This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1602
Commission Regulation (EC) No 1602/2002 of 9 September 2002 laying down detailed rules for the application of Council Directive 1999/105/EC as regards the authorisation of a Member State to prohibit the marketing of specified forest reproductive material to the end-user
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2002 tad-9 ta' Settembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsil1999/105/KE dwar l-awtorizzazzjoni lil Stat Membru biex jipprojbixxi l-marketing ta' materjal riproduttiv speċifikat tal-foresti lill-konsumatur finali
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2002 tad-9 ta' Settembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsil1999/105/KE dwar l-awtorizzazzjoni lil Stat Membru biex jipprojbixxi l-marketing ta' materjal riproduttiv speċifikat tal-foresti lill-konsumatur finali
ĠU L 242, 10.9.2002, p. 18–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32002R1602R(01) | (DE) |
Official Journal L 242 , 10/09/2002 P. 0018 - 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2002 tad-9 ta' Settembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsil1999/105/KE dwar l-awtorizzazzjoni lil Stat Membru biex jipprojbixxi l-marketing ta' materjal riproduttiv speċifikat tal-foresti lill-konsumatur finali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjal riproduttiv tal-foresti [1], u partikularment l-Artikolu 17(3) tagħha, Billi: (1) Skond l-Artikolu17(1) tad-Direttiva 1999/105/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li materjal riproduttiv tal-foresti li jinħareġ fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva ma jkunx soġġett għall-ebda restrizzjoni fil-marketing dwar il-ħtiġijiet tal-karatteristiċi, l-eżami u l-ispezzjoni tiegħu, it-tikketti u l-issiġillar ħlief dawk stipulati f'dik id-Direttiva. (2) Stati Membri jistgħu f'ċertu ċirkostanzi jkunu awtorizzati li jipprojbixxu l-marketing lill-konsumatur finali, bil-għan li jsir it-tiżriegħ jew it-tħawwil fit-territorju tagħhom, ta' materjal riproduttiv speċifikat tal-foresta li ma jkunx addattat għall-użu fit-territorju tagħhom. (3) Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss fejn ikun hemm raġuni għaliex wieħed jaħseb li l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti se jkollu, minħabba l-karatteristiċi fenotipiċi jew ġenetiċi tiegħu, effett negattiv fuq il-foresti, l-ambjent, ir-riżorsi ġenetiċi jew il-biodiversità fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. (4) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddiċċiedi f'għarfien sħiħ tal-fatti, l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tkun akkompanjata mill-evidenza u l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna, inter alia, ir-reġjun ta' provenjenza jew l-oriġini tal-materjal riproduttiv tal-foresta r-riżultati tal-provi, ir-riċerka xjentifika u l-prattiċi tal-foresti. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun speċifikata. (5) Sabiex Stat Membru jiġi assistit sabiex jipprepara l-applikazzjoni tiegħu, l-Istati Membri l-oħra għandhom jipprovdu, jekk ikunu mitluba, l-informazzjoni kollha relevanti dwar ir-reġjun tal-provenjenza jew l-oriġini u listi nazzjonali ta' materjal bażiċi għall-produzzjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresti. (6) Kopja ta' l-applikazzjoni għandha tintbagħat fl-istess ħin lill-Istat Membru li fih ir-reġjun ta' provenjenza jew l-oriġini jinstab, sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jinforma lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tiegħu. (7) Il-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta' Tnissil għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-forestrija. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Stat Membru li jkun qed ifittex l-awtorizzazzjoni biex jipprojbixxi l-marketing tal-materjal riproduttiv speċifikat tal-foresti lill-konsumatur finali, taħt l-Artikolu17(2) tad-Direttiva 1999/105/KE, għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni fejn jiddikjara għaliex jikkunsidra li l-kriterji stipulati fl-Artikolu17(2) huma sodisfatti. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bl-informazzjoni u dokumentazzjoni kollha disponibbli li jsaħħuha, kif stipulat fil-paragrafi minn 2 sa 5. 2. Mapep u dettalji tar-reġjun ta' provenjenza jew l-oriġini tal-materjal għandhom ikunu pprovduti, flimkien ma' dokumentazzjoni li turi d-differenzi fid-data klimatika u ekoloġika rispettiva tagħhom, kif speċifikat fl-Anness, għandhom ikunu pprovduti. 3. Għandhom ikunu pprovduti r-riżultati tal-provi jew ir-riżultati tar-riċerka xjentifika jew ir-riżultati miksuba mill-prattika tal-forestrija li juru għaliex il-materjal mhuwiex addattat għall-użu fit-territorju fejn tkun proposta l-projbizzjoni. Dettalji tal-provi bħat-tqassim, il-proċedura ta' valutazzjoni u l-analiżi tad-data għandhom ikunu forniti; il-provi jridu jkunu saru fuq tipi relevanti ta' siti u skond il-ħtiġijiet stipulati fil-punt 1 ta' l-Anness V għad-Direttiva 1999/105/KE. Dettalji għandhom ukoll ikunu pprovduti dwar il-persuni li jkunu eżegwew il-provi, u jekk ir-riżultati ġewx iċċekkjati minn oħrajn ta' l-istess grad jew ippubblikati. 4. Dwar riżultati ta' riċerka xjentifika, dettalji tar-riċerka bħat-taqsim, sorsi tad-data, proċedura tal-valutazzjoni, u r-riżultati tad-data għandhom ikunu pprovduti. 5. Dwar riżultati li joħorġu mill-prattika tal-forestrija, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar is-sopravivenza u l-iżvilupp ta' materjal riproduttiv tal-foresti inkluż it-tkabbir, għandhom ikunu pprovduti. Artikolu 2 Dwar applikazzjonijiet biex jiġi projbit il-marketing ta' materjal riproduttiv tal-foresti fil-kategoriji "sors-identifikat" jew "magħżulin" minn materjal bażiku approvat f'forma ta' sors taż-żerriegħa jew maqgħad taż-żerriegħa, l-Istat Membru li jkun qed jfittex li jipprojbixxi l-materjal għandu jipprovdi valutazzjoni ta' kemm mhuwiex adattat magħmula b' referenza għar-reġjun ta' provenjenza. Artikolu 3 Dwar applikazzjonijiet għall-projbizzjoni tal-marketing ta' materjal riproduttiv tal-foresti fil-kategoriji "ikkwalifikati" jew "ittestjati" minn materjal bażiku approvat f'forma ta' ġardina taż-żerriegħa, ġenituri jew familja, klonu jew taħlita ta' kloni, l-Istat Membru li jkun qed ifittex li jipprojbixxi l-materjal għandu jipprovdi valutazzjoni ta' kemm mhuwiex addattat magħmula b'referenza għall-unitajiet individwali ta' approvazzjoni. Flimkien ma' l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu10 tad-Direttiva 1999/105/KE, l-informazzjoni segwenti għandħa tkun ipprovduta meta rikjesta: (a) il-kriterji ta' għażla użati għall-komponenti tal-materjal bażiku; (b) il-kompożizzjoni tal-materjal bażiku; (ċ) ir-reġjun(i) ta' provenjenza fejn il-komponenti oriġinali kienu magħżula. Artikolu 4 1. Bil-għan li l-Istat Membru jkun mgħejjun sabiex jipprepara l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri l-oħra għandhom jipprovdu, fuq talba ta' l-Istat Membru li jkun qed jipprepara l-applikazzjoni, mapep u informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet klimatiċi u ekoloġiċi fir-reġjun ta' provenjenza tal-materjal riproduttiv tal-foresta li għalih l-awtorizzazzjoni għall-projbizzjoni tal-marketing lill-konsumatur finali tkun qiegħda tiġi mitluba. 2. Fl-istess ħin li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun sottomessa lill-Kummissjoni, kopja tagħha għandha tintbagħat lill-Istat Membru li fih ir-reġjun ta' provenjenza jew l-oriġini tal-materjal li għandu jkun ipprojbit ikun sitwat. 3. L-Istat Membru li msemmi fil-paragrafu 2 għandu tliet xhur biex jikkonsidra l-applikazzjoni u biex jinforma lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tiegħu. Fejn ġustifikat, il-Kummissjoni, fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tista' testendi dan il-perijodu. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fid-9 ta' Settembru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 11, tal-15.1.2000, p. 17. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista ta' informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istat Membru biex isostni l-applikazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu17(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE. 1. Informazzjoni dwar l-ispeċi li qed jikbru fit-territorju jew parti mit-territorju: etnika jew introdotta. 2. Mapep u referenzi għar-reġjun ta' provenjenza jew unità ta' approvzzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti għal liema l-applikazzjoni hija sottomessa. 3. Indikazzjoni tat-territorju jew parti tat-territorju għal liema l-applikazzjoni għall-projbizzjoni tal-marketing tal-materjal lill-konsumatur finali bil-għan li jsir it-tiżriegħ jew tħawwil tkun sottomessa. 4. Data dwar il-klima tar-reġjun ta' provenjenza jew unità ta' l-approvazzjoni speċifikata fil-punt 2 u tat-territorju jew parti tat-territorju speċifikat fil-punt 3. (a) inżul annwali totali ta' xita (mm); (b) preċipitazzjoni fl-istaġun tat-tkabbir (mm) inklużi ix-xhur meta tseħħ; (ċ) it-temperatura: - il-medja annwali °Ċentigradi - il-medja tax-xahar l-aktar kiesaħ °Ċentigradi, - il-medja tax-xahar l-aktar sħun °Ċentigradi; (d) it-tul ta' l-istaġun tat-tkabbir (ġranet ogħla minn 5 °C jew xi miżura simili addattata). 5. 5.Data ekoloġika tar-reġjun ta' provenjenza jew unità ta' l-approvazzjoni speċifikata fil-punt 2 u tat-territorju jew parti tat-territorju speċifikat fil-punt 3 (a) raġġ ta' altitudni; (b) formazzjoni(ijiet) ġeoloġika maġġura; (ċ) it-tip(i) maġġuri ta' ħamrija. --------------------------------------------------