Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2500

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta' Diċembru 2001 li jikkonċerna għajnuna finanzjarja ta' qabel is-sħubija għat-Turkija li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 1267/1999, (KE) Nru 1268/1999 u (KE) Nru 555/2000

    ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1085

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2500/oj

    32001R2500



    Official Journal L 342 , 27/12/2001 P. 0001 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001

    tas-17 ta' Diċembru 2001

    li jikkonċerna għajnuna finanzjarja ta' qabel is-sħubija għat-Turkija li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 1267/1999, (KE) Nru 1268/1999 u (KE) Nru 555/2000

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) Il-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu mill-pajjiżi kandidati li jixtiequ jissieħbu mal-Kummissjoni Ewropea kienu tniżżlu fil-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen ta' Ġunju 1993.

    (2) Il-Kunsill Ewropew ta' Helsinki tal-1999 iddikjara li t-Turkija hija pajjiż kandidat destinat li jissieħeb ma' l-Unjoni fuq il-bażi ta' l-istess kriterji applikati għall-pajjiżi kandidati l-oħra u li, waqt li jibnu fuq l-Istrateġija Ewropea eżistenti, t-Turkija, bħall-pajjiżi kandidati oħra, għandhom jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel is-sħubija biex jiġu stimulati u appoġġati r-riformi.

    (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Nizza ta' Diċembru 2000 jilqgħu l-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' qabel is-sħubija għat-Turkija.

    (4) It-Turkija s'issa għadha ma tikkonformax mal-kriterji politiċi ta' Copenhagen, il-Komunità talbitha biex ittejjeb u tippromwovi il-prattiċi demokratiċi tagħha u rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u aktar fil-qrib li jinvolvu soċjetà ċivili f'dak il-proċess.

    (5) Il-ġebla tax-xewka ta' l-istrateġija ta' qabel is-sħubija hija s-Sħubija ta' Dħul, imħejjija fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' qabel waqt li jżommu l-prijoritajiet li fuqhom it-tħejjija għas-sħubija għandha tiġi konċentrata fid-dawl tal-kriterji politiċi u ekonomiċi u l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri.

    (6) Għat-Turkija, l-bażi legali għas-Sħubija tad-Dħul u l-qafas wieħed għall-kordinazzjoni tas-sorsi kollha ta' l-għajnuna finanzjarja qabel is-sħubija huma provduti fil-Regolamnent tal-Kunsill (KE) Nru 390/2001 tas-26 ta' Frar 2001 dwar għajnuna lit-Turkija fil-qafas ta'l-istrateġija qabel is-sħubija, u b'mod partikolari dwar it-twaqqif tas-Sħubija tad-Dħul [3].

    (7) Il-prinċipji, prijoritajiet, oġġettivi intermedjarji u kondizzjonijiet għas-Sħubija tad-Dħul mat-Turkija jinsabu fid-Deċiżjoni 2001/235/KE [4]. Bħal ma hu l-każ għall-pajjiżi kandidati l-oħra, l-għajnuna għat-Turkija mill-Unjoni Ewropea għandha tiffoka fuq il-prijoritajiet li joħorġu mis-Sħubija tad-Dħul.

    (8) Huwa xieraq li l-għajnuna tal-Komunità tiġi applikata prinċipalment permezz tal-bini ta' istituzzjonijiet u investimenti biex jippromwovu konformità ma' l-acquis tal-Komunità.

    (9) Il-Komunità għandha twettaq azzjonijiet speċifiċi biex tippromwovi l-Iżvilupp ta' soċjetà ċivili fit-Turkija.

    (10) Il-koperazzjoni bejn il-fruntieri fil-kuntest tal-fruntieri bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea, bejn it-Turkija u l-pajjiżi kandidati l-oħra bejn it-Turkija u l-pajjiżi l-oħra fir-reġjun, għandha wkoll tkun is-suġġett ta' azzjonijiet speċifiċi.

    (11) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għajnuna ta' qabel is-sħubija tiġi kordinata ma' l-għajnuna bilaterali ta' l-Istati Membri u ma' l-iffinanzjar mill-Bank Ewropew ta' Investiment (EIB), strumenti oħra finanzjarji għall-koperazzjoni bejn il-fruntieri (Phare, MEDA, Tacis, CARDS, Interreg) u istituzzjonijiet oħra finanzjarji istituzzjonali.

    (12) Il-Komunità għandhu jkollha tikofinanzja l-parteċipazzjoni Torka fil-programmi tal-Komunità u l-aġenziji.

    (13) L-għajnuna tal-Komunità għandha tkun suġġetta għall-konformità mar-rabtiet li jinsabu fid-diversi Ftehim KE-Turkija u l-kondizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 390/2001, id-Deċiżjoni 2001/235/KE u dan ir-Regolament.

    (14) Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għajnuna skond ir-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [5].

    (15) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [6].

    (16) Il-parteċipazzjoni għandha tkun miftuħa, kif ukoll lill-persuni naturali u legali mill-Istati Membru u t-Turkija, għall-persuni naturali jew legali mill-pajjiżi kandidati l-oħra u mill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja [7] u mill-għajnuna għall-Albanija, l-Bosnia u Herzegovina, l-Kroazja, r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (CARDS) [8]. Dik il-parteċipazzjoni għandha wkoll tkun miftuħha, fejn tip speċifiċi ta' ħila huma meħtieġa, għall-persuni naturali legali mill-pajjiżi ta' l-Ewropa ta' lvant u l-Asja ċentrali taħt il-provvsita ta' għajnuna lill-Istati msieħba fl-Ewropa ta' lvant u l-Asja ċentrali [9]. Għal raġunijiet ta' simetrija, disposizzjonijiet simili għandhom jiġu introdotti fil-programm ta' għajnuna tal-pajjiżi kandidati l-oħra.

    (17) Il-ġestjoni ta' l-għajnuna ta' qabel is-sħubija għandha gradwalment tiġi deċentralizzata lit-Turkija, waqt li jingħata kont tal-ġestjoni tagħha u l-kapaċitajiet ta' kontroll finanzjarju, b'kondizzjoni illi kontroll ex post ta' l-għajnuna jitwettaq u l-awtoritajiet Torok jintrabtu li jwettqu l-istess kontrolli u li japplikaw l-istess garanziji bħal dawk imniżżla fir-regoli relevanti tal-Komunità.

    (18) Rapporti ta' kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna għandu jiġi stabbiliti u evalwazzjoni tar-rapport tintbagħat.

    (19) Fil-perspettiva finanzjarja 2000-2006, l-għajnuna finanzjarja ta' qabel is-sħubija kienet irduppjata għall-pajjiżi kandidati. Fid-dawl tal-Kunsill Ewropew ta' Helsinki, bla ħsara għall-proċeduri normali ta' l-estimi l-mira għandha tkun li dan il-prinċipju jiġi applikat għat-Turkija u jkompli japplika matul il-perjodu li jibqa' tal-perspetiva finanzjarja kurrenti.

    (20) It-Trattat ma jipprovdix, għall-setgħat, barra minn dawk taħt l-Artikolu 308, għall-addozzjoni ta' dan ir-Regolament,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja ta' qabel is-sħubija lit-Turkija biex tappoġġa l-prijoritajiet definiti fis-Sħubija tad-Dħul tat-Turkija.

    Artikolu 2

    L-għajnuna:

    - għandha tkun fil-forma ta' għotjiet,

    - għandha tkun implimentata bi programmi ta' iffinanzjar jew proġetti immirati lejn it-twettiq tal-kriterji tas-sħubija u skond il-prinċipji ta' l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni imniżżla fil-linji ta' gwida li għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2),

    - tista' tieħu l-forma ta' servizzi, provvisti u xogħlijiet,

    - fil-każ ta' investiment, ma tistgħax tkopri x-xiri jew ta' art jew bini.

    Artikolu 3

    Il-benefiċjarji ta' din l-għajnuna jistgħu jinkludu mhux biss l-Istat Tork iżda wkoll awotritajiet provinċjali u lokali, organizzazzjonijiet u aġenziji ta' appoġġ tan-negozju, koperattivi u soċjetà ċivili, b'mod partikolari organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba soċjali, assoċjazzonijiet, fondazzjonijiet, organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

    Artikolu 4

    1. Kontribuzzjoni finanzjarja lejn kull programm u proġett tista' tku meħtieġa mingħand dawk li jirċievu l-għajnuna. il-kontribuzzjoni għandha tiddependi fuq in-natura tal-programm jew proġett. F'każi eċċezzjonali, għall-programmi jew proġetti immirati lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili, l-kontribuzzjoni tista' tkun xorta.

    2. L-għajnuna għandha tkopri n-nefqa li tirrelata ma' appoġġ programmat, attivitajiet ta' komunikazzjoni u tagħrif u l-immonitorjar, spezzjoni, verifika u evalwazzjoni tal-programmi u proġetti.

    3. Il-Kummissjoni għandha taddotta disposizzjonijiet dettaljati dwar tagħrif u pubbliċità biex jiġi żgurat li l-iffinanzjar tal-Komunità għall-miżuri finanzjati b'dan ir-Regolament għandhom profil għoli.

    4. L-għajnuna tista' tkun jew indipendenti jew fil-forma ta' l-iffinanzjar mill-Istati Membri, l-Bank Ewropew ta' Investiment, pajjiżi terzi jew korpi multilaterali.

    5. Opportunitajiet jistgħu jitfixxu għall ko-finanzjar ma' donaturi oħra, partikolarment fl-Istati Membri.

    6. Il-Komunità tista' tikkontribwixxi għan-nefqiet relatati mal-ġestjoni ta' l-istrutturi ta' l-għajnuna.

    7. Il-Kummissjoni, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura kordinazzjoni soda mal-provdituri l-oħra tal-fondi kkonċernati, b'mod partikolari l-EIB.

    Artikolu 5

    L-iffinanzjar tal-programmi u l-proġetti għandu jkun suġġett għall-konformità mar-rabtiet li jinsabu fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija, Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta' l-Unjoni tad-Dwana [10] u d-diversi ftehim u deċiżjonijiet l-oħra relatati, u l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 390/2001, fis-Sħubija tad-Dħul tat-Turkija u f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għajnuna tal-Komunità skond ir-regoli ta' trasparenza u r-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu.

    2. Stima minn qabel ta' programmi u l-proġetti għandha tagħti kont, inter alia, tal-fatturi li ġejjin:

    (a) l-effettività tagħhom u l-vijabilita ta' malajr;

    (b) l-aspetti kulturali, soċjali u tas-sess;

    (ċ) il-konservazzjoni u l-protezzjoni ta' l-ambjent fuq il-bażi ta' prinċipji ta' żvilupp sostenibbli;

    (d) l-iżvilupp istituzzjonali meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-programmi u l-proġetti;

    (e) l-esperjenza miksuba mill-programmi u proġetti ta' l-istess xorta.

    Artikolu 7

    1. L-għażla tal-proġetti, offerti u kuntrattar mit-Turkija għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ex ante mill-Kummissjoni.

    2. Il-Kummisjsoni tista, iżda, tiddeċiedi, fuq il-bażi ta' analiżi każ b'każ tal-kapaċità maniġerjali nazzjonali u settorali tal-programm/proġett, proċeduri ta' kontroll finanzjarju u strutturi rigward il-finanzi pubbliċi, li twarrab il-ħtieġa ta' approvazzjoni ex ante riferita fil-paragrafu 1 u tikkonferixxi fuq l-aġenziji ta' implimentazzjoni fit-Turkija l-immaniġġar ta' l-għajnuna fuq bażi deċentralizzat. Dik it-tneħħija għandha tkun suġġetta għal:

    (a) kriterji minimi biex tiġi stmata l-abbiltà ta' l-aġenziji ta' implimentazzjoni fit-Turkija li jimmaniġġaw l-għajnuna u l-kondizzjonijiet minimi applikabbli għal dawk l-aġenziji mniżżla fl-Anness;

    (b) disposizzjonijiet speċifiċi li jokkonċernaw, inter alia, stedini għall-offerti, skrutinju u evalwazzjoni ta' l-offerti, l-għoti ta' kuntratti u l-implimentazzjoni tad-direttivi tal-Komunità ta' ksib pubbliku, li għandhom jitniżżlu għad-diversi ftehim ta' finanzjar mat-Turkija.

    Artikolu 8

    1. Għajnuna ta' aktar minn EUR 2000000 għandha ssir disponibbli permezz ta' deċiżjonijiet ta' iffinanzjar meħuda mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2). Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat riferit fl-Artikolu 10, proposta finanzjarja li tiddeskrivi l-programmi u/jew proġetti li għandhom jiġu implimentati.

    Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Kumitat riferit fl-Artikolu ta' l-anqas darba fil-ġimgħa minn qabel, b'xi deċiżjonijiet ta' iffinanzjar li għandha l-ħsieb li tieħu dwar il-programmi u l-proġetti ta' anqas minn EUR 2000000.

    2. Il-Kummissjoni tista' tapprova, mingħajr ma' tfittex l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 10, għoti addizzjonali biex tkopri żbilanċi mistennija jew attwali fuq il-programmi jew proġetti, b'kondizzjoni li l-iżbilanċ ma jkunx ta' aktar minn 20 % ta' l-għotja inizjali ffissata fid-deċiżjoni ta' iffinanzjar.

    3. Id-diversi ftehim ta' iffinanzjar jew kuntratti konklużi taħt dan ir-Regolament għandhom jipprovdu għall-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri li jwettqu verifiki fuq il-post skond il-proċeduri mniżżla mill-Kummisjsoni taħt ir-regoli fis-seħħ, u b'mod partikolari dawk tar-Regolament Finanzjarju.

    4. Biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva għall-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 li jikkonċerna verifiki fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra [11].

    5. L-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas-7 ta' Ġunju 2000 li jniżżel regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar appoġġ tal-Komunità għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu ta' qabel is-sħubija [12] għandhom japplikaw, inkluża l-komunikazzjoni ta' każi individwali ta' xi irregolarita u t-twaqqif ta' sistema għall-immaniġġar tat-tagħrif f'dan il-qasam.

    6. Fejn il-programmi u l-proġetti jkunu s-suġġett ta' xi ftehim ta' iffinanzjar bejn il-Komunità u t-Turkija, dawk il-ftehim għandhom jistipulaw li l-ħlas tat-taxxi, dazji jew xi ħlasijiet oħra ma jkunux koperti b'din l-għajnuna.

    7. Il-parteċipazzjoni f'inviti għall-offerti u kuntratti għandha tkun miftuħa, fuq termini ugwali għall-persuni naturali jew legali, mill-Istati Membri, l-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li huma riċevituri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1488/96 u r-Regolament (KE) Nru 2666/2000.

    Il-parteċipazzjoni minn pajjiżi li huma riċevituri taħt ir-Regolament (KE) Nru 99/2000, għandhom ukoll ikunu awtorizzati mill-Kummisjsoni, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jekk il-programmi jew proġetti konċernati jeħtieġu xi forma speċifika ta' ħila speċifikament disponibbli f'dawk il-pajjiżi.

    Fil-każ ta' ko-finanzjar, il-parteċipazzjoni jew twettiq minn pajjiżi terzi fl-inviti għall-offerti u kuntratti tista' tiġi awtorizzata mill-Kummisjsoni fuq il-bażi ta' każ b'każ.

    8. Id-disposizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 7 għandhom japplikaw għall-oriġini tal-provdituri.

    Artikolu 9

    L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità ta' l-estimi fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

    Artikolu 10

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat li għalih jipprovdi l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lill-ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant [13].

    2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala ta' tliet xhur.

    3. Il-kumitat għandu jwaqqaf ir-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Artikolu 11

    Kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna. Dan ir-rapport għandu jkun fih tagħrif dwar il-programmi u proġetti finanzjati matul is-sena u l-ipprogrammar għas-sena finanzjarja ta' wara, kif ukoll tagħrif dwar ir-riżultati ta' l-immonitorjar u l-evalwazzjoni, akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposti għall-bidliet fl-immaniġġar ta' l-għajnuna biex tiġi żgurata effiċjenza massima. Dan it-tagħrif jista' jiġi inkluż fir-rapport li għalih issir referenza fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89. Ir-rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara.

    Artikolu 12

    1. Ir-Regolament (KE) Nru 3906/89 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

    - il-kliem "u t-Turkija, Ċipru u Malta" għandhom jiżdiedu fit-tarf ta' l-Artikolu 7(1).

    2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 555/2000 tat-13 ta' Marzu 2000 dwaq l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel is-sħubija għar-Repubblika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta [14] qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

    - il-kliem "u l-pajjiżi kandidati l-oħra għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea" għandhom jiżdiedu fit-tarf ta' l-Artikolu 7(9).

    - il-kliem "u l-pajjiżi kandidati l-oħra għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea" għandhom jiżdiedu fit-tarf ta' l-Artikolu 7 (10).

    3. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jwaqqaf strument għall-politika strutturali ta' qabel is-sħubija [15]:

    "8. Persuni naturali u legali minn Ċipru, Malta u t-Turkija jistgħu jipparteċipaw f'inviti għall-offerti u kuntratti fuq l-istess termini li japplikaw għall-persuni kollha naturali u legali mill-Istati Membri u l-pajjiżi benefiċjarji.'"

    4. Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdieda ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar appoġġ tal-Komunità għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-agrikoltura u żvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu ta' qabel is-sħubija [16]:

    "3. Persuni naturali u legali minn Ċipru, Malta u t-Turkija jistgħu jipprteċipaw f'inviti għall-offerti u kuntratti fuq l-istess termini li japplikaw għall-persuni kollha naturali u legali mill-Istati Membri u l-pajjiżi benefiċjarji.'"

    Artikolu 13

    Il-Kunsill għandu jirrevedi dan ir-Regolament qabel l-1 ta' Jannar 2006. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill qabel 1 ta' Lulju 2005 rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-Regolament u, fejn xieraq, proposta biex temendah.,

    Artikolu 14

    Din ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. neyts-uyttebroeck

    [1] ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, p. 115.

    [2] Opinjoni mogħtija fil-25 ta' Ottubru 2001 (għada mhux ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 58, tat-28.2.2001, p. 1

    [4] ĠU L 85, ta' l-24.3.2001, p. 13.

    [5] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 762/2001 (ĠU L 111, ta' l-20.4.2001, p. 1)

    [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

    [7] Regolament (KE) Nru 1488/96 (ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 1); Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1).

    [8] Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ĠU L 306, tas-7.12.2000, p. 1).

    [9] Regolament (KE) Nru 99/2000 (ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 1).

    [10] ĠU L 35, tat-13.2.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2/1999 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 36).

    [11] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

    [12] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 5.

    [13] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2666/2000.

    [14] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 3.

    [15] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73.

    [16] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87.

    --------------------------------------------------

    Top