Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0613

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-porċini (innotifikata fid-dokument numru C(2002) 2676)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009; Imħassar b' 32009D0893

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/613/oj

    32002D0613



    Official Journal L 196 , 25/07/2002 P. 0045 - 0057


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-19 ta’ Lulju 2002

    dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-porċini

    (innotifikata fid-dokument numru C(2002) 2676)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/613/KE)

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE [1] tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni tas-semen tà l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-porċini, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/39/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/160/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/150/KE [4], tipprovdi il-lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn jistà jiġi mportat is-semen tal-porċini.

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/199/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/667/KE [6], tipprovdi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tà l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tas-semen tal-porċini minn pajjiżi terzi.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/94/KE [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/727/KE [8], tipprovdi l-lista taċ-centri tal-ġbir tas-semen approvati uffiċjalment biex jesportaw lejn il-Komunità.

    (4) Ċipru għandu jiżdied mal-lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni bid-Deċiżjoni 93/160/KEE, wara missjonijiet tal-Kummissjoni u fid-dawl tà titjib fil-qasam tas-saħħa tà l-annimali f’dan il-pajjiż.

    (5) Is-servizzi veterinarji kompetenti ta Ċipru, l-Isvizzera, il-Kanada u l-Ungerija talbu li jiġu miżjuda mal-lista ċ-ċentri approvati uffiċjalment fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-porċini lejn il-Komunità, stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/94/KE.

    (6) Garanziji fuq il-konformità mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/429/KEE ġew pprovduti lill-Kummissjoni mis-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati, u ċ-ċentri tal-ġbir ikkonċernati ġew approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (7) Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali pprovdut mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/199/KEE għandu jiġi adottat biex jistma s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali f’ kull pajjiż terz u l-emendi tad-Direttiva 90/429/KEE.

    (8) Ikun iktar konvenjenti li jinġabar, fl-istess dokument, it-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjoni tas-semen tal-porċini (il-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati, il-kondizzjonijiet veterinarji applikabbli għall-importazzjoni u l-lista taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen approvati f’ dawn il-pajjiżi terzi), u li jiġu rrevokati d-Deċiżjonijiet 93/160/KEE, 93/199/KEE u 95/94/KE kif jeħtieġ.

    (9) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tà l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, mniżżla fl-Anness I, tas-semen tal-porċini konformi mal-kondizzjonijiet pprovduti miċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness III, u miġbura fiċ-ċentri tal-ġbir tas-semen approvati u mniżżla fl-Anness V.

    2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, mniżżla fl-Anness II tas-semen tal-porċini konformi mal-kondizzjonijiet pprovduti miċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness IV, u miġbura fiċ-ċentri tal-ġbir tas-semen approvati u mniżżla fl-Anness V.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw semen minn ċentri tal-ġbir fejn ikun hemm ħnieżer selvaġġi mlaqqma kontra l-marda Aujeszky, fit-territorju tagħhom jew f’reġjun fit-territorju tagħhom, li jkun irrikonoxxut bħala ħieles mill-marda Aujeszky skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [9].

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjonijiet 93/160/KEE, 93/199/KEE u 95/94/KE huma rrevokati.

    Artikolu 4

    L-importazzjoni tas-semen ċċertifikat skond id-dispożizzjonijiet u l-mudell taċ-ċertifikat li kien fis-seħħ qabel għandha tiġi aċċettata għal perjodu ta’ mhux iktar minn tlett xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-għoxrin ġurnata wara li tiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata għall-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62.

    [2] ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 21.

    [3] ĠU L 67, tad-19.3.1993, p. 27.

    [4] ĠU L 49, tal-25.2.1999, p. 40.

    [5] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 43.

    [6] ĠU L 260, tat-8.10.1994, p. 32.

    [7] ĠU L 73, ta’ l-1.4.1995, p. 87.

    [8] ĠU L 273, tas-16.10.2001, p. 23.

    [9] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Il-Kanada

    In-New Zealand

    L-Istati Uniti ta’ l-Amerka

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    L-Isvizzera

    L-Ungerija

    Ċipru

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS V

    ISO | In-Numru ta' l-approvazzjoni | Isem u indirizz taċ-ċentru approvat |

    Il-KANADA

    CA | 4-AI-02 | Centre d'insémination porcine du Québec (CIPQ) 1486 rang Saint-André,Saint Lambert, Québec |

    CA | 4-AI-05 | Centre d'insémination génétiporc 77 rang des Bois-Francs sud Sainte-Christine-de-Port-neuf, Québec |

    CA | 4-AI-24 | Centre d'insémination C-Prim 2, chemin Saint-Gabriel Saint-Gabriel de Brandon, Québec |

    CA | 5-AI-01 | Ontario Swine Improvement Inc P.O. Box 400 Innerkip, Ontario |

    CA | 6-AI-70 | Costwold Western Kanada Ltd 17 Speers Road Winnipeg, Manitoba Location SW 27-18-2 EPM |

    CA | 7-AI-100 | Aurora GTC Box 177 Kipling, Saskatchewan Location SW 15-10-6 W2 |

    L-ISVIZZERA

    CH | CH-AI-35 | Suissem Schweiz. Schweinesperma AG Schaubern 6213 Knutwil |

    CH | CH-AI-10S | SUISAG KB-Station Eggetsbühl CH-9545 Wängi |

    ĊIPRU

    CY | AISW-22801/CY001 | Dalland Animalia Ltd Marki-Nicosia P.O. Box 25384 1309 Nicosia |

    L-UNGERIJA

    HU | H 05 | OMTV RT Magyarkeresztúri Al-Állomás 9346 Magyarkeresztúr Kossuth L. u. 63 |

    HU | H 06 | OMTV RT. Szekszárd Al-Állomás 7101 Szekszárd Móricz Zsigmond u. |

    HU | HU 008S | HAGE Hajdúsági Agráripari Rt. Mesterséges Termékenyítő Állomása 4181 Nádudvar Horvát tanya |

    L-ISTATI UNITI TA' L-AMERKA

    US | 94OK001 | Pig ImprovementCompany Oklahoma Boar Stud Rt. 1, 121 N Main St. Hennessey, OK |

    US | 95IA001 | Swine Genetics International, Ltd 30805 595th Avenue Cambridge, IA |

    US | 95IL001 | United Swine Genetics RR # 2 Roanoke, IL |

    US | 96AI002 | International Boar Semen 30355 260th St. Eldora IA 50627 |

    US | 96WI001 | Pig ImprovementCompany Wisconsin Aid Stud Route # 2 Spring Green, WI |

    US | 97KY001 | PIC Kentucky Gene Transfer center 3003 PleasantRidge Road Adolphus, KY |

    --------------------------------------------------

    Top