EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2243

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001 tas-16 ta' Novembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għall-Kamerun, il-Paragwaj u SingaporeTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 303, 20.11.2001, p. 11–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2243/oj

32001R2243



Official Journal L 303 , 20/11/2001 P. 0011 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001

tas-16 ta' Novembru 2001

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għall-Kamerun, il-Paragwaj u Singapore

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1999/816 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċertu pajjiżi mhux ta' l-OECD [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1800/2001 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1) F'Jannar 2000, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet note verbale lill-pajjiżi kollha mhux ta' OECD (inklużi l-Ungerija u l-Polonja, li s'issa għadhom ma applikawx id-Deċiżjoni ta' OECD C(92)39 finali). L-għan ta' dan in-note verbal kien tripplu: (a) li javża lil dawn il-pajjiż bir-Regolamenti ġodda tal-Komunità; (b) li jitlob għall-konferma tal-posizzjonijiet rispettivi kif imniżżla fl-annessi li jinsabu mat-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li japplika għal vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għal ċerti pajjiżi li għalihom id-Deċiżjoni OECD C(92) 39 finali ma tapplikax [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1800/2001; u (c) li jkollhom tweġiba minn dawk il-pajjiżi li ma weġbux fl-1994.

(2) Fost il-pajjiżi li wieġbu, il-Paragwaj avża lill-Kummissjoni li l-importazzjoni ta' ċertu skart elenkat fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 259/93 huwa aċċettat mingħajr proċedura ta' kontroll. Dwar l-iskart l-ieħor, indikaw li l-posizzjoni tagħhom ma nbidlitx (tweġiba ta' l-1 ta' Marzu 2000).

(3) Is-Singapore innotifika lill-Kummissjoni li l-importazzjoni ta' ċertu skart elenkat fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 259/93 huwa aċċettat jew mingħajr kull proċedura ta' kontroll jew wara l-proċedura li tapplika għall-iskart elenkat fl-Anness III li jinsab ma' l-istess Regolament ("proċedura għambra"). Dwar l-iskart l-ieħor, indikaw li l-posizzjoni tagħhom ma nbidlitx (tweġiba ta' l-ta' Jannar 2001).

(4) Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart [6], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [7], kien innotifikat bit-talba uffiċċjali tal-Paragwaj fit-8 ta' Frar 2001.

(5) Biex jingħata kont tas-sitwazzjoni l-ġdida f'dan il-pajjiż, huwa meħtieġ li jiġi emendat fl-istess waqt ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999.

(6) Dwar il-Kamerun huwa meħtieġ li tiġi emendata s-sezzjoni GA ta' l-Anness A li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 biex tiġi żgurata konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999.

(7) Il-miżuri li għalihom jipporvdi dan r-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bis-saħħa ta' l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi A u D li jinsabu mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 huma emendati kif imniżżel fl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness A jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 huma emendati kif imniżżel fl-Anness II li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45.

[3] ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 6.

[4] ĠU L 244, ta' l-14.9.2001, p. 19.

[5] ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1.

[6] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[7] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Annessi A u D li jinsabu mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 huma emendati kif ġej:

1. Fl-Anness A, sezzjoni GC ("Skart ieħor li fih il-metall") it-test relatat ma' SINGAPORE, id-daħla li ġejja għandha tidħol:

"GC 020 | Skrapp elettroniku (eż. bords ta' ċirkwiti stampati, komponenti elttroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi miġbura mill-ġdid adattati bħala bażi u rkupru ta' metall prezzjuż'." |

2. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata mal-PARAGWAJ huwa mibdul bit -test:

"PARAGWAJ

1. Fis-sezzjoni GA (

"Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [1] li ma tixxerridx"

GA 120 | 740400 | Skart u skrapp tar-ramm aħmar |

GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' l-aluminju |

GA 150 | ex780200 | Skart u skrapp taċ-ċomb |

GA 160 | 790200 | Skart u skrapp taż-żingu |

GA 170 | 800200 | Skart u skrapp tal-landa |

GA 430 | 7204 | Skart tal-ħadid jew azzar |

2. It-tipi kollha fis-sezzjoni GH ("Skart ta' plastik solidu")

3. It-tipi kollha fis-sezzjoni GI ("Karta, kartun jew skart tal-prodotti tal-karta").

4. Fis-sezzjoni GJ (

"Skart tat-tessuti"

):

GJ 010 | 5003 | Skart tal-ħarir (inklużi fosdqiet tad-dud tal-ħarir mhux adattati biex jitkebbu, skart tal-ħajt u ħażniet garnetted): |

GJ 011 | 500310 | Mhux xkupiljat jew mimxut |

GJ 030 | 5202 | Skart tat-tajjar (inkluż skart tal-ħajt u ħażniet garnetted) |

GJ 031 | 520210 | Skart tal-ħajt (inkluż skart tal-ħjut) |

GJ 032 | 520291 | Ħażniet garnetted |

5. Fis-sezzjoni GL (

"Sufra mhux ittrattata u skart ta' l-injam"

)

GL 010 | ex440130 | Skart ta' l-injam u skrapp, sew jekk agglomerat jew li fi żkuk, trab tal-faħam, pettels jew forom simili |

GL 020 | 450190 | Skart tas-sufra, mgħaffeġ, granulat jew mitħun" |

3. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata ma' SINGAPORE huwa mibdul bit-test:

"SINGAPORE

1. Fis-sezzjoni GA (

"Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [2] li ma tixxerridx"

)

GA 430 | 7204 | Skart talħadid jew azzar" |

[1] "li ma jixxeridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.)

[2] "li ma jixxeridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.)

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-Anness A li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. Fis-sezzjoni GA ("Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika li ma tixxerridx") fit-test li jirrelata mal-Kamerun id-daħla:

"GA 130 | 750300 | Skart u skrapp tannickel'" |

huwa mibdul bid-daħla:

"GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' laluminju" |

2. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata mal-PARAGWAJ huwa mibdul bit-test:

"PARAGWAJ

It-tipi kollha ħlief

1. Fis-sezzjoni GA (

"Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [1] li ma tixxerridx"

GA 120 | 740400 | Skart u skrapp tar-ramm aħmar |

GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' l-aluminju |

GA 150 | ex780200 | Skart u skrapp taċ-ċomb |

GA 160 | 790200 | Skart u skrapp taż-żingu |

GA 170 | 800200 | Skart u skrapp tal-landa |

GA 430 | 7204 | Skart tal-ħadid jew azzar |

2. It-tipi kollha fis-sezzjoni GH ("Skart ta' plastik solidu")

3. It-tipi kollha fis-sezzjoni GI ("Karta, kartun jew skart tal-prodotti tal-karta").

4. Fis-sezzjoni GJ (

"Skart tat-tessuti"

):

GJ 010 | 5003 | Skart tal-ħarir (inklużi fosdqiet tad-dud tal-ħarir mhux addattati biex jitkebbu, skart tal-ħajt u ħażniet |

GJ 011 | 500310 | - Mhux xkupiljat jew mimxut |

GJ 030 | 5202 | Skart tat-tajjar (inkluż skart tal-ħajt u ħażniet garnetted) |

GJ 031 | 520210 | Skart tal-ħajt (inkluż skart tal-ħjut) |

GJ 032 | 520291 | Ħażniet garnetted |

5. Fis-sezzjoni GL (

"Sufra mhux ittrattata u skart ta' l-injam"

):

GL 010 | ex440130 | Skart ta' l-injam u skrapp, sew jekk agglomerat jew li fi żkuk, trab tal-faħam, pettels jew forom simili |

GL 020 | 450190 | Skart tas-sufra, mgħaffeġ, granulat jew mitħun" |

3. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata mal-SINGAPORE huwa mibdul bit-test:

"SINGAPORE

It-tipi kollha ħlief

1. Fis-sezzjoni GA ("Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [2] li ma tixxerridx)"

L-iskart li ġej u skrapp ta' metalli prezzjużi u taħlitiet tagħhom:

GA 010 | ex711210 | - Tad-deheb |

GA 020 | ex711220 | - Tal-platimum (l-espressjoni "platinum" tinkludi platinum, iridium, osmium, palladium, rhodium u ruthenium) |

GA 030 | ex711290 | - Metalli prezzjużi oħra, eż. fidda |

NB:

Il-merkurju huwa speċifikament eskluż bħala kontaminant ta' dawn il-metalli jew it-taħlitiet tagħhom jew amalgams.

L-iskart li ġej u skrapp ta' metalli li ma fihomx ħadid u taħlitiet tagħhom:

GA 120 | 740400 | Skart u skrapp tar-ramm aħmar |

GA 130 | 750300 | Skart u skrapp tan-nickel |

GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' l-aluminju |

GA 150 | ex780200 | Skart u skrapp taċ-ċomb |

GA 170 | 800200 | Skart u skrapp tal-landa |

GA 190 | ex810291 | Skart u skrapp tal-molybdnum |

GA 250 | ex810810 | Skart u skrapp tat-titanium |

GA 260 | ex810910 | Skart u skrapp taż-żirkonju |

GA 280 | ex811100 | Skart u skrapp tal-manganese |

GA 300 | ex811220 | Skart u skrapp tal-kromju |

GA 320 | ex811240 | Skart u skrapp tal-vanadium |

GA 350 | ex811291 | Skart u skrapp tan-niobium |

GA 430 | 7204 | Skart tal-ħadid jew azzar |

2. Fis-sezzjoni GC (

"Skart ieħor li jkun fih il-metalli"

):

GC 020 | | Skrapp elettroniku (eż. bords ta' ċirkwiti stampati, komponenti elttroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi miġbura mil-ġdid adattati bħala bażi u rkupru ta' metall prezzjuż. |

GC 070 | ex261900 | Gagazza li toħroġ mill-manifattura ta' ħadid u azzar tal-karbun (inkluż azzar imħallat baxx) eskluża dik il-gagazza li ma tkunx ġiet speċifikament prodotta biex tilħaq il-ħtiġijiet u standards relevanti kemm nazzjonali u dawk internazzjonali |

3. Fis-sezzjoni GD (

"Skart minn operazzjonijiet ta' imminar: dan l-iskart għandu jkun f'forma li ma jixxerridx"

):

GD 020 | ex251400 | Skart tal-lavanja, sew jekk irfinat fuq fuq sew jekk le jew maqtugħ biss permezz ta' serrar jew xort'oħra |

4. Fis-sezzjoni GH (

"Skart ta' plastik solidu"

):

GH 013 | ex391530 | Skart ta' laqx u skrapp talplastik ta': Polymers u vinyl chloride" |

[1] "li ma jixxerridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.)

[2] "li ma jixxerridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.

--------------------------------------------------

Top