This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0951
Commission Regulation (EC) No 951/2002 of 3 June 2002 amending Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2002 tat-3 ta’ Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2002 tat-3 ta’ Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 145, 4.6.2002, p. 14–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Emenda | anness 1 | 04/06/2002 |
Official Journal L 145 , 04/06/2002 P. 0014 - 0015
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 951/2002 tat-3 ta’ Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ Afganistan [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 7(1), Billi: (1) L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jagħti s-setgħa lill-Kummssjoni sabiex temenda jew tissupplimenta l-Anness I ta’ dak ir-Regolament fuq il-bażi ta’ determinazzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit mir-Resoluzzjoni 1267(1999) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. (2) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. (3) Fil-15 ta’ Marzu u l-24 ta’ April 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda u jissuplimenta l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq. (4) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-persuni, gruppi u entitajiet mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu miżjuda mal-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. 2. Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, id-daħla "Al Rashid Trust" għandha tiġi mibdula b’li ġej: "Al Rashid Trust (sive Al Rasheed Trust, Al-Rasheed Trust, Al-Rashid Trust, L-Organizzazzjoni ta’ Għajnuna ta’ l-Ulema): - Kitas Ghar, Nazimabad 4, Dahgel-Iftah, Karachi, Pakistan, - Jamia Maajid, Sulalman Park, Melgium Pura, Lahore, Pakistan, - Kitab Ghar, Darul Ifta Wal Irshad, Nazimabad No 4, Karachi, Pakistan, tel. 668 33 01; tel. 0300-820 91 99; Fax 662 38 14, - Jamia Masjid, Sulaiman Park, Begum Pura, Lahore, Pakistan; tel. 042-681 20 81, - 302b-40, Good Earth Court, Opposite Pia Planitarium, Block 13a, Gulshan -I Iqbal, Karachi; tel. 497 92 63, - 617 Clifton Center, Block 5, 6th Floor, Clifton, Karachi; tel. 587-25 45, - 605 Landmark Plaza, 11 Chundrigar Road, Opposite Jang Building, Karachi, Pakistan; tel. 262 38 18-19, - Office Dha’rbi M’unin, biswit Khyber Bank, Triq Abbottabad, Mansehra, il-Pakistan, - Office Dhar’bi M’unin ZR Brothers, Katcherry Road, Chowk Yadgaar, Peshawar, Pakistan, - Office Dha’rbi-M’unin, Room No. 3 Moti Plaza, Near Liaquat Bagh, Muree Road, Rawalpindi, Pakistan, - Office Dha’rbi-M’unin, Top floor,, Main Baxae, Mingora, Swat, Pakistan, - Operazzjonijiet fl-Afganistan: Herat, Jalalabad, Kabul, Kandahar, Mazar Sherif, - Operazzjonijiet ukoll fil-Kosovo, iċ-Ċeċnija." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-3 ta’ Ġunju 2002. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS Persuni, gruppi u entitajiet li għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 1. AL-FAWAZ, Khalid (sive AL-FAUWAZ, Khaled; AL-FAUWAZ, Khaled A.; AL-FAWWAZ, Khalid; AL FAWWAZ, Khalik; AL-FAWWAZ, Khaled; AL FAWWAZ, Khaled); data tat-twelid: 25 ta' Awissu 1962; 55 Hawarden Hill, Brooke Road, Londra NW2 7BR, United Kingdom. 2. Fondazzjoni Islamika AL-HARAMAIN, Bosnija u Ħerżegovina. 3. Fondazzjoni Islamika AL-HARAMAIN, Somalja. 4. AL-MASRI, Abu Hamza (sive AL-MISRI, Abu Hamza); data tat-twelid: 15 ta' April 1958; 9 Triq Alboume, Shepherds Bush, London W12 OLW, United Kingdom; 8 Adie Road, Hammersmith, London W6 OPW, United Kingdom. 5. AOUADI, Mohamed Ben Belgacem (sive. AOUADI, Mohamed Ben Belkacem); data tat-twelid 12 ta' Novembru 1974; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Via A. Masina No 7, Milan, Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: DAOMMD74T11Z352Z. 6. BEN HENI, Lased; data tat-twelid 5 ta' Frar 1969; post tat-twelid Libja. 7. BOUCHOUCHA, Mokhtar (sive. BUSHUSHA, Mokhtar); data tat-twelid 13 ta' Ottubru 1969; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Via Milano No 38, Spinadesco (CR), Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: BCHMHT69R13Z352T. 8. CHARAABI, Tarek (sive. SHARAABI, Tarek); data tat-twelid 31 ta' Marzu 1970; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Viale Bligny No 42, Milan, Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: CHRTRK70C31Z352U. 9. ES SAYED, Abdelkader Mahmoud (sive. ES SAYED, Kader); data tat-twelid 26 ta' Diċembru 1962; post tat-twelid l-Eġittu; indirizz: Via del Fosso di Centocelle No 66, Rome, Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: SSYBLK62T26Z336L. 10. ESSID, Sami Ben Khemais; data tat-twelid 10 ta' Frar 1968; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Via Dubini No 3, Gallarate (VA), Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: SSDSBN68B10Z352F. 11. NASREDDIN, Ahmed Idris (sive. NASREDDIN, Ahmad I.; sive. NASREDDIN, Hadj Ahmed; sive. NASREDDINE, Ahmed Idriss); Corso Sempione 69, 20149 Milan, Italy; 1 via delle Scuole, 6900 Lugano, Switzerland; Piazzale Biancamano, Milan, Italy; Rue De Cap Spartel, Tangiers, Morocco; data tat-twelid: 22 ta' Novembru 1929; post tat-twelid: Adi Ugri, Ethiopia; Kodiċi Fiskali Taljana: NSRDRS29S22Z315Y. --------------------------------------------------