Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0001

Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

ĠU L 35, 6.2.2001, pp. 34–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/1/oj

32001L0001



Official Journal L 035 , 06/02/2001 P. 0034 - 0035


Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Jannar 2001

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fuq miżuri li jridu jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [4], hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

(2) Id-Direttiva 70/220/KEE tippreskrivi l-ispeċifikazzjonijiet għall-ittestjar ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur li jaqgħu fi ħdan l-iskop tagħha. Fid-dawl ta' l-esperjenza reċenti miksuba u l-iżvilupp mgħaġġel ta' sistemi djanjostiċi abbord ta' l-aqwa kwalità, huwa xieraq li wieħed jadotta dawn l-ispeċifikazzjonijiet skond il-ħtieġa.

(3) Id-djanjostika abbord (OBD) qiegħda fi stadju anqas żviluppat għal vetturi attrezzati b'magni positive ignition li jimxu permanentement jew parti mill-ħin fuq gass likwifikat tal-petrolju (LPG) jew gass naturali (NG) u ma tistax tkun meħtieġa fuq vetturi ġodda bħal dawn qabel l-2003.

(4) Id-Direttiva 70/220/KEE għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE it-Taqsima 8.1 għandha tinbidel b'dan li ġej:

"8.1. Vetturi b'magna positive ignition

8.1.1. Magni bil-petrol

B'effett mill-1 ta' Jannar 2000 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2001 għat-tipi kollha, il-vetturi tal-kategorija M1 - ħlief vetturi li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg - u l-vetturi tal-kategorija N1 klassi I, għandhom jkollhom fuqhom sistema OBD għall-kontroll ta' l-iskariku skond l-Anness XI.

B'effett mill-1 ta' Jannar 2001 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2002 għat-tipi kollha, il-vetturi tal-kategorija N1 klassijiet II u III u l-vetturi tal-kategorija M1, li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, għandhom jkollhom fuqhom sistema OBD għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond l-Anness XI.

8.1.2. Vetturi li jaħdmu b'LPG u bil-gass naturali

B'effett mill-1 ta' Jannar 2003 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2004 għat-tipi kollha, il-vetturi tal-kategorija M1 - ħlief vetturi li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg - u l-vetturi tal-kategorija N1 klassi I, li jaħdmu għal kollox jew għal xi parti mill-ħin bil-LPG jew gass naturali, għandhom jkollhom fuqhom sistema OBD għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond l-Anness XI.

B'effett mill-1 ta' Jannar 2006 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2007 għat-tipi kollha, il-vetturi tal-kategorija N1 klassijiet II u III u l-vetturi tal-kategorija M1, li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, li jimxu permanentement jew parti mill-ħin bil-LPG jew gass naturali, għandhom jkollhom fuqhom sistema OBD għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond l-Anness XI."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità ma' din id-Direttiva sas-6 ta' Frar 2002. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam provdut f'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikażżjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Jannar 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 268.

[2] ĠU C 204, tat-18.7.2000, p. 1.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ottubru 2000 (ĠU C 329, ta' l-20.11.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/102/KE (ĠU L 334, tat-28.12.1999, p. 43).

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25).

--------------------------------------------------

Top