This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2368
Council Regulation (EC) No 2368/2002 of 20 December 2002 implementing the Kimberley Process certification scheme for the international trade in rough diamonds
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma
ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28–48
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/08/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32002R2368R(01) | (DE, ES) | |||
Corrected by | 32002R2368R(02) | (SV) | |||
Corrected by | 32002R2368R(03) | (LV) | |||
Corrected by | 32002R2368R(05) | (PL, SV) | |||
Corrected by | 32002R2368R(06) | (DE) | |||
Modified by | 32003R0254 | Sostituzzjoni | artikolu 2.C) | 13/02/2003 | |
Modified by | 32003R0254 | Sostituzzjoni | artikolu 29.3 | 13/02/2003 | |
Modified by | 32003R0254 | Sostituzzjoni | artikolu 20 | 13/02/2003 | |
Modified by | 32003R0257 | Tlestija | anness 3 | 13/02/2003 | |
Modified by | 32003R0257 | Emenda | anness 4 | 13/02/2003 | |
Modified by | 32003R0257 | Tlestija | anness 2 | 13/02/2003 | |
Modified by | 32003R0418 | Sostituzzjoni | anness 2 | 12/05/2003 | |
Modified by | 32003R0762 | Tlestija | anness 5 | 02/05/2003 | |
Modified by | 32003R0803 | Sostituzzjoni | anness 2 | 10/05/2003 | |
Modified by | 32003R1214 | Tlestija | anness 5 | 09/07/2003 | |
Modified by | 32003R1536 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/09/2003 | |
Modified by | 32003R1768 | Sostituzzjoni | anness 2 | 12/09/2003 | |
Modified by | 32003R1880 | Sostituzzjoni | anness 2 | 14/10/2003 | |
Modified by | 32003R2062 | Sostituzzjoni | anness 2 | 07/11/2003 | |
Modified by | 32004R0101 | Sostituzzjoni | anness 2 | 09/01/2004 | |
Modified by | 32004R0657 | Sostituzzjoni | anness 2 | 08/04/2004 | |
Modified by | 32004R0913 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32004R1459 | Sostituzzjoni | anness 2 | 17/08/2004 | |
Modified by | 32004R1474 | Emenda | ANN3 | 20/08/2004 | |
Modified by | 32005R0522 | Emenda | anness 4 | 03/04/2005 | |
Modified by | 32005R0718 | Emenda | anness 4 | 14/05/2005 | |
Modified by | 32005R1285 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/08/2005 | |
Modified by | 32005R1574 | Sostituzzjoni | anness 2 | 20/09/2005 | |
Modified by | 32006R1486 | Sostituzzjoni | anness 2 | 20/09/2006 | |
Modified by | 32006R1636 | Sostituzzjoni | anness 2 | 20/10/2006 | |
Modified by | 32006R1791 | Emenda | anness 2 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32006R1791 | Tlestija | anness 3 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32006R2026 | Sostituzzjoni | anness 3 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32006R2026 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32007R0127 | Sostituzzjoni | anness 3 | 14/02/2007 | |
Modified by | 32007R0613 | Sostituzzjoni | anness 2 | 04/05/2007 | |
Modified by | 32007R0613 | Sostituzzjoni | anness 3 | 04/05/2007 | |
Modified by | 32007R1038 | Sostituzzjoni | anness 2 | 14/08/2007 | |
Modified by | 32007R1226 | Sostituzzjoni | anness 3 | 21/10/2007 | |
Modified by | 32008R0458 | Sostituzzjoni | anness 2 | 28/05/2008 | |
Modified by | 32008R0458 | Sostituzzjoni | anness 3 | 28/05/2008 | |
Modified by | 32008R1268 | Emenda | artikolu 4 | 18/12/2008 | |
Modified by | 32008R1268 | Sostituzzjoni | artikolu 6.2L2 | 18/12/2008 | |
Modified by | 32008R1268 | abolizzjoni | artikolu 3.2L2 | 18/12/2008 | |
Modified by | 32008R1269 | Sostituzzjoni | anness 2 | 18/12/2008 | |
Modified by | 32011R1116 | Sostituzzjoni | anness II | 09/11/2011 | |
Modified by | 32012R0947 | Sostituzzjoni | anness II | 19/10/2012 | |
Modified by | 32012R0947 | Sostituzzjoni | anness III | 19/10/2012 | |
Modified by | 32012R0947 | Sostituzzjoni | anness IV | 01/01/2013 | |
Modified by | 32012R0947 | Sostituzzjoni | anness V | 19/10/2012 | |
Modified by | 32013R0517 | Emenda | anness II | 01/07/2013 | |
Modified by | 32013R0622 | Sostituzzjoni | anness II | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0789 | Sostituzzjoni | anness II | 21/08/2013 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 3 sentenza 1 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 21 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 23 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 12.1 punt A) | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 11 sentenza 1 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R0257 | Sostituzzjoni | artikolu 18 | 09/04/2014 | |
Modified by | 32014R1147 | Sostituzzjoni | anness II | 29/10/2014 | |
Modified by | 32015R1374 | Sostituzzjoni | anness III | 12/08/2015 | |
Modified by | 32016R0091 | Sostituzzjoni | anness III | 28/01/2016 | |
Modified by | 32016R0557 | Sostituzzjoni | anness II | 13/04/2016 | |
Modified by | 32016R0667 | Sostituzzjoni | anness III | 30/04/2016 | |
Modified by | 32018R0578 | Sostituzzjoni | anness II | 18/04/2018 | |
Modified by | 32019R1189 | Sostituzzjoni | anness IV | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R1189 | Sostituzzjoni | anness II | 13/07/2019 | |
Modified by | 32019R1189 | Sostituzzjoni | anness III | 13/07/2019 | |
Modified by | 32019R1189 | Sostituzzjoni | anness III | 01/09/2019 | |
Modified by | 32020R0130 | Sostituzzjoni | anness II | 01/02/2020 | |
Modified by | 32020R2149 | Sostituzzjoni | anness V | 01/01/2021 | |
Modified by | 32020R2149 | Sostituzzjoni | anness III | 01/01/2021 | |
Modified by | 32020R2149 | Sostituzzjoni | anness II | 01/01/2021 | |
Modified by | 32022R1359 | Sostituzzjoni | anness III | 25/08/2022 | |
Modified by | 32022R1359 | Sostituzzjoni | anness II | 25/08/2022 |
Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0028 - 0048
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Is-sanzjonijiet adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-movimenti tar-ribelli fi Sierra Leone u Angola u kontra l-gvern tal-Liberja, li jipprojbixxu taħt ċerti kondizzjonijiet l-importazzjoni tad-djamanti mhux maħduma mil-Liberja, Angola u Sierra Leone ma rnexxilhomx iwaqqfu ċ-ċirkolazzjoni ta' kunflitt ta' djamanti fil-kummerċ leġittimu jew iwaqqfu l-kunflitti. (2) Il-Kunsill Ewropew ta' Guteborg ta' Ġunju 2001 approvaw programm għall-prevenzjoni tal-konflitti vjolenti, li jgħid, inter alia, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaffrontaw il-kummerċ illegali ta' merkanzija ta' valur ġħoli, li jinkludi l-identifikazzjoni ta' mezzi ta' kif għandhon jinkisru l-ħoloq bejn id-djamanti mhux maħduma u l-kunflitti vjolenti u japoġġjaw l-Kimberley Process. (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 303/2002 ta' 18 ta' Frar 2002 li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' djamanti mhux maħduma minn Sierra Leone [1] li jipprojbixxi, taħt ċertu kondizzjonijiet, l-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fil-Komunità. (4) Hemm il-ħtieġa li jinżammu l-miżuri eżistenti b'kontrolli effettivi fuq il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma sabiex l-kummerċ ta' kunflitt fid-djamanti ma jitħalliex jiffinanzja l-isforzi tal-movimenti tar-ribelli u l-alleati tagħhom sabiex idgħajfu l-gvernijiet leġittimi. Kontroll effettiv jgħin sabiex tinżamm il-paċi internazzjonali u s-sigurtà u kif ukoll sabiex ikun protett l-introjtu mill-esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma, li huma essenzjali għall-iżvilupp tal-pajjiżi produtturi ta' l-Afrika. (5) In-Negozjati tal-Kimberley Process, li jġibu flimkien il-Komunità u l-pajjiżi produttivi u kummerċjanti li jippreżentaw prattikament il-kummerċ internazzjonali kollu fid-djamanti mhux maħduma, kif ukoll l-industrija tad-djamanti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inbdew bil-ħsieb li jiżviluppaw sistema effettiva ta' kontroll. Huma resqu għall-iżvilupp ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni. (6) Il-parteċipanti kollha aċċettaw ir-riżultat tan-negozjati bħala l-bażi sabiex jimplimentaw il-miżuri fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom. (7) L-Assemblea Ġenerali ta' NU fir-riżoluzzjoni tagħha 56/263 laqgħat l-iskema ta' ċertifikazzjoni ta' żvilupp tal-Kimberley Process u għamlu sejħa lill-partijiet interessati sabiex jipparteċipaw f'dik l-iskema. (8) Implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tinħtieġ li l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-djamanti mhux maħduma fi jew minn territorji tal-Komunità jkunu suġġetti għall-iskema ta' ċertifikazzjoni, li tinkludi l-ħruġ taċ-ċertifikati relevanti mill-parteċipanti fl-iskema. (9) Kull Stat Membru jista' jinnomina l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti ta' dan ir-regolament fit-territorji tagħhom u jistgħu jillimitaw in-numru ta' l-awtoritajiet. (10) Il-validità taċ-ċertifikati għall-importazzjoni tad-djamanti mhux maħduma għandhom jiġu vverifikati sew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità. (11) Konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tfisser li hi ekwivalenti jew tikkostitwixxi alternattiva oħra mal-ħtiġiet ta' konformità previsti mil-leġislazzjoni tal-Komunità. (12) Sabiex titkabbar l-effettività ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni, ma għandux jitħalla skansar jew tenttativ ta' skansar mill-iskema. Hekk ukoll, fornituri ta' servizzi relatati direttament jew anċillari għandhom jeżerċitaw il-ħila tagħhom kif imiss sabiex jistabbilixxu li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati kif għandu jkun. (13) Ċertifikati ta' esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma għandhom jinħarġu biss u validati fejn hemm xhieda konklużiva li dawk id-djamanti ġew impurtati taħt ċertifikat. (14) Ċirkostanzi jistgħu jiġġustifikaw li l-awtorità kompetenti tal-parteċipant importatur għandha tibgħat lill-awtortià kompetenti tal-parteċipant esportatur konfermazzjoni tal-merkanzija importata tad-djamanti mhux maħduma. (15) Sistema ta' garanziji u ta' industrija awtoregolata tat-tip proposta mir-rappreżentanti ta' l-industrija tad-djamanti mhux maħduma fil-Kimberley Process tista' tħaffef id-disposizzjoni ta' din ix-xhieda konklużiva. (16) Għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex iħallu l-esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma impurtati qabel l-applikazzjoni tal-kontrolli speċifiċi ta' importazzjoni previsti permezz ta' dan ir-Regolament. (17) Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament. (18) Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' djamanti mhux maħduma ma għandux jgħodd għad-djamanti mhux maħduma li jgħaddu mill-Komunità waqt l-esportazzjoni għall-Parteċipant ieħor. (19) Għall-għanijiet sabiex tiġi implimentata l-iskema ta' ċertifikazzjoni, il-Komunità għandha tkun parteċipanta fl-iskema ta' ċertifikazzjoni fil-Kimberley Process. Hi għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fil-laqgħat tal-parteċipanti dwar l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process. (20) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ta' 28 ta' Ġunju li niżlet il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mitfugħa fuq il-Kummissjoni [2]. (21) Għandu jinħoloq forum sabiex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżaminaw mistoqsijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. (22) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu, iżda d-disposizzjonijiet fuq il-kontroll ta' importazzjoni u esportazzjoni għandhom jkunu sospiżi sakemm ikun hemm qbil fuq id-data tal-Kimberley Process sabiex iseħħu fl-istess ħin l-implimentazzjonijiet tal-kontroll ta' importazzjoni u esportazzjoni mill-parteċipanti kollha, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I IS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Komunità u tal-kontrolli ta' importazzjoni u esportazzjoni għad-djamanti mhux maħduma għall-għanijiet ta' implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process. Għall-għanijiet ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni, il-Komunità għandha tiġi kkunsidrata bħala entità waħda mingħajr fruntieri interni. Dan ir-Regolament ma jippreġudikax jew jibdel xi disposizzjonijiet li huma fis-seħħ li jirrelataw mal-formalitajiet prattiċi u kontrolli. Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "Kimberley Process" tfisser il-forum fejn fihom il-parteċipanti fasslu skema ta' ċertifikazzjoni internazzjonali għad-djamanti mhux maħduma; (b) "Skema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process" (hawnhekk iżjed 'il quddiem "Skema ta' ċertifikazzjoni tal-KP") tfisser l-iskema negozzjata ta' ċertifikazzjoni internazzjonali mill-Kimberley Process kif imniżżla fl-Anness I; (ċ) "Parteċipanti" tfisser parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP imniżżla fl-Anness II; (d) "ċertifikat" tfisser dokumnet maħruġ u konfermat kif għandu jkun mill-awtorità kompetenti ta' parteċipant li tiddentifika merkanzija ta' djamanti mhux maħduma bħala waħda li żammet mal-ħtiġiet ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP; (e) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità nominata mill-parteċipant biex toħroġ, tikkonvalida jew tivverifika ċ-ċertifikati; (f) "Awtorità tal-Komunità" tfisser awtorità kompetenti nominata minn Stat Membru u mniżżla fl-Anness III; (g) "Ċertifikat tal-Komunità" tfisser ċertifikat li jikkorrispondi mal-kampjun fl-Anness IV u maħruġ minn xi Awtorità tal-Komunità; (h) "kunflitt tad-djamanti" tfisser djamanti mhux maħduma kif imfissra taħt l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-KP; (i) "djamant mhux maħdum" tfisser djamant li mhux maħdum jew sempliċiment maqtugħ, mifruq biċċa biċċa jew mhux irfinut u jaqa' taħt Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija 710210, 710221 u 710231(hawnhekk iżjed 'il quddiem "HS code"); (j) "importazzjoni" tfisser id-dħul jew l-introduzzjoni materjali ta' oġett f'kull parti tat-territorju ġeografiku tal-parteċipant; (k) "esportazzjoni" tfisser il-ħruġ fiżiku jew it-teħid 'il barra minn kuill parti tat-territorju ġeografiku tal-parteċipant; (l) "merkanzija" tfisser pakkett wieħed jew aktar; (m) "pakkett" tfisser djamant wieħed jew aktar ippakkjati flimkien; (n) "pakkett ta' oriġini mħallta" tfisser pakkett li jkollu djamanti mhux maħduma minn żewġ pajjiżi ta' oriġini jew aktar: (o) "Territorju tal-Komunità" tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri għal-liema t-Trattat huwa applikabbli, taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin f'dak it-Trattat; (p) "Ħażna ċertifikata" tfisser ħażna ta' djamanti mhux maħduma għal-liema dan ir-Regolament jgħodd u għal-liema lokalità, volum u valur, u tibdiliet fiha, ġew sottometti għas-supervissjoni effettiva ta' xi Stat Membru; (q) "Transitu doganali" tfisser transitu kif provdut permezz ta' l-Artikoli 91 sa 97 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 29 13/92 ta' 12 ta' Orrubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3]. KAPITOLU II REĠIM TA' IMPORTAZZJONI Artikolu 3 L-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fil-Komunità għandhom ikunu projbiti kemm-il darba l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha huma sodisfatti: (a) id-djamanti mhux maħduma huma akkompanjati b'ċertifikat ikkonfermat minn awtorità kompetenti tal-parteċipant; (b) id-djamanti mhux maħduma ikunu ġewwa kontejer li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis, u s-siġilli applikati waqt l-esportazzjoni minn dak il-parteċipant mhumiex miksura; (ċ) iċ-ċertifikat għandu jidentifika ċar il-kunsinna li jkun qed jirreferi għaliha. Artikolu 4 1. Kontenituri u ċ-ċertifikati li jikkorrispondu għalihom għandhom ikunu ntavolati għall-verifikazzjoni, flimkien u mill-aktar fis possibli, lill-awtorità tal-Komunità jew ta' l-Istat Membru fejn ikunu importati jew f'dak l-Istat Membru għal fejn ikunu destinati, kif ikun hemm indikat fid-dokumenti ta' akkompanjament. 2. F'każijiet fejn id-djamanti mhux maħduma huma importati fi Stat Membru fejn mhemmx awtorità tal-Komunità, għandhom ikunu intavolati lill-awtorità tal-Komunità kompetenti f'dak l-Istat Membru għal fejn huma destinati. Jekk ma teżistix awtorità tal-Komunità kompetenti la fl-Istat Membru ta' l-importazzjoni l-anqas fl-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom ikunu ntavolati f'Awtorità tal-Komunità kompetenti ta' Stat Membru ieħor. 3. L-Istat Membru fejn id-djamanti mhux maħduma huma importati għandhom jiżguraw is-sottmissjoni tagħhom lill-awtortià tal-Komunità kompetenti kif previst fil-paragrafi 1 u 2. Jistgħu jingħataw transiti doganali għaldaqshekk Jekk jingħata dan it-transitu doganali, il-verifikazzjoni prevista permezz ta' dan l-Artikolu għandha tiġi sospiża sal-wassla għand xi awtortià kompetenti tal-Komunità. 4. L-importatur għandu jkun responsabbli għall-moviment kif suppost tad-djamanti mhux maħduma u l-ispejjeż tagħhom. 5. L-awtorità tal-Komunità għandha tagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin sabiex tivverifika li l-kontenut tal-kontenitur jaqbel mal-partikolarijiet taċ-ċertifikat li jikkorispondu għalih: (a) għandha tiftaħ kull kontenitur bil-ħsieb li tagħmel din il-verifikazzjoni; jew (b) għandha tidentifika l-kontenituri li ser jinfetħu bil-ħsieb li tagħmel din il-verifikazzjoni fuq il-bażi ta' analizzar tar-riskju jew sistema ekwivalenti li tagħti dik il-konsiderazzjoni mistħoqqa lill-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma. 6. L-awtortià tal-Komunità għandha tlesti l-verifikazzjoni mingħajr dewmien. Artikolu 5 1. Jekk Awtorità tal-Komunutà tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet fl-Artikolu huma: (a) imwettqa, hija għandha tikkonferma dan fuq iċ-ċertifikat oriġinali u tforni l-importatur b'kopja awtentika ta' dak iċ-ċertifikat ikkonfermat u li ma tkunx tista' tkun iffalsifikata. Din il-proċedura ta' konfermazzjoni għandha sseħħ fiż-żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni taċ-ċertifikat; (b) mhumiex imwettqa, hija għandha ż-żomm il-merkanzija. 2. Jekk awtorità tal-Komunità issib li n-nuqqas ta' twettiq tal-kondizzjonijiet ma sarx b'xi konsapevolezza jew intenzjoni jew hu riżultat ta' xi azzjoni ta' xi awtorità oħra fl-eżerċizzju tal-qadi tad-dmirijietha, hi tista' tipproċedi bil-konfermazzjoni u r-rilaxx tal-merkanzija, wara li jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa ta' rimedji sabiex ikun żgur li jintlaħqu l-kondizzjonijiet. 3. L-awtorità tal-Komunità għandha, fiż-żmien xahar, tinforma lill-Kummissjoni u l-awtortià kompetenti dwar xi nuqqas fit-twettiq tal-kondizzjonijiet tal-parteċipant li intenzjonalment ħarġitlu jew ivalidatlu ċ-ċertifikat għall-merkanzija. Artikolu 6 1. Sad-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3), Stat Membru jista' jiċċertifika l-ħażniet tad-djamanti mhux maħduma li ġew impurtati jew qegħdin preżenti fit-territorju tal-Komunità qabel dik id-data. Wara dik id-data, djamanti mhux maħduma minn ħażniet iċċertifikati għandhom jiġu kkunsidrati li wettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. 2. Fil-każijiet l-oħra kollha, awtorità tal-Komunità tista' toħroġ konfermazzjoni li hi tikkonsidra li djamanti mhux maħduma wettqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, jekk hi stabbilit li dawk id-djamanti kienu preżenti legalment fil-Komunità f'dik id-data u baqgħu hemm preżenti. Artikolu 7 Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3, 4 u 5, awtorità tal-Komunità tiata' tħalli importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma jekk l-importatur iforni xhieda konklużiva li dawk id-djamanti kienu destinati għall-importazzjoni fil-Komunità u kienu esportati f'5 ijiem ta' xogħol jew anqas qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3). F'dawn il-każijiet, l-awtorità tal-Komunità konċernata għandha toħroġ l-importatur konfermazzjoni ta' importazzjoni legali, b'effett li dawk id-djamanti għandhom jiġu kkunsidrati li wettqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3. Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-parteċipanti fuq arranġamenti prattiċi biex jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-parteċipant esportatur li ikkonvalida xi ċertifikat bil-konfermazzjoni ta' importazzjoni fit-territorju tal-Komunità. 2. Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 22(2), tistabbilixxi regoli ta' gwidi għal din il-konfermazzjoni. Artikolu 9 Il-Kummissjoni għandha tforni lill-awtoritajiet tal-Komunità kampjuni awtentiċi taċ-ċertifikati tal-parteċipanti, l-ismijiet u d-dettalji l-oħra relevanti tal-parteċipanti li joħorġu u/jew awtoritajiet validi, kampjuni awtentikati ta' timbri jew firem li jikkonfermaw li ċ-ċertifikat ħareġ legalment jew ivvalidat u kull informazzjoni oħra relevanti li wieħed jirċievi bir-rispett għaċ-ċertifikati. Artikolu 10 1. Awtoritajiet tal-Komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport kull xahar fuq iċ-ċertifikati kollha li tressqu għall-verifika taħt l-Artikolu 4. Għal kull ċertifikat dan ir-rapport għandu jniżżel ta' l-anqas: (a) In-numru uniku taċ-ċertifikat, (b) l-isem ta' l-awtoritajiet li joħorġu u jikkonvalidaw, (ċ) id-data tal-ħruġ u tal-validità, (d) id-data ta' l-għeluq tal-validità, (e) il-pajjiż tal-provinċja, (f) il-pajjiż ta' l-oriġini jekk magħruf, (g) il-kodiċijiet tal-HS, (h) il-piż tal-karat, (i) il-valur, (j) l-awtorità ta' verifika tal-Komunità, (k) id-data ta' verifikazzjoni. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċeduri li hemm imniżżla fl-Artikolu 22(2), li jiddeterminaw il-format ta' dan ir-rapport sabiex tffaċilita l-kontroll ta' tħadim ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni. 2. L-awtorità tal-Komunità għandha jżomm iċ-ċertifikati oriġinali previst taħt l-Artikolu 3(a) imressqa għall-verifikazzjoni għall-anqas għal tliet snin. Għandha tipprovdi lill-Kummissjoni jew persuni jew korpi magħżula mill-Kummissjoni għall-aċċess ta' dawn iċ-ċertifikati oriġinali partikolarment bil-għan għat-tweġib tal-mistoqsijiet imqajjma fil-qafas ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP. KAPITOLU III REĠIM TA' ESPORTAZZJONI Artikolu 11 L-esportazzjoni mill-Komunità ta' djamanti mhux maħduma għandha tkun projbita sakemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin jitwettqu: (a) id-djamanti mhux maħduma huma akkumpanjati b'ċertifikat tal-Komunità li jikkorispondi għalihom maħruġ u validat minn awtorità tal-Komunità, (b) id-djamanti mhux maħduma ikunu ġewwa kontenitur issiġillat skond l-Artikolu 12 u li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis. Artikolu 12 1. L-awtorità tal-Komunità tista' toħroġ ċertifikat tal-Komunità għall-esportatur meta tistabbilixxi li: (a) l-esportatur iprovda xhieda konklużiva li d-djamanti mhux maħduma għal-liema ċertifikat hemm talba kienu impurtati legalment skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3; (b) it-tagħrif l-ieħor mitlub fuq iċ-ċertifikat huwa korrett; (ċ) id-djamanti mhux maħduma huma effettivament destinati għall-wassla fit-territorju tal-parteċipant, u (d) id-djamanti mhux maħduma iridu jinġarru f'kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis. 2. Awtorità tal-Komunità ma għandhiex tikkonvalida ċertifikat tal-Komunità sakemm hi tivverifika li l-kontenut tal-kontenitur jaqbel mal-partikolarijiet ta' fuq iċ-ċertifikat li jikkorispondi għalihom u li l-kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis u jkollu d-djamanti mhux maħduma sussegwentement gie ssiġillat fuq ir-responsabbilità ta' dik l-awtorità. 3. Awtorità tal-Komunità għandha tagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin sabiex tivverifika li l-kontenut ta' kontenitur jaqbel mal-partikolaritajiet ta' fuq iċ-ċertifikat tiegħu: (a) tivverifika l-kontenut ta' kull kontenitur; jew (b) tiddentifika l-kontenituri, li l-kontenut tagħhom għandu jkun ivverifikat, fuq il-bażi li jkun analizzat ir-riskju jew sistema ekwivalenti li tagħti konsiderazzjoni denja tal-merkanzija ta' djamanti mhux maħduma. 4. L-awtorità tal-Komunità għandha tforni lill-esportatur b'kopja awtentika li tkun tiflaħ għal kontra l-falsifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-Komunità li hi validat. L-esportatur għandu jżomm aċċessibli kull kopja għall-anqas għal tliet snin. 5. Iċ-ċertifikat tal-Komunità għandu jkun validu għall-esportazzjoni għal mhux aktar minn xahrejn mid-data tal-ħruġ. Jekk id-djamanti mhux maħduma mhux esportati matul dan iż-żmien, iċ-ċertifikat tal-Komunità għandu jintradd lura lill-awtortià tal-Komunità li ħarġitu. Artikolu 13 Jekk l-esportatur huwa membru ta' organizzazzjoni ta' djamanti mniżżla fl-Anness V, l-awtorità tal-Komunità tista' taċċetta bħala xhieda konklużiva tal-importazzjoni legali fil-Komunità dikjarazzjoni ffirmata mill-esportatur għaldaqshekk. Din id-dikjarazzjoni għandha jkollha għall-anqas it-tagħrif li jingħata fil-fattura taħt l-Artikolu 17(2)(a)(ii). Artikolu 14 1. Jekk awtorità tal-Komunità tistabbilixxi li xi merkanzija ta' djamanti mhux maħduma, li għalihom ċertifikat tal-Komunità huwa meħtieġ, ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 11,12, jew 13, dik l-awtorità għandha jżomm il-merkanzija. 2. Jekk awtorità tal-Komunità issib li n-nuqqas li l-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti ma twettqux b'konsapevolezza jew intenzjonalment jew xi riżultat ta' azzjoni minn awtortià oħra fit-twettiq tad-doveri tagħha, tista' tirrilaxxa l-merkanzija u tmexxi bil-ħruġ u l-ikkonvalidazzjoni taċ-ċertifikat tal-Komunità, wara li jkunu ttieħdu l-miżuri u r-rimedji meħtieġa sabiex ikun żgur li jintlaħqu l-kondizzjonijiet. 3. L-awtorità tal-Komunità għandha, fiż-żmien xahar, tinforma lill-Kummissjoni u l-awtortià kompetenti ta' xi nuqqas fit-twettiq tal-kondizzjonijiet tal-parteċipant li intenzjonalment ħarġitlu jew ivvalidatlu ċ-ċertifikat għall-merkanzija. Artikolu 15 1. L-awtoritajiet tal-komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport kull xahar dwar iċ-ċertifikati tal-Komunità kollha li nħarġu jew li ġew validati minnhom. Dan ir-rapport għal kull ċertifikat għall-anqas għandu jniżżel: (a) in-numru uniku taċ-ċertifikat, (b) l-isem ta' l-awtoritajiet li joħorġu u jikkonvalidaw, (ċ) id-data tal-ħruġ u tal-validità, (d) id-data ta' l-għeluq tal-validità, (e) il-pajjiż tal-provinċja, (f) il-pajjiż ta' oriġini, fejn magħruf, (g) il-kodiċijiet tal-HS, (h) il-valur u l-piż tal-karat. Skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-format tar-rapport sabiex tiffaċilita l-kontroll ta' tħadim ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni. 2. L-awtoritajiet tal-Komunità għandhom iżommu għall-anqas sa tliet snin il-kopji awtentiki previsti taħt l-Artikolu 12(4) kif ukoll kull tagħrif ieħor imwassal minn esportatur sabiex jiġġustifika l-ħruġ u l-validità taċ-ċertifiakt tal-Komunità. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni jew persuni jew korpi nominati mill-Kummissjoni bl-aċċess għal dawk il-kopji awtentiki u dan it-tagħrif, partikolarment bil-ħsieb li jitwieġbu l-mistoqsijiet imqajma fil-qafas ta' l-iskema taċ-ċertifiakzzjoni tal-KP Artikolu 16 1. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-parteċipanti dwar arranġamenti prattiċi sabiex ikollhom konfermazzjoni ta' l-importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma esportati mill-Komunità koperti b'ċertifikat validat mill-awtorità tal-Komunità. 2. Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(2), tfassal linji ta' gwida għal din il-konfermazzjoni. KAPITOLU IV INDUSTRIJA AWTOREGOLATA Artikolu 17 1. Organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw in-negozjanti tad-djamanti mhux maħduma li stabbilixxew sistema ta' garanziji u industrija auotregolata għall-għanijiet biex jimplimentaw l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-KP jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni direttament jew permezz ta' l-Awtorità kompetenti tal-Komunità sabiex jitniżżlu fl-Anness V. 2. Meta organizzazzjoni tapplika biex titniżżel għandha: (a) tforni xhieda konklużiva li r-regoli u r-regolamenti adottati fejn il-membri tagħha li jinnegozzjaw fid-djamanti mhux maħduma, kemm persuni naturali jew legali, jintrabtu li, mhux aktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29(3): (i) jbiegħu biss djamanti mixtrija minn sorsi leġittimi li huma konformi mad-disposizzjonijiet relevanti tar-Risoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u jagħtu garanzija bil-miktub fuq il-fattura li takkumpanja kull bejgħ tad-djamanti mhux maħduma li, fuq il-bażi ta' l-għarfien tagħhom personali u/jew garanziji bil-miktub fornuti mill-fornitur ta' dawn id-djamanti mhux maħduma, id-djamanti mhux maħduma mibjugħa għaldaqstant mhumiex kunflitt tad-djamanti; (ii) jaraw li kull bejgħ tad-djamanti mhux maħduma hu akkumpanjat minn fattura li jkollha fiha l-garanzija msemmija ffirmata li mingħajr dubju ta' xejn tiddentifika lill-bejjiegħ u x-xerrej u l-uffiċini reġistrati tagħhom, li jkollhom in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-bejjiegħ, fejn meħtieġ, il-kwantità/piż u l-kwalifikazzjoni ta' l-oġġetti mibjugħa, il-valur ta' l-operazzjoni u d-data ta' meta ntbagħat; (iii) ma jixtrux djamanti mhux maħduma minn għand xi ħadd suspettat jew sorsi mhux magħrufa li jissupplixxu u/jew djamanti mhux maħduma li ġejjin minn parteċipanti li mhumiex fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP; (iv) ma jixtrux minn għand sors li wara li jkun għadda proċeduri regolari jkun instab li kiser il-liġijiet jew regolamenti tal-pajjiż li jikkonċernaw in-negozju tal-kunflitt tad-djamanti; (v) ma jixtrux djamanti mhux maħduma minn xi reġjun li huwa suġġett għal xi nota ta' avviż minn awtorità governattiva jew ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP li l-kunflitt tad-djamanti qed joħorġu minn, jew qegħdin għall-bejgħ, f'dak ir-reġjun; (vi) mingħajr ma jafu jixtru, jbiegħu, jew jgħinu lill-oħrajn fix-xiri jew il-bejgħ ta' kunflitt ta' djamanti; (vii) jiżguraw li l-ħaddiema kollha li jbiegħu jew jixtru djamanti mhux maħduma fil-kummerċ tad-djamanti huma magħrfa sew bir-reżoluzzjonijiet tal-kummerċ u regolamenti tal-gvern li jirrestrinġu l-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti; (viii) joħolqu u jżomm għall-anqas għall-tliet snin reġistrazzjonijiet ta' fatturi mibgħuta mill-fornituri u maħruġa lill-klijenti; (ix) jagħtu istruzzjonijiet lill-awditur indipendenti sabiex jiċċertifika li dawn ir-reġistrazzjonijiet inħolqu u nżammu kif suppost u l-anqas identifika xi operazzjoni li naqset li tħares ir-regoli msemmija fil-(i) sa (viii) jew kull operazzjoni li naqset milli tħares dawn ir-regoli ġiet rapurtata lill-awtorità kompetenti tal-Komunità; u (b) tforni xhieda konlużiva li adottat regoli u regolamenti li jobbligaw lill-organizzazzjoni: (i) tkeċċi kull membru, li wara l-proċess denju ta' inkjesta mill-organizzazzjoni stess jinstab, li serjament kiser ir-regoli msemmija ta' hawn fuq; u (ii) tippubblika t-tkeċċija ta' dak il-membru u tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan; (iii) tagħmel magħruf lill-membri kollha tagħha l-liġijiet tal-pajjiż u ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-KP, regolamenti u linji ta' gwida li jirrigwardaw il-kunflitt tad-djamanti u l-ismijiet ta' persuni naturali jew legali misjuba ħatja, wara proċess legali vinkolanti, li kissru dawn il-liġijiet jew regolamenti; u (ċ) tforni lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-Komunità kompetenti bil-lista lesta tal-membri kollha tagħha li jinnegozjaw fid-djamanti mhux maħduma, magħduda ismijiet sħaħ, indirizzi, post, u tagħrif ieħor li jgħin biex ma jkunx hemm żbalji fl-identitajiet. 3. Organizzazzjonijiet koperti b'dan l-Artikolu għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-Komunità ta' l-Istat Membru fejn huma residenti jew stabbilixxew it-tibdil kollu fl-isħubija tagħhom wara l-applikazzjoni biex jitniżżlu. 4. Skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha tniżżel fl-Anness V kull organizzazzjoni li twettaq il-ħtiġiet ta' dan l-artikolu. Għandha tinnotifika l-awtoritajiet kollha tal-Komunità bl-ismijiet u l-partikolarajiet relevanti oħra tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet imniżżla u kull tibdil li jsir fihom. 5. (a) Organizzazzjoni mniżżla jew membru tagħha għandu jforni lill-awtorità relevanti tal-Komunità bl-aċċess għal kull tagħrif li jista' jkun meħtieġ sabiex tiġi stmata kif suppost l-funzjoni tas-sistema ta' garranziji u l-industrija awtoregolata. Meta ċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw, li l-awtorità tal-Komunità tista' tinħtieġ żidiet oħra ta' garanziji li organizzazzjoni kapaċi jżomm sistema kredibbli. (b) L-awtorità tal-Komunità kompetenti għandha tirraporta l-istima tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. 6. Jekk, matul l-osservazzjonijiet tal-funzjoni kif suppost tas-sistema, awtorità tal-Komunità fi Stat Membru tikseb tagħrif ta' min jorbot fuqu, li organizzazzjoi mniżżla koperta b'dan l-Artikolu u stabbilita jew hija residenti f'dak l-Istat Membru, jew membru tagħha stabbilixxa ruħu jew hu residenti f'dak l-Istat Membru, qed jikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, hija għandha twettaq l-istħarriġ tagħha fil-każ sabiex tivverifika jekk effettivament tkissrux id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. 7. (a) Jekk il-Kummissjoni għandha tagħrif ta' min joqgħod fuqu li organizzazzjoni mniżżla jew membru tagħha qed jikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, hija għandha titlob stima tas-sitwazzjoni mill-Awtorità tal-Komunità ta' l-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jew membru tagħha hu residenti jew stabbilit. Fuq din it-talba, l-awtorità relevanti tal-Komunità għandha minnufih tistħarreġ il-każ u għandha tgħarraf kif imiss lill-Kummissjoni b'dak li tkun sabet. (b) Jekk il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-rapporti, stimi jew tagħrif ieħor relevanti, tasal għall-konklużżjoni li s-sistema ta' garranziji u l-industrija auto regolata ma tiffunzjonax kif suppost, u l-kwistjoni ma tkunx ġiet indirizzata kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu dawk il-miżuri meħtieġa skond il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(2). 8. Jekk inkjesta twassal għall-konklużjoni li organizzazzjoni qed tikser id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtroità tal-Komunità ta' Stat Membru fejn l-organizzazzjoni hija residenti jew stabbilita tinnotifika lill-Kummissjoni tagħha mingħajr dewmien. F'dan il-każ, il-Kummissjoni, skond il-proċedura li hemme referenza għalihom fl-Artikolu 22(2), għandha tieħu l-miżuri xierqa bil-għan biex tneħħi dik l-organizzazzjoni mil-lista ta'l-Anness V. 9. Jekk organizzazzjoni mniżżla jew wieħed jew aktar mill-membri tagħha huma stabbiliti jew residenti fi Stat Membru li ma innominax awtorità tal-Komunità għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun l-Awtorità tal-Komunità għal dik l-organizzazzjoni jew ta' dawk il-membri. 10. Organizzazzjonijiet jew membri tagħhom koperti permezz ta' dan l-Artikolu li jaħdmu fit-territorju ta' parteċipant ieħor li ma tkunx il-Kummissjoni għandhom ikunu jkunsidrati li ħarsu d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jekk iżommu mar-regoli u r-regolamenti li dan il-parteċipant niżżel sabiex jimplimenta l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process. KAPITOLU V TRANSITU Artikolu 18 L-Artikoli 4, 11, 12, u 14 ma għandhomx jgħoddu għad-djamanti mhux maħduma li jidħlu fit-territorju tal-Komunità għall-għanijiet biss ta' transitu għall-parteċipant li ma tkunx il-Komunità, bil-kondizzjoni li la l-kontenitur oriġinali fejn ikunu qedgħin jinġarru d-djamanti mhux maħduma u l-anqas iċ-ċertifikat oriġinali ta' akkumpanjament maħruġ mill-awtortià kompetenti ta' parteċipant ma jkunu mbagħbsa fid-dħul u l-ħruġ mit-territorju tal-Komunità u l-għan ta' transitu jkun jaqbel ċar maċ-ċertifikat ta' akkumpanjament. KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 19 1. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw waħda jew aktar awtoritajiet fit-territorju tagħhom bħala awtortià tal-Komunità u jistgħu jingħatawlhom kompiti differenti. 2. L-Istati Membri li jinnominaw awtorità tal-Komunità għandhom ifornu lill-Kummissjoni b'dik l-informazzjoni li turi li l-awtoritajiet tal-Komunità nominati minnhom huma affidabbli, u li jwettqu l-kompiti meħtieġa ta' dan ir-Regolament fil-ħin, b'effiċjenza u kif suppost. 3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numri ta' punti meta l-formalitajiet previsti f'dan ir-Regolamnet jistgħu jitlestew. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan. Ibbażat fuq it-tagħrif previst taħt il-paragrafi 1 u2 u skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha żżomm fl-Anness III il-lista ta' l-awtoritajiet tal-Komunità, il-lokazzjonijiet tagħhom u l-kompiti fdati lilhom. 4. L-awtoritajiet tal-Komunità jistgħu jsaqsu operatur ta' l-ekonomija biex iħallas il-miżata għall-produzzjoni, il-ħruġ u/jew jagħmel legalment validu ċertifikat u għall-spezzjoni fiżika skond l-Artikoli 4 u 14. Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu l-ammont ta' dik il-miżata jaqbeż il-ħlasijiet li dik l-awtorità kompetenti tkun nefqet għall-operazzjoni konċernata.. L-ebda imposti jew dazji simili ma għandhom jitħallsu fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet. 5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom taħt l-Artikoli 4(5) u 12(3) jew ta' għażliet oħra li jiġu wara. 6. Il-Kummissjoni tista' temenda l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikati tal-Komunità bil-ħsieb li ttejjeb is-sigurtà, l-ipproċessar u t-tħaddim tagħha, għall-għanijiet ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-KP. Artikolu 20 Fuq il-bażi tat-tagħrif relevanti mill-Presidenza tal-Kimberley Process u/jew il-parteċipanti, il-Kummissjoni tista' temenda l-lista tal-parteċipanti u l-awtoritajiet kompetenti li huma nnominaw sabiex joħorġu u jikkonvalidaw iċ-ċertifikati tagħhom fl-Anness II. Artikolu 21 1. Il-Komunità għandha tkun partċipanta fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Process tal-Kimberley. 2. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-Komunità fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process, għandha timmira biex tiżgura l-aqwa implimentazzjoni ta' l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-KP, partikolarment bis-saħħa tal-koperazzjoni bejn il-parteċipanti. Għal dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tiskmabja l-informazzjoni mal-parteċipanti dwar il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma u, fejn xieraq, tikopera fil-kontroll ta' l-attivitajiet u biex issib ftehim fuq it-tilwim li jista' jinqala'. Artikolu 22 1. Waqt il-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħha taħt l-Artikoli 8, 10, 15, 16, 17 u 19, il-Kummissjoni għandha tkuna mgħejjuna minn Kumitat (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"). 2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jġħoddu l-Artikoli minn 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta' għaxart ijiem ta' xogħol. 3. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri tiegħu. Artikolu 23 Il-Kumitat li jagħmel referenza għalih l-Artikolu 22 jista' jeżamina kull mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jitqajjmu jew mill-President jew mir-rappreżentant ta' l-Istat Membru. Artikolu 24 1. Kull persuna naturali jew legali li jfornu servizzi diretti jew indiretti relatati ma' l-attivitajiet koperti bl-Artikoli 3, 4, 6, 7, 11, 12, 13, 17 u 18 għandha teżerċita l-ħila tagħha kif imiss sabiex tistabbilixxi li l-attivitajiet li hi tforni servizz għalihom iżommu mad-disposizzjonjijet ta' dan ir-Regolament. 2. Il-parteċipazzjoni, bil-konsapovolezza u intenzjonata, fl-attivitajiet, fejn l-ħsieb jew l-effett huma, direttament jew indirettament, sabiex jinħelsu mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu pprojbiti. 3. Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata b'kull informazzjoni li tissuġġerixxi li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolamnet qegħdin, jew kienu qegħdin, skansati. Artikolu 25 Tagħrif fornut skond dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li jkun inġabar għalih. Tagħrif li mix-xejra tiegħu huwa wieħed konfidenzali jew li kien fornut fuq bażi konfidenzali għandu jkun kopert bl-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali. Ma għandux jinkixef mill-Kummissjoni mingħajr il-permess ta' dik il-persuna li fornitu. Madankollu komunikazzjoni ta' informazzjoni bħal din għandha titħalla meta l-Kummissjoni hija obbligata jew awtorizzata biex tagħmel hekk, partikolarment b'konnessjonijiet ma' proċeduri legali. Din il-komunikazzjoni għandha tieħu qies l-interessi legali tal-persuna konċernata li s-sigrieti kummerċjali tiegħu jew tagħha ma għandhomx jinkixfu. Dan l-Artikolu ma għandux itellef mill-kxif ta' informazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni. Dan il-kxif ma għandux jitħalla jekk dan huwa inkompatibbli ma' l-għan oriġinali ta' din l-informazzjoni. Fil-każ ta' ksur tal-konfidenzalità, minn ħoloq din l-informazzjoni għandu jkun jista' iħassarha, ma jagħtix kasha, jew jikkoreġiha, skond il-każ. Artikolu 26 Tħaris ta' dan ir-Regolament ma jfissirx li kull persuna naturali jew legali ma għandhiex tħares bis-sħiħ jew parti, ma' xi obbligazzjoni oħra taħt xi liġi oħra tal-Komunità jew nazzjonali. Artikolu 27 Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta jinkisru d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu kapaċi li ma jħallux lil dawk responsabbli ta' xi ksur milli jieħdu xi benefiċċju ekonomiku mill-azzjonijiet tagħhom. Sakemm l-adozzjoni għadha pendenti, meta meħtieġ, xi leġislazzjoni minn din in-naħa, is-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jinkisru għandhom, meta relevanti, ikunu dawk determinati mill-Istat Membru sabiex jingħata effett lill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 303/2002. Artikolu 28 Dan ir-Regolament għandu jgħodd: (a) fit-territorju tal-Komunità, jinkludi l-ispazju ta' l-ajru tagħha, abbord kull inġenji ta' l-ajru jew kull bastiment fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru; (b) għal kull persuna ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri, u għal kull persuna legali, entità, jew korporazzjoni jew korp kostitwit taħt xi liġi ta' Stat Membru. Artikolu 29 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. Il-Kummissjoni għandha tirraporta kull sena jew meta meħtieġ kull żmien ieħor lill-Kunsill fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa għar-reviżjoni jew it-tħassir tar-Regolament. 3. L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 5, 10, 11, 12, 13, 14, 15 u 18 għandha tkun sospiża sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li japplika dawn l-Artikoli fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2002. Għall-Kunsill Il-President L. Espersen [1] ĠU L 47, tad-19.2.2002, p. 8. [2] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17). -------------------------------------------------- ANNESS I SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KIMBERLEY PROCESS PREAMBOLU PARTEĊIPANTI, - JIRRIKONOXXU li l-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti huwa ta' materja serja u interess internazzjonali, li jista' jkun marbut direttament maż-żieda tal-kunflitt bl-armi, l-attivitajiet tal-movimenti tar-ribelli bil-għan li jdgħajju jew jwaqqgħu gvernijiet leġittimi, u t-traffikar illegali u żieda fl-armamenti, speċjalment fl-armi żgħar u armi ħfief; - JIRRIKONOXXU AKTAR l-impatt devastanti tal-kunflitti sostnuti mill-kummerċ tal-kunflitt tad-djamanti dwar il-paċi, is-saħħa u s-sigurtà tal-popli fil-pajjiżi affettwati u l-ksur sistematiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu f'dawn il-kunflitti; - JINNUTAW l-impatt negattiv ta' dawn il-kunflitti dwar l-istabbilità reġjonali u l-obbligazzjonijiet mitfugħa fuq l-istati bil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li jirrigwardaw il-ħarsien tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali; - IŻOMMU F'MOĦĦHOM li hemm bżonn azzjoni urġenti internazzjonali biex ma tħallix il-kunflitt tad-djamanti milli jaffettwa negattivament il-kummerċ tad-djamanti leġittimi, li huwa ta' kontribuzzjoni siewja għall-ekonomija ta' ħafna stati li jipproduċu, jipproċessaw, jesportaw u jimportaw, speċjalment stati li qegħdin jiżviluppaw; - JIFTAKRU fir-Riżoluzzjonijiet kollha relevenati tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, magħdudin id-dsiposizzjonijiet relevanti tar-Rizoluzzjonijiet 1173 (1998), 1295 (2000), 1306 (2000), u 1343 (2001), u li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni u jsostnu l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dawn ir-Riżoluzzjonijiet; - JAGĦTU IMPORTANZA lir-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 (2000) dwar ir-rabta li hemm bejn il-kummerċ fil-kunflitt tad-djamanti u l-għajnuna li jagħti fil-kunflitt ta' l-armi, fejn sejjħet lill-komunità internazzjonali sabiex malajr kemm jista' jkun u bl-għaqal kollu tagħti konsiderazzjoni għall-ħolqien ta' miżuri effettivi u prammatiki sabiex jindirizzaw dan il-problema; - JAGĦTU IMPORTANZA WKOLL lir-rakkomandazzjoni tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 li l-komunità internazzjonali żviluppat proposti dettaljati għall-skema sempliċi u taħdem ta' ċertifikazzjoni internazzjonali għad-djamanti mhux maħduma ibbażata primarjament fuq skemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u fuq qbil għal standards minimi internazzjonali; - JIFTAKRU li l-Kimberley Process, li kien stabbilit biex isib soluzzjoni għall-problema internazzjonali tal-kunflitt tad-djamanti, kien jinkludi stake holders konċernati, stati l-aktar dwak li jipproduċu, jesportaw, u jimpurtaw, l-industrija tad-djamanti u s-soċjetà ċivili; - KONVINTI li l-opportunità li għandu l-kunflitt tad-djamanti, fejn jilgħab parti fl-għajnuna tal-kunflitt ta' l-armi, tista' bis-serjetà titnaqqas billi tiddaħħal skema ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma imfassla biex twarrab il-kunflitt tad-djamanti mill-kummerċ leġittimu; - JIFTAKRU li l-Kimberley Process ikkonsidra li skema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma, ibbażata fuq liġijiet u prattiċi nazzjonali u jilħqu l-istandards minimi internazzjonali miftiehma, tkun l-aqwa sistema effettiva sabiex tindirizza l-problema tal-kunflitt tad-djamanti; - JIRRIKONOXXU l-inizjattivi importanti li ttieħdu sabiex tkun indirizzata dan il-problema, partikolarment mill-gvernijiet ta' Angola, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Guinea u Sierra Leone u b'pajjiżi oħra l-aktar dawk li jipproduċu, jesportaw, u jimpurtaw, kif ukoll bl-industrija tad-djamanti, partikolarment mill-Kunsill tad-Dinja tad-Djamanti, u mis-soċjetà ċivili; - JILQGĦU inizjattivi volontarji autoregolati mħabbra mill-industrija tad-djamanti u jirrikonoxxu sistema volontarja awtoregolata li tikkontribwixxi sabiex tassigura sistema effettiva ta' kontroll intern tad-djamanti mhux maħduma ibbażata fuq l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma; - JIRRIKONOXXU li s-sistema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma tista' tkun biss kredibbli jekk il-Parteċipanti kollha jistabbilixxu sistemi interni ta' kontroll imfassla biex ineħħu l-preżenza ta' kunflitt tad-djamanti mill-katina ta' produzzjoni, esportazzjoni u importazzjoni ta' djamanti mhux maħduma fit-territorji tagħhom, fil-waqt li jieħdu qies tad-differenzi fil-metodi ta' produzzjoni u prattiċi tal-kummerċ kif ukoll differenzi fil-kontrolli instituzzjonali tagħhom jistgħu jiħtieġu approwċ differenti biex jintlaħqu l-istandards minimi; - JIRRIKONOXXU AKTAR li l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma għandha tkun konsistenti mal-liġi internazzjonali li tirregola l-kummerċ internazzjonali; - JIRRIKONOXXU li s-sovranità ta' l-istat għandha tkun rispettata bis-sħiħ u għandhomm jinżammu sodi l-prinċipji ta' l-ugwaljanza, benefiċċji reċiproki u konsnesus, IRRAKKOMANDAW ID-DISPOSIZZJONIJIET LI ĠEJJIN: TAQSIMA I Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' l-iskema internazzjonali ta' ċertifikazzjoni għad-djamanti mhux maħduma (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "L-Iskema ta' ċertifikazzjoni") jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin: KUNFLITT TAD-DJAMANTI tfisser djamanti mhux maħduma użati mill-moviment tar-ribelli jew l-alleati tagħhom sabiex jiffinanzjaw kunflitt immirat biex idgħajjef gvernijiet leġittimi, bħalma ma huma mfissra fir-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) sakemm jibqgħu fis-seħħ, jew f'riżoluzzjonijiet oħra simili tal-UNSC li jistgħu jkunu adottati fil-futur, u bħalma ingħad u rikonoxxut fl-Assemblea Ġenerali ta' Nazzjonijiet Uniti (UNGA) ir-Riżoluzzjoni 55/56, jew f'riżoluzzjonijiet oħra simili ta' l-UNGA li jistgħu jkunu adottati fil-futur; PAJJIŻ TA' ORIĠINI tfisser pajjiż fejn merkanzija ta' djamanti mhux maħduma tħaffret jew inħarġet; PAJJIŻ TA' PROVENJENZA tfisser l-aħħar Parteċipant minn fejn kienet esportata merkanzija ta' djamanti mhux maħduma, kif reġistrata fuq id-dokumentazzjoni ta' importazzjoni; DJAMANT tfisser minerali naturali li jkollu essenzalment karbon safi kristallizat fis-sistema isometrika, b'ebusija fuq il-Mohs (barxa) skala ta' 10, gravità speċifika ta' bejn wieħed u ieħor 3.52 u indiċi rifrattiv ta' 2.42; ESPORTAZZJONI tfisser il-ħruġ/teħid 'il barra materjali ta' oġett minn kull parti tat-territorju ġeografiku ta' kull Parteċipant; AWTORITÀ TA' L-ESPORTAZZJONI tfisser l-awtorità(ijiet) jew korp(korpi) nominati minn Parteċipant minn liema territorju l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma qiegħda titlaq, u li huma awtorizzati li jikkonfermaw iċ-Ċertifikat tal-Kimberley Process; ŻONA ĦIELSA TAL-KUMMERĊ tfisser parti mit-territiroju tal-Parteċipant fejn id-dħul ta' oġġetti, sa fejn jikkonċerna taxxi u dazji ta' importazzjoni, huma meqjusa li qegħdin barra mit-territorju tad-dwana; IMPORTAZZJONI tfisser id-dħul/l-introduzzjoni materjali ta' oġett f'xi parti tat-territorju ġeografiku ta' Parteċipant; AWTORITÀ TA' IMPORTAZZJONI tfisser l-awtorità(ijiet) jew korp(i) nominati permezz ta' Parteċipant f'liema territorju merkanzija tad-djamanti mhux maħduma hija importata sabiex twettaq il-formalitajiet ta' l-importazzjoni kollha u partikolarment il-verifikazzjoni ta' l-akkumpanjament taċ-Ċertifikati tal-Kimberley Process; ĊERTIFIKAT TAL-KIMBERLEY PROCESS tfisser dokument li jiflaħ għal kontra l-falsifikazzjoni b'format partikolari li jiddentifika l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma li huma konformi mal-ħtiġiet ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni; OSSERVATUR tfisser rappreżentant tas-soċjetà ċivili, l-industrija tad-djamanti, organizzazzjonijiet internazzjonali u gvernijiet li mhumiex parteċipanti mistiedna biex jieħdu sehem fil-laqgħat Plenarji; PAKKETT tfisser wieħed jew aktar djamanti li huma ppakkjati flimkien u li mhumiex individwalizzati; PAKKETT TA' ORIĠINI MĦALLTA tfisser pakkett li jkollu djamanti mhux maħduma minn żewġ pajjiżi ta' oriġini jew aktar, imħallta flimkien; PARTEĊIPANT tfisser stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali għall-liema l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni hi effettiva; ORGANIZZAZZJONI TA' INTEGRAZZJONI EKONOMIKA REĠJONALI tfisser organizzazzjoni magħmula minn stati sovrani li trasferrew il-kompetenza tagħhom lil dik l-organizzazzjoni dwar materji regolati mill-Iskema ta' Ċertifikazzjoni; DJAMANTI MHUX MAĦDUMA tfisser djamanti mhux maħduma jew sempliċiment maqtugħin, mifruqin f'biċċiet jew mhux irfinut u jaqgħu taħt Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija 71021000, 71022100 u 71023100; MERKANZIJA tfisser pakkett wieħed jew aktar li huma fiżikament importati jew esportati; TRANSIT tfisser il-passaġġ fiżiku minn naħa għal oħra tat-territorju tal-Parteċipant jew li mhux Parteċipant, bil jew mingħajr trasbord, magazzinaġġ jew bdil fil-metodu tat-trasport, meta dan il-passaġġ huwa biċċa biss mill-vjaġġ kollu li jibda u jintemm lil hinn mill-fruntieri tal-Parteċipant jew mhux Parteċipant mil-liema territorju l-merkanzija tgħaddi minn naħa għal oħra; TAQSIMA II IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KIMBERLEY PROCESS Kull Parteċipant għandu jiżgura li: (a) Ċertifikat tal-Kimberley Process (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ iċ-Ċertifikat) li jakkumpanja kull merkanzija tad-djamanti mhux maħduma fl-esportazzjoni; (b) il-proċess dwar il-ħruġ taċ-Ċertifikati jilħaq l-istandards minimi tal-Kimberley Process kif imniżżla fit-Taqsima IV; (ċ) Ċertifikati jilħqu l-ħtiġet minimi mniżżla fl-Anness I. Kemm-il darba jintlaħqu dawn il-ħtiġeit, Parteċipanti jistgħu fid-deskrizzjoni tagħhom jistabbilixxu karatteristiċi adizzjonali għaċ-Ċertifikati tagħhom, per eżempju l-forma tagħhom, data adizzjonali jew elementi ta' sigurtà; (d) jinnotifika l-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza bil-karatteristiċi taċ-ċertifikati tiegħu bħalma huma speċifikati fl-Anness I, għall-għanijiet ta' validazzjoni. TAQSIMA III Impennji dwar il-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma Kull Parteċipant għandu: (a) dwar il-merkanziji tad-djamanti mhux maħduma li huma esportati għall-Parteċipant, jeħtieġ li kull merkanzija hija akkumpanjata minn Ċertifikat validat kif suppost; (b) dwar il-merkanziji tad-djamanti mhux maħduma importati minn Parteċipant: - jeħtieġ Ċertifikat validat kif suppost; - jiżgura li jibgħat malajr il-konfermazzjoni ta' l-irċevuta lill-Awtorità ta' l-Esportazzjoni relevanti. Il-konfermazzjoni għall-anqas għandha tirreferi għan-numru taċ-ċertifikat, in-numri ta' pakketti, il-piż tal-karat, u d-dettalji ta' l-importatur u l-esportatur; - jeħtieġ li l-oriġinal taċ-Ċertifikat ikun aċċessibli għall-perjodu ta' mhux anqas minn tliet snin; (ċ) jiżgura li l-ebda merkanzija ta' djamanti mhux maħduma hija importata minn jew esportata lil min mhux Parteċipant; (d) jirrikonoxxi li Parteċipanti minn liema territorju jgħaddi t-transit tal-merkanzija mhumiex meħtieġa li jilħqu l-ħtiġiet tal-paragrafi (a) u (b) ta' hawn fuq, u tat-Taqsima II (a) sakemm l-awtoritajiet nominati tal-Parteċipant minn liema territorju tgħaddi l-merkanzija, jiżguraw li l-merkanzija titlaq it-territorju tagħhom fl-istess stat bħalma daħlet fit–territorju tagħhom (i.e. mhux miftuħa u mhux imbagħbsa). TAQSIMA IV Kontrolli Interni Impennji mill-Parteċipanti Kull Parteċipant għandu: (a) jistabbilixxi sistema ta' kontrolli interni mfassla sabiex ineħħu l-preżenza tal-kunflitt tad-djamanti minn merkanziji tad-djamanti mhux maħduma impurtati fit-territorju u esportati mit-territorju tiegħu; (b) jinnomina Awtorità(jiet) ta' Importazzjoni u Esportazzjoni; (ċ) jiżgura li d-djamanti mhux maħduma huma importati u esportati f'kontenituri li jifilħu għal kontra t-tbagħbis; (d) kif meħtieġ, jemendaw jew jgħaddu liġijiet xierqa jew regolamenti sabiex jimplimentaw u jinfurzaw l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni u jżommu penalitajiet disswassivi u proporzjonati għal min jikksirhom; (e) jiġbru u jżommu data uffiċċjali relevanti tal-produzzjoni, importazzjoni u esportazzjoni, u jqabblu u jiskambjaw din id-data skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V; (f) meta jistabbilixxu sistema interna ta' kontroll, għandhom jieħdu qies, meta xieraq, għażliet u rakommandazzjonijiet oħra għall-kontrolli interni kif elaborati fl-Anness II. Prinċipji ta' l-Industrija Awtoregolata Parteċipanti għandhom jifhmu li s-sistema volontarja ta' industrija awtoregolata, kif hemm referenza għaliha fil-Preambolu ta' dan id-Dokument, tipprovdi għal sistema ta' garanziji msaħħa permezz tal-verifikazzjonijiet ta' awdituri indipendenti ta' kumpanniji individwali u sostnuti minn penalitajiet interni mwaqqfa minn industrija, sabiex tgħin biex tiffaċilita t-traċċar kollu ta' l-operazzjonijiet tad-djamanti mhux maħduma mill-awtoritajiet tal-gvern. TAQSIMA V Koperazzjoni u trasparenza Parteċipanti għandhom: (a) ifornu lil xulxin permezz tal-Presidenza informazzjoni li tiddentifika l-awtoritajiet nominati tagħhom jew korpi responsabbli sabiex jimplimentaw id-disposizzjonijiet ta' din l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni. Kull Parteċipant għandu jagħti lill-Parteċipanti oħra permezz tal-Presidenza informazzjoni, preferibilment fil-format elettroniku, dwar il-liġijiet relevanti tiegħ, regolamenti, regoli, proċeduri u prattiċitajiet, u jaġġorna dik l-informazzjoni kif meħtieġ. Din għandha tinkludi sinopsi bl-Ingliż tal-kontenut essenzjali ta' din l-informazzjoni; (b) jiġbru u jqiegħdu għad-disposizzjoni tal-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza d-data ta' l-istatistika skond il-prinċipji mniżżla fl-Anness III; (ċ) jiskambjaw fuq bażi regolari esperjenzi u informazzjoni relevanti oħra, li jinkludu autovalutazzjoni sabiex jaslu għall-aqwa prattiċitajiet f'ċirkostanzi differenti; (d) jikkonsidraw favorevolment talbiet minn Parteċipanti oħra għall-għajnuna sabiex titjieb aktar il-funzjoni ta' l-iskema taċ-Ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom; (e) jinformaw Parteċipant ieħor permezz tal-Presidenza jekk huma jikkonsidraw li l-liġijiet, regolamenti, regoli, proċeduri u prattiċitajiet tal-Parteċipant l-ieħor ma jassigurawx fl-esportazzjoni tal-Parteċipant l-ieħor in-nuqqas tal-kunflitt tad-djamanti; (f) jikoperaw mal-Parteċipanti l-oħra dwar it-tenttaiv biex isolvu problemi li jistgħu jqumu minn ċirkostanzi mhux intenzjonati u li jistgħu jwasslu għan-nuqqas tat-twettiq tal-ħtiġiet minimi dwar il-ħruġ u l-aċċettazzjoni taċ-Ċertifikati, u jinformaw lill-Parteċipanti l-oħra dwar ir-realtà tal-problemi u s-soluzzjonijiet misjuba; (g) jinkoraġġixxu, permezz ta' l-awtoritajiet relevanti tagħhom, aktar koperazzjoni bejn aġenziji responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet u bejn l-aġenziji tad-dwana tal-Parteċipanti. IT-TAQSIMA VI Materji Amministrattivi LAQGĦAT 1. Parteċipanti u osservaturi jiltaqgħu Plenarjament kull sena, u f'okkażjonijiet oħra meta l-Parteċipanti jaraw li nqalgħet il-ħtieġa, sabiex jiddiskutu l-effetività ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. 2. Parteċipanti għandhom għal dawn il-laqgħat jadottaw ir-Regoli ta' Proċedura fl-ewwel laqgħa Plenarja. 3. Il-laqgħat għandhom isiru f'dak il-pajjiż fejn il-Presidenza hi allokata, sakemm Parteċipanti jew organizzazzjoni internazzjonali joffru biex jospitaw il-laqgħa huma u tintlaqa' din l-istedina. Il-pajjiż ospitant għandu jiffaċilita l-formalitajiet tad-dħul għal dawk li jattendu dawn il-laqgħat. 4. Fl-aħħar ta' kull laqgħa Plenarja, tinħatar il-Presdenza sabiex tippresiedi l-laqgħat Plenarji kollha, tal-gruppi ta' xogħol ad hoc u tal-korpi sussidjarji oħra, li setgħu jkunu twaqqfu sat-tmiem tal-laqgħa Plenarja annwali li tkun imiss. 5. Parteċipanti għandhom jilħqu d-deċiżjonijiet permezz ta' konsensus. Il-Presidenza għandha twettaq konsultazzjonijiet, jekk jidher li hu impossibbli li jintlaħaq konsensus. APPOĠĠ AMMINISTRATTIV 6. Għall-aħjar amministrazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, ikun meħtieġ appoġġ amministrattiv. Il-modi u l-funzjonijiet ta' dak l-appoġġ għandhom jkunu mitħaddta fl-ewwel laqgħa Plenarja, fejn wara jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU. 7. Appoġġ amministrattiv jista' jinkludi l-funzjonijiet li ġejjin: (a) iservi bħala strument ta' komunikazzjoni, qsim ta' informazzjoni u konsultazzjoni bejn il-Parteċipanti rigward materji previsti f'dan id-Dokument.; (b) iżomm u jagħmel disponibbli għall-użu tal-Parteċipanti kollha ġabra ta' dawk il-liġijiet, regolamenti, regoli, proċeduri, prattiċi u statistiki notifikati skond it-Taqsima V; (ċ) iħejji dokumenti u jforni appoġġ amministrattiv għal-laqgħat Plenari u tal-gruppi ta' xogħol; (d) jieħu taħt idejh dawk ir-responsabbilitajiet adizzjonali mogħtija, mil-laqgħat Plenari, jew minn kull grupp ta' xogħol delegat permezz tal-laqgħat Plenarji. PARTEĊIPAZZJONI 8. Parteċipazzjoni fl-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni hija miftuħa fuq bażi globali, u mhux diskriminatorja għal dawk l-Applikanti kollha li huma lesti u kapaċi jwettqu l-ħtiġiet ta' dik l-Iskema. 9. Kull applikant li jixtieq jieħu sehem fl-Isekma ta' Ċertifikazzjoni għandu jinforma bl-interss tiegħu lill-Presidenza permezz ta' notifika li għandha tgħaddi mill-kanali diplomatiċi. Din in-notifikazzjoni għandha tinkludi dak li hemm imniżżel fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V u għandha titqassam lill-Parteċipanti kollha fi żmien xahar. 10. Parteċipanti li beħsiebhom jistiednu rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-industrija tad-djamanti, gvernijiet li mhumiex parteċipanti u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jieħdu sehem bħala Osservaturi fil-laqgħat Plenari. MIŻURI TAL-PARTEĊIPANTI 11. Parteċipanti qabel il-laqgħat Plenari annwali tal-Kimberley Process, iridu jħejju u jagħmlu disponibbli għall-Parteċipanti l-oħra, l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V fejn isemmu essenzalment kif il-ħtiġiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni qegħdin ikunu implimentati fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. 12. L-agenda tal-laqgħat annwali Plenari għandha tinkludi parti fejn l-informazzjoni kif stipulata fil-paragrafu (a) tat-Taqsima V hija riveduta u l-Parteċipanti jistgħu jfornu dettalji oħra tas-sistemi rispettivi tagħhom fuq talba tal-Plenari. 13. Meta aktar kjarifikazzjoni hija meħtieġa, Parteċipanti fil-laqgħat Plenari, fuq rakommandazzjoni tal-Presidenza, jistgħu jidentifikaw u jiddeċiedu sabiex itwettqu miżuri adizzjoanli ta' verifikazzjoni. Dawn il-miżuri jridu jkunu implimentati skond l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u internazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu, imma ma hemmx għalfejn ikunu limitati ġħall-miżuri bħal: (a) talbiet għall-inforamzzjoni adizzjoanli u kjarifikazzjonijiet mill-Parteċipanti; (b) reviżjoni ta' missjonijiet minn Parteċipanti oħra jew rappreżentanti tagħhom meta hemm indikazzjonijiet ta' min joqgħod fuqhom ta' nuqqas sinjifikanti tal-ħarsien ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni. 14. Reviżjoni tal-missjonijiet għandhom jitwettqu f'manjiera analitika, esperta u imparzjali bil-kunsens tal-Parteċipant konċernat. Id-daqs, komposizzjoni, termini ta' referenza u l-perjodu taż-żmien ta' dawn il-missjonijiet għandhom ikunu jbażati fuq iċ-ċirkostanzi u stabbilitti mill-Presidenza bil-kunsens tal-Parteċipant konċernat u bil-konsultazzjoni tal-Parteċipanti kollha. 15. Rapport fuq ir-riżultati dwar il-ħarsien tal-miżuri ta' verifikazzjoni għandu jintbagħat lill-Presidenza u lill-Parteċipant konċernat fi żmien tlett ġimgħat minn mindu titlesta l-missjoni. Kull kumment minn dak il-Parteċipant kif ukoll ir-rapport, għandhom jintbagħtu fuq il-website uffiċjali ta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni f'dik it-taqsima li l-aċċess għaliha huwa ristrett mhux aktar tard minn tlett ġimgħat wara li jkun intbagħat ir-rapport lill-Parteċipant konċernat. Parteċipanti u osservaturi għandhom jagħmlu kull sforz sabiex josservaw konfidenzalità stretta rigward il-kwistjoni u d-diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' konformità. KONFORMITÀ U PREVENZJONI TAL-KONTROVERSJI 16. Meta tqum xi kwistjoni rigward il-kompetenza jew xi kwistjoni oħra rigward l-implimentazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, kull Parteċipant konċernat jista' jinforma lill-Presidenza, li mingħajr dewmien jinforma lill-Parteċipanti kollha dwar din il-kwistjoni u jidħol fi djalogu sabiex jara kif ser jindirizzaha. Parteċipanti u osservaturi għandhom jagħmlu kull sforz sabiex josservaw strettamnet il-konfidenzalità rigward il-kwistjoni u d-diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' konformità. MODIFIKAZZJONIJIET 17. Dan id-dokument jista' jkun modifikat bil-kunsens tal-Parteċipanti. 18. Il-Parteċipanti kollha jistgħu jipproponu xi modifikazzjonijiet. Dawn il-proposti għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-Presidenza, ta' l-anqas disgħin ġurnata qabel il-laqgħa Plenari li jkun imiss, kemm-il darba ma jkunx hemm xi ftehim mod ieħor. 19. Il-Presidenza għandha ddawwar mingħajr dewmien mal-Parteċipanti u l-Osservaturi kollha kull modifikazzjoni proposta u tpoġġiha fuq l-aġenda tal-laqgħa Plenari li jkun imiss. MEKKANIŻMU TA' REVIŻJONI 20. Il-Parteċipanti għandhom il-ħsieb li l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni għandha tkun suġġetta minn żmien għal ieħor għar-reviżjoni, sabiex iħallu l-Parteċipanti jwettqu analiżi profonda ta' l-elementi kollha li jinstabu fl-iskema. Ir-reviżjoni għandha tinkludi wkoll il-konsiderazzjoni tal-ħtiġiet kontinwi ta' din is-sistema, fid-dawl tal-perċezzjoni tal-Parteċipanti u ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u partikolarment tan-Nazzjonijiet Uniti, minħabba t-theddid kontinwu li ħolqu l-kunflitt tad-djamanti f'dak iż-żmien. L-ewwel reviżjoni bħal din għandha titwettaq mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data effettiva minn meta tibda l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. Il-laqgħa ta' reviżjoni għandha normalment taħbat mal-laqgħa Plenari ta' kull sena, kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim mod ieħor. ID-DĦUL TA' L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ISKEMA 21. L-Iskema ta' Ċertifikazzjoni għandha tkun stabbilitta fil-Laqgħat Ministerjali ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process għad-Djamanti mhux maħduma fl-Interlaken tal-5 ta' Novembru 2002. -------------------------------------------------- Anness I sa ANNESS I ĊERTIFIKATI A Il-ħtiġiet minimi għaċ-Ċertifikati Ċertifikat għandu jilħaq il-ħtiġiet minimi li ġejjin: - Kull Ċertifikat għandu jkollu t-Titolu "Iċ-Ċertifikat tal-Kimberley Process" u l-prospett li ġej: "Id-djamanti mhux maħduma f'din il-merkanzija kienu ttratati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Proċessar għad-djamanti mhux maħduma" - Il-pajjiż ta' oriġini għall-merkanzija ta' paketti ta' oriġini (i.e. mill-istess) mhux imħallta - Iċ-Ċertifikati jistgħu jinħarġu f'kull lingwa, iżda għandu jkun hemm inkorporata traduzzjoni bl-Ingliż - Numerazzjoni Unika mal-kodiċi tal-pajjiż ta' l-Alpha 2, skond l-ISO 3166-1 - Jifilħu għal kontra t-tbagħbis u l-falsifikazzjoni - Data tal-ħruġ - Data ta' l-għeluq - L-awtorità tal-ħruġ - Identifikazzjonijiet ta' l-esportatur u l-importatur - Karat piż/massa - Valur fil-US$ - Numru ta' pakketti fil-merkanzija - Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija B. Elementi Fakultattivi taċ-Ċertifikat Ċertifikat jista' jinkludi l-elementi fakultattivi li ġejjin: - Karatteristiċi taċ-Ċertifikat (per eżempju bħal-forma, data adizzjonali jew elementi ta' sigurtà) - Karatteristiċi ta' kwalità tad-djamanti mhux maħduma fil-merkanzija — Irċevuta ta' rakkommandazzjoni tal-konfermazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkollha l-elementi li ġejjin: Pajjiż ta' destinazzjoni Identifikazzjoni ta' l-importatur Karat/piz u valur fl-US$ Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija Data ta' l-irċevuta mill-Awtortià ta' Importazzjoni Awtentikazzjoni mill-Awtorità ta' Importazzjoni C. Proċeduri Fakultattivi Djamanti mhux maħduma jistgħu jintbagħtu bil-baħar f'boroż tas-sigurtà trasparenti. In-numru uniku taċ-Ċertifikat jista' jirrepeti ruħu fuq il-kontenitur. -------------------------------------------------- L-Anness II sa L-ANNESS I RAKKOMMANDAZZJONIJIET KIF PREVISTI FIT-TQASIMA IV, PARAGRAFU (F) Rakkommandazzjonijiet Ġenerali 1. Parteċipanti jistgħu jaħtru koodinatur(i) uffiċċjali sabiex jieħu l-inkarigu għall-implimentazzjoni ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. 2. Parteċipanti jistgħu jikkunsidraw l-utilità li jikkumplimnetaw u/jew ikabbru l-kollezzjoni u l-pubblikazzjoni ta' l-istatistiki identifikati fl-Anness III ibbażati fuq il-kontenut taċ-Ċertifikati tal-Kimberley Process. 3. Parteċipanti huma mħeġġa li jżommu l-informazzjoni u d-data meħtieġa mit-Taqsima V f'database kompjuterizzata. 4. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jibagħtu u jirċievu messaġġi elettroniċi sabiex jagħtu appoġġ lill-Iskema ta' Ċertifikazzjoni. 5. Parteċipanti li jipproduċu djamanti u li għandhom gruppi ta' ribelli suspettati li jħaffru għad-djamanti fit-territorji tagħhom huma mħeġġa li jidentifikaw il-wesgħat ta' l-attività tat-tħaffir tad-djamanti u jfornu dan it-tagħrif lill-Parteċipanti l-oħra kollha. Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari. 6. Parteċipanti huma mħeġġa li jagħmlu magħrufa lill-Parteċipanti l-oħra kollha permezz tal-Presidenza l-ismijijet ta' individwi u kumpanniji li weħħlu dwar ksur ta' attivatjiet relevanti ma' l-għanijiet ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. 7. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-flus li bihom inxtraw id-djamanti mhux maħduma jgħaddu kif suppost mill-banek uffiċċjali, akkompanjati minn dokumenti verifikati. 8. Parteċipanti li jipproduċu d-djamanti għandhom janalizzaw il-produzzjoni tad-djamanti tagħhom taħt it-titoli li ġejjin: - Karatteristiċi tad-djamanti prodotti - Produzzjoni attwali Rakkommandazzjonijiet għall-Kontroll fuq il-Minjieri tad-Djamanti 9. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-minjieri kollha tad-djamanti huma liċenzati u jħallu biss dawk il-minjieri liċenzati għaldaqshekk sabiex iħaffru għad-djamanti. 10. Parteċipanti huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-kumpanniji prospettivi u ta' tħaffir iżommu standards ta' sigurtà effetivi sabiex jiżguraw li djamanti ta' kunflitt ma jikkontaminawx il-produzzjoni leġittima. Rakkommandazzjonijiet għall-Parteċipanti bi Tħaffir tad-Djamanti 11. Il-ħaddiema fil-mini tad-djamanti kollha sew artiġjanati u informali għandhom ikunu liċenzati u dawk il-persuni biss li huma liċenzati għaldaqshekk jistgħu jitħallew iħaffru għad-djamanti. 12. Ir-reġistrazzjonijiet tal-liċenzi għandhom ikollhom l-informazzjoni minima li ġejja: isem, indirizz, nazzjonalità u/jew l-istat tar-residenza u ż-żona awtorizzata għall-attività tat-tħaffir tad-djamanti. Rakkommandazzjonijiet għax-Xerrejja, Bejjiegħa, u Esportaturi 13. Ix-xerrejja, bejjiegħa, esportaturi, aġenti u l-kurjers tal-kumpanniji kollha li huma mdaħħlin fil-ġarr tad-djamanti mhux maħduma għandhom ikunu reġistrati u liċenzati minn kull awtorità relevanti tal-Parteċipant. 14. Ir-reġistrazzjonijiet tal-liċenzi għandhom ikollhom l-informazzjoni minima li ġejja: isem, indirizz, nazzjonalità u/jew l-istat tar-residenza. 15. Il-bejjiegħa, ix-xerrejja u l-esportaturi kollha tad-djamanti mhux maħduma għandhom ikunu meħtieġa bil-liġi sabiex iżommu għall-ħames snin it-tagħrif tax-xiri, il-bejgħ u l-esportazzjoni ta' kuljum, iniżżlu l-isem tal-klijenti kemm xerrejja kif ukoll bejjiegħa, in-numru tal-liċenza tagħhom u l-ammont u l-valur tad-djamanti mibjugħin, esportati jew mixtrija. 16. L-informazzjoni tal-paragrafu 14 ta' hawn fuq għandha tiddaħħal f'database kompjuterizzata, sabiex tagħmel eħffef il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet individwali tal-bejjiegħa u tax-xerrejja tad-djamanti mhux maħduma. Rakkommandazzjonijiet dwar il-Process ta' l-Esportazzjoni 17. Esportatur għandu jissottometti merkanzija ta' djamanti mhux maħduma lill-Awtorità relevanti ta' l-Esportazzjoni. 18. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni hija mħeġġa, li qabel ma tikkonvalida Ċertifikat, esportatur jeħtieġ li jforni dikjarazzjoni li d-djamanti mhux maħduma li qegħdin jkunu esportati m'humiex djamanti ta' kunflitt. 19. Djamanti mhux maħduma għandhom ikunu ssiġillati ġo kontenitur li jiflaħ għal kontra t-tbagħbis flimkien ma' Ċertifikat jew kopja awtentika kif suppost. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni għandha tibgħat messaġġ dettaljat permezz ta' e-mail lill-Awtorità relevanti ta' l-Importazzjoni li jkollu fih informazzjoni fuq il-piż tal-karat, valur, il-pajjiż ta' oriġini jew provinċja, l-importatur u n-numru tas-serje taċ-Ċertifikat. 20. L-Awtorità ta' l-Esportazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma f'database kompjuterizzata. Rakkommandazzjonijiet dwar il-Process ta' l-Importazzjoni 21. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tirċievi messaġġ permezz ta' e-mail, jew qabel jew mal-wasla tal-merkanzija. Il-messaġġ għandu jkollu dettalji bħall-piż tal-karat, valur, pajjiż ta' oriġini jew provinċja, esportatur jew in-numru tas-serje taċ-Ċertifikat. 22. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tispezzjona l-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma sabiex tivverifika li s-siġilli tal-kontenitur ma tbagħbsux u l-esportazzjoni twettqet skond l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni. 23. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tiftaħ u tispezzjona l-kontenut tal-merkanzija sabiex tivverifika d-dettalji dikjarati fuq iċ-Ċertifikat. 24. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni fejn hu xieraq u meta mitluba, għandha tibgħat lura l-islippa jew il-kupun tal-konfermazzjoni ta' l-importazzjoni lill-Awtorità relevanti ta' l-Esportazzjoni. 25. L-Awtorità ta' l-Importazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-merkanzija tad-djamanti mhux maħduma f'database kompjuterizzata. Rakkommandazzjonijiet dwar il-Merkanziji għal u minn Żoni Hielsa ta' Kummerċ 26. Merkanziji tad-djamanti mhux maħduma għal u minn żoni ħielsa ta' kummerċ għandhom ikunu proċessati mill-awtoritajiet nominati. -------------------------------------------------- ANNESS III sa ANNESS I STATISTIKA Jirrikonoxxu li data mqabbla u ta' min joqgħod fuqha dwar il-produzzjoni u l-kummerċ internazzjonali tad-djamanti mhux maħduma hija għodda essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta' l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni, u partikolarment għall-identifikazzjonijiet ta' xi rregolaritajiet jew anomaliji li jindikaw li djamanti ta' kunflitt qegħdin isibu ruħhom fil-kummerċ leġittimu, Parteċipanti waqt li jagħtu kas il-ħtieġa li tkun protetta informazzjoni kummerċjali sensittiva, jagħtu appoġġ qawwi lill-prinċipji li ġejjin: (a) iżommu u jppubblikaw fi żmien xahrejn tal-perjodu ta' referenza u permezz ta' format standard, l-istatistika meħuda komplessivament ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-djamanti mhux maħduma għal kull tliet xhur tas-sena, kif ukoll in-numri taċ-ċertifikati validati għall-esportazzjoni, u ta' merkanziji importati akkumpanjati biċ- ċertifikati; (b) iżommu u jippubblikaw statistika dwar l-esportazzjoni u importazzjoni, fejn hu possibbli permezz tal-pajjiż ta' oriġini jew provinċja; bil-piż tal-karat u l-valur: u taħt il-klassifikazzjonijiet tas-Sistema Relevanti Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Coding tal-Merkanzija (HS) 710210 ; 710221; 710231; (ċ) iżommu u jippubblikaw fuq bażi ta' nofs sena u fiż-żmien xahrejn tal-perjodu ta' referenza ta' l-istatistiki dwar il-produzzjoni tad-djamanti mhux maħduma permezz tal-piż tal-karat u l-vlaur. Fil-każ li Parteċipant ma jkunx jista' jippubblika dawn l-istatistiċi għandu jinforma mill-ewwel b'dan lill-Presidenza; (d) jiġbru u jippubblikaw dawn l-istatistiċi billi l-ewwel joqogħdu fuq proċessi nazzjonali eżistensi u metodoloġiji; (e) jagħmlu dawn l-istatistiċi disponibbli lill-korpi intergovernattivi jew lill-mekkaniżmu ieħor adattat identifikat mill-Parteċipanti għal (1) ġbir u pubblikazzjoni fuq bażi ta' tliet xhur fis-sena dwar l-esportazzjoni u importazzjoni, u (2) fuq bażi ta' kull nofs sena dwar il-produzzjoni. Dawn l-istatistiċi għandhom ikunu disponibbli għall-analiżi mill-partijiet interessati u mill-Parteċipanti, kollettivament u individwalment, skond it-termini ta' referenza kif jistgħu jkunu stabbilitti mill-Parteċipanti; (f) jikkonsidraw fil-laqgħat annwali Plenari informazzjoni statistika li tolqot il-kummerċ internazzjonali fi u l-produzzjoni tad-djamanti mhux maħduma, bil-ħsieb li jindirizzaw kwistjonijiet relatati, u appoġġ effettiv għall-implimetazzjoni ta' l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni. -------------------------------------------------- ANNESS II Lista tal-parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom nominati kif suppost kif imniżżla fl-Artikoli 2, 3, 5, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20 -------------------------------------------------- ANNESS III Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-kompetenzi tagħhom kif imniżżla fl-Artikoli 2 u 19 -------------------------------------------------- ANNESS IV Ċertifikat tal-Komunità kif imniżżel fl-Artikolu 2 Iċ-Ċertifikat tal-Komunità mniżżel fl-Artikolu 2 għandu jkollu l-elementi li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikati li joħorġu għandhom ikunu identiċi. Minħabba f'hekk għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kampjuni ta' ċertifikati li ser joħorġu. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jkollhom iċ-Ċertifikat tal-KE stampat. Iċ-Ċertifikati tal-KE jistgħu jkunu stampati minn stampaturi nominati mill-Istat Membru fejn huma stabbilitti. Fl-aħħar każ, referenza tal-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull Ċertifikat tal-KE. Kull Ċertifikat tal-KE għandu jkollu indikazzjoni ta' l-isem ta' l-istampatur u l-indirizz jew marka minn fejn jista' jiġi ddentifikat l-istampatur. L-istampatur għandu jkun Stampatur ta' l-Għola Sigurtà tal-Flus tal-Bank. L-istampatur għandu jipprovdi referenzi xierqa minn klijenti governali u kummerċjali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli kampjuni taċ-Ċertifikati oriġinali tal-KE għall-awtoritajiet tal-KE. Materjal - Qisien: A4 (210 mm x 297 mm); - Filigran b'fibri viżibbli (Ewropew blu) u inviżibbli (isfar/aħdar) taħt id-dawl ta' l-UV; - Karta ta' Sigurtà: Il-fibri viżibbli huma kkuluriti li jaqblu "Ewropew Blu"; - UV mhux ċar (l-elementi fid-dokument għandhom joħorġu ċari meta jitqiegħdu taħt id-dawl tal-lampa Ultra-violet); - 100 g/m2 karta. Stampar - Sfond sfumat bħall-qawsalla (sensittiv għas-solvent) (tifsira ta' kulur: pantone blu-roża); - L-effett tal-"qawsalla" għandu sfond ta' sigurtà li ma jidhirx meta jkun ikkupjat. - Il-linka użata għandha tkun "solvent sensitiv" sabiex tipproteġi d-dokument kontra kimiċi użati sabiex ibidlu xi kitba, bħall-bliċ. - 1 L-isfond sfumat ikkulurit (permanenti u li jirreżisit għad-dawl); - Jiżguraw li t-tieni "Qawsalla" hija stampata sabiex ma tħallix iċ-Ċertifikati jiġrilhom xi ħsara fid-dawl tax-xemx. - Xogħol inviżibbli ta' l-UV (l-istilel tal-Bandiera ta' l-UE); - L-istampatur ta'sigurtà għandu japplika il-piż eżatt tal-linka sabiex jiżgura li l-elementi ta' l-UV jibqgħu inviżibbli fid-dawl normali. - Bandiera ta' l-UE: Stampat b' kulur tad-deheb u l-Ewropew blu: - Xifer Intalljat; - Linka intalljata li tista' tintmess hija element importanti fid-dokumnet. - Stampar ta' linja żgħira ħafna li taqra "Ċertifikat tal-Kimberley Process"; - Xbiha moħbija: KP; - Element tal-MELT li jaqra "KPCS"; - Id-dokumnet irid jinkorpora fih elementi ta' antikopja ("Medallion") fl-isfond ta' liniji fini ta' l-istampar. Numerazzjoni - Kull Ċertifikat tal-KE għandu jkollu numru tas-serje uniku, wara l-kodiċi: KE. - Il-Kummissjoni għandha tagħti n-numri tas-serje lil dawk l-Istati Membri li beħsiebhom joħorġu ċ-Ċertifikati tal-KE. - Għandu jkun hemm żewġ tipi ta' numri li jaqblu – viżibbli u inviżibbli: - L-ewwel = 6 ċifri sekwenzali, darba fuq il-partijiet kollha tad-dokument, stampat bl-iswed (li jidhru ħodor taħt id-dawl UV) - L-istampatur għandu jerfa' ir-responabilità kollha għan-numerazzjoni taċ-ċertifikati kollha. - L-istampatur għandu jżomm ukoll database ta' kull numerazzjoni. - In-numri tan-naħa tal-lemin u tax-xellug għandhom ikunu f'linja orizzontali. - It-tieni = 6 ċifri sekwenzali ta' numri stampati inviżibbli (li jaqblu ma hawn fuq) li jidhru ħomor taħt id-dawl UV (ikunu f'linja vertikali man-numri viżibbli ta' fuq). Ilsien L-Ingliż u, fejn relevanti, l-ilsien jew l-ilsna ta' l-Istati Membri konċernati. It-tqassim u l-konklużjoni Elementi obbligatorji Slott imtaqba f'pożizzjoni 1, imqatta' f'waħdiet f'qisien ta' A4. 1 ta' 70 mm mix-xifer tal-Lemin (a) in-naħa tax-xellug: +++++ TIFF +++++ (b) in-naħa tal-lemin: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNEX V Lista ta' l-organizzazzjonijiet tad-djamanti li jimplementaw is-sistema ta' garanziji u industrija awtoregolata msemmijin fl-Artikoli 13 u 17 --------------------------------------------------