Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0044

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2001 li temenda l-Parti VII u l-Anness 12 ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness 14a mal-Manwal Komuni

    ĠU L 20, 23.1.2002, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0810

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/44(1)/oj

    32002D0044



    Official Journal L 020 , 23/01/2002 P. 0005 - 0006


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-20 ta' Diċembru 2001

    li temenda l-Parti VII u l-Anness 12 ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness 14a mal-Manwal Komuni

    (2002/44/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi biex jiġu eżaminati applikazzjonijiet tal-viża [1],

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi biex jitwettqu spezzjonijiet u sorveljanza fil-fruntiera [2],

    Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju,

    Billi:

    (1) Il-miżati li għandhom jiġu ntaxxati f'konnessjoni ma' applikazzjoni għal viża jikkorrespondu għall-ispejjeż amministrattivi miġrura. L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Manwal Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif mistħoqq.

    (2) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessat mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u għalhekk mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Meta jitqies li din id-Deċiżjoni timmira biex jibqa' jinbena il-Schengen acquis skond id-disposizzjonjiet tat-tielet parti tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, id-Danimarka, bi qbil ma' l-Artikolu 5 tal-Protokoll msemmi, se tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill adotta din id-Deċiżjoni jekk hux se tbiddilha fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (3) Rigward ir-Repubblika ta' l-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-Schengen acquis li jidħlu taħt l-erja riferita fl-Artikolu1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti biex jiġi applikat il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Schengen acquis [3].

    (4) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda annessat mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u għalhekk mhumiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Taqsima 4 ta' Parti VII ta' l-Istruzzjonjiet Konsulari Komuni għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

    "4. Il-miżati ċittadini nazzjonali jitħallsu skond l-ispejjeż amministrattivi ta' proċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża

    Il-miżati ċittadini nazzjonali jiġu ntaxxati skond l-ispejjeż amministrattivi ta' proċessar ta' l-applikazzjoni tal-viża huma mniżżla f'lista fl-Anness 12.

    Madankollu, l-ebda miżati m'għandhom jiġu ntaxxati għal spejjeż amministrattivi għal applikazzjonijiet għall-viża minn ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadin ta' l-Unjoni jew ta' ċittadin nazzjonali ta' Stat li huwa parti mill-Ftehim taż-ŻEE, li qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu."

    Artikolu 2

    Fl-Anness 12 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness 14a tal-Manwal Komuni:

    - it-titolu u s-sentenza "Miżati, f'euro, li għandhom jitħallsu meta' jinħarġu viżajiet uniformi" għandu jiġi mibdul f' "Miżati li għandhom jitħallsu, f'euro, skond l-ispejjeż amministrattivi ta' proċessar ta' l-applikazzjoni għall-viża";

    - is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara t-tabella:

    "Dawn il-miżati għandhom jitħallsu f'euro, f'dollari ta' l-Istati Uniti jew fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz fejn issir l-applikazzjoni."

    Artikolu 3

    1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika l-aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004.

    2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw din id-Deċiżjoni qabel l-1 ta' Lulju 2004, bil-kondizzjoni li jgħarrfu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bid-data li minnha jkunu f'pożizzjoni biex jagħmlu dan.

    3. Jekk l-Istati Membri kollha japplikaw din id-Deċiżjoni qabel l-1 ta' Lulju 2004, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej id-data li fiha l-aħħar Stat Membru applika d-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Picqué

    [1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 1.

    [2] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 5.

    [3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.

    --------------------------------------------------

    Top