Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0252

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi listi ta’ gruppi li jiġbru embrijoni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’embrijoni bovini lejn il-Komunità, dak li jikkonċerna l-Kanada (notifikata taħt dokument numru C(2002) 1214)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 86, 3.4.2002, p. 42–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/252/oj

    32002D0252



    Official Journal L 086 , 03/04/2002 P. 0042 - 0043


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-26 ta’ Marzu 2002

    li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi listi ta’ gruppi li jiġbru embrijoni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’embrijoni bovini lejn il-Komunità, dak li jikkonċerna l-Kanada

    (notifikata taħt dokument numru C(2002) 1214)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2002/252/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 li stabbilit il-kondizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-komunitarju fejn għandha x’taqsam l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [1], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1) Is-servizzi veterinarja kompetenti tal-Kanada għamlu talba biex jiżdied mal-lista, stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Deċiżjoni 2002/46/KE [4], ta’ gruppi uffiċjalment approvati fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina lejn il-Komunità.

    (2) Garanziji, dwar ir-rispett lejn il-ħtiġiet imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE, ingħataw lill-Kummissjoni mis-servizzi veterinarji kompetenti tal-Kanada. Il-grupp ta’ kollezzjoni inkwestjoni ġie approvat fil-Kanada għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond il-bżonn.

    (4) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Sanità ta’ l-Annimali,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Fl-Anness għal-Deċiżjoni 92/452/KEE, ir-ringiela li ġejja għanda tiżdied dwar il-gruppi Kanadiżi:

    "CA | | E 1298 | | Clinique vétérinaire Témiscamingue 19, rue principale Nord St-Bruno-de-Guigues Quebec JOZ 2GO | Dr Alain Gironne" |

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lejn l-Istati Membri

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23.

    [3] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40.

    [4] ĠU L 21, ta’ l-24.1.2002, p. 21.

    --------------------------------------------------

    Top