EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0051
Council Directive 2001/51/EC of 28 June 2001 supplementing the provisions of Article 26 of the Convention implementing the Schengen Agreement of 14 June 1985
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissupplimenta d-disposizzjoni ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissupplimenta d-disposizzjoni ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985
ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completion | 42000A0922(02) | artikolu 26 | 09/08/2001 |
Official Journal L 187 , 10/07/2001 P. 0045 - 0046
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissupplimenta d-disposizzjoni ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(a) u l-Artikolu 63(3)(b) tiegħu; Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Sabiex tiġi kkumbattuta b'mod effettiv l-immigrazzjoni illegali, huwa meħtieġ illi l-Istati Membri kollha jdaħħlu disposizzjonijiet li jistabbilixxu l-obbligi tat-trasportaturi li jġorru liċ-ċittadini barranija għal ġewwa t-territorju ta' l-Istati Membri. B'żieda ma' dan, sabiex tiġi żgurata efikaċja ikbar ta' dan il-għan, il-penali pprovvduti bħalissa mill-Istati Membri għall-każijiet meta t-trasportaturi jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom tal-kontroll għandhom jiġu armonizzati safejn u sakemm possibbli, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistemi u l-prattiċi legali bejn l-Istati Membri. (2) Din il-miżura hija fost id-disposizzjonijiet ġenerali mmirati sabiex irażżnu l-mixi migratorji u jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali. (3) L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra li għandha x'taqsam ma' l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967. (4) Ma għandhiex tiġi affettwata l-libertà ta' l-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu miżuri jew penali addizzjonali għat-trasportaturi, sewwa jekk riferiti f'din id-Direttiva u sewwa jekk le. (5) L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi f'kull proċediment miġjub kontra t-trasportaturi li jista' jirriżulta fl-applikazzjoni tal-penali, id-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' l-appell kontra dawn id-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv. (6) Din id-Direttiva tibni fuq l-acquis tax-Schengen, skond il-Protokoll li jintegrah fil-kwadru ta' l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit bl-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE tal-20 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda d-definizzjoni ta' l-acquis tax-Schengen bil-għan li tistabbilixxi, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijioet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis [3]. (7) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea, ir-Renju Unit ta avviż bl-ittra tal-25 ta' Ottubru 2000, dwar ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. (8) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, l-Irlanda mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva. B'konsegwenza ta' dan u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għall-Irlanda. (9) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti illi dan l-istrument jimmira li jibni fuq l-acquis tax-Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, id-Danimarka għandha tiddeċedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan l-istrument jekk timplimentahiex fil-liġijiet nazzjonali tagħha. (10) Rigward ir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Direttiva tikkostitwixi żvilupp ta' l-acquis tax-Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż fit-18 ta' Mejju 1999 mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u dawn iż-żewġ Stati fejn jirrigarda l-assoċjazzjoni ta' din ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis tax-Schengen [4]. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Il-mira ta' din id-Direttiva hija li tissupplimenta d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 [5] (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Konvenzjoni ta' Schengen") u li tiddefinixxi ċerti kondizzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tagħhom. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-obbligu tat-trasportaturi li jieħdu lura liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi pprovdut fid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen għandu japplika wkoll meta jiġi rrifjutat id-dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz fi transitu jekk: (a) it-trasportatur li kien sejjer jieħdu lejn il-pajjiż tiegħu tad-destinazzjoni jirrifjuta li jtellgħu abbord; (b) jew l-awtoritajiet ta' l-Istat tad-destinazzjonu jkun irrifjutalu d-dħul u jkun bagħtu lura lejn l-Istat Membru li minnu jkun għadda. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jobbigaw lit-trasportaturi li ma jkunux kapaċi jeffettwaw ir-ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz li d-dħul tiegħu jkun ġie rrifjutat li jsibu l-mezz tat-trasportazzjoni minnufih u li jġorru l-ispejjeż tiegħu jew, jekk ma tkunx possibbli t-traportazzjoni immedjata, li jassumi r-responsabbiltà ta' l-ispejjeż tal-waqfa u tar-ritorn taċ-ċittadin tal-pajjiż terz fil-kwistjoni. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-penali li japplikaw għat-trasportaturi skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(2) u (3) tal-Konvenzjoni ta' Schengen ikunu dissważivi, effettivi u ppoporzjonati u li: (a) jew l-ammont massimu tal-penali finanzjarji applikabbli ma jkunx inqas minn EUR 5000 jew munita korrentri ekwivalenti bir-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-10 ta' Awissu 2001, għall-kull persuna li tkun trasportata, jew (a) jew l-ammont minimu ta' dawn il-penali ma jkunx inqas minn EUR 3000 jew munita korrenti ekwivalenti bir-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-10 ta' Awissu 2001, għal kull persuna li tkun trasportata, jew (ċ) l-ammont massimu tal-penali impost bħala somma waħda għal kull ksur ma tkunx inqas minn EUR 500000 jew munita korrentri ekwivalenti bir-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-10 ta' Awissu 2001, irrispettivament min-numru tal-persuni li jkunu trasportati. 2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fil-każijiet meta ċittadin ta' pajjiż terz ifittex il-protezzjoni internazzjonali. Artikolu 5 Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjieni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu, għat-trasportaturi li ma jħarsux l-obbligi li joħorġu mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(2) u (3) tal-Konvenzjoni ta' Schengen u ta' l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, miżuri oħra li jinvolvu penali ta' kwalità oħra, bħalma huma l-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezz tat-trasport jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenza tal-ħidma. Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tagħhom jistabbilixxu illi t-trasportaturi li kontra tagħhom jitressqu proċedimenti li jimponu penali jkollhom drittijiet effettivi għad-difiża u l-appell. Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-11 ta' Frar 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 8 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta' Ġunju 2001. Għall-Kunsill Il-President B. Rosengren [1] ĠU C 269, tal-20.9.2000, p. 8. [2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Marzu 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 1. [4] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 3. [5] ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 1. --------------------------------------------------