09.5897 | 20019070 | Bżar ħelu, priservat |

09.6281 | 2002 | Tadam priservat jew preparat |

09.5898 | 20051000200520202005208020054000200551002005590020056000200590302005905020059060200590702005907520059080 | Ħxejjex oħra, preparati jew priservati |

09.6285 | 20079933 | Ġamm tal-frawli |

09.5899 | 20084011200840212008402920084039200840512008405920084071200840792008409120084099 | Lanġas, preparat jew priservat |

09.6287 | 200850 | Berquq, preparat jew priservat |

09.6291 | 200870 | Ħawħ, preparat jew priservat |

09.6293 | 200880 | Frawli, preparat jew priservat |

09.5900 | 2309105123091090 | Ikel tal-klieb jew tal-qtates |

09.5732 | 2309903123099041 | Preparajjonijiet tat-tip użati fl-għalf ta' l-annimali |

09.6299 | 240110102401106024011070240120102401206024012070 | Tabakk |

--------------------------------------------------

Top