Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0687

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta'Awissu ta' l-2001 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko tikketta tal-Komunità għall-kompjuters portabbli (innotifikata skond dokument numru K(2001) 2596)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 242, 12.9.2001, p. 11–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/04/2005; Imħassar b' 32005D0343

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/687/oj

    32001D0687

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta'Awissu ta' l-2001 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko tikketta tal-Komunità għall-kompjuters portabbli (innotifikata skond dokument numru K(2001) 2596)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    Official Journal L 242 , 12/09/2001 P. 0011 - 0016
    CS.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    ET.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    HU.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    LT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    LV.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    MT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    PL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    SK.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208
    SL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 203 - 208


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-28 ta'Awissu ta' l-2001

    dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko tikketta tal-Komunità għall-kompjuters portabbli

    (innotifikata skond dokument numru K(2001) 2596)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/687/KE)

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta ta' għoti ta' l-eko tikketta Komunitarja [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4 u 6 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-eko tikketti jistgħu jingħataw lil prodott li għandu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi sostamzjalment għal titjib fir-relazzjoni ma’ l-aspetti ambjentali ewlenin.

    (2) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 li jipprovdi li kriterji speċifiċi tat-l-eko tikketta ikunu stabbiliti skond gruppi ta'prodotti.

    (3) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li r-reviżjoni tal-kriterji tal-eko tikketti kif ukoll l-istima u l-ħtiġiet għall-verifika li għandhom x'jaqsmu mal-kriterji ser isiru fiż-żmien mistenni qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta'prodott u għandu jirriżulta fi proposta għal iktar tul ta' żmien, irtirar jew reviżjoni.

    (4) Permezz tad-Deċiżjoni 1999/698KE [2], il-Kummissjoni stabbiliet kriterji ekoloġiċi għall-għoti mill-Komunità ta' l-eko tikketti għall-kompjuters portabbli, liema, skond l-Artikolu 3 tiegħu, jintemm fil-31 ta'Ottubru ta' l-2001.

    (5) Huwa xieraq li tiġi riveduta d-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji ekoloġiċi li kienu mwaqqfa mid-Deċiżjoni 1999/698/KE sabiex tirrifletti l-iżviluppi fis-suq.

    (6) Hu xieraq li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida li stabbiliet kriterji ekoloġiċi speċifiċi għal dan il-grupp ta' prodotti, li għandha tkun valida għal perjodu ta' tliet snin.

    (7) Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta' mhux iktar minn 12-il xahar, kemm il-kriterji l-ġodda stabbiliti minn din id-Deċiżjoni u l-kriterji ta' qabel stabbiliti mid-Deċiżjoni 1999/698/KE, ikunu validi t-tnejn li huma, sabiex jippermettu żmien biżżejjed għall-kumpaniji li kienu mogħtija l-eko tikketta għall-prodotti tagħhom qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni l-ġdida biex jadattaw dawn il-prodotti biex jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda.

    (8) Il-miżuri preskritti f'din id-Deċiżjoni kienu żviluppati u adottati skond il-proċeduri għall-irranġar tal-kriterji tal-eko tikketti kif preskritt fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

    (9) Il-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat preskritti skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-grupp tal-prodotti "kompjuters portabbli" (minn hawn' il quddiem imsejħa "il-grupp tal-prodott") ifisser: "Kompjuter li jista' jintuża f'lokazzjonijiet multipli, u li jikkonsistu f'sistema unita, apparat elettroniku li juri informazzjoni fuq skrin u tastiera ta' kompjuter f’każ wieħed, li għandu l-għan li jkun ittrasportat faċilment bejn il-lokazzjonijiet u jista’ jintuża b'batterija interna".

    Artikolu 2

    Il-prestazzjoni ambjentali tal-grupp tal-prodott kif definit fl-Artikolu 1 ser ikun stmat minn referenza għall-kriterji ekoloġiċi speċifiċi preskritti fl-Anness.

    Artikolu 3

    Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji għall-grupp tal-prodott ser ikunu validi għal tliet snin mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Jekk kriterji riveduti ma jkunux ġew adottati qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu, il-validità tagħhom ser tkun estiża b'sena oħra.

    Il-perjodu ta' validità tad-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni 1999/698/KE ser ikunu estiżi u jintemmu 12-il xahar wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

    Artikolu 4

    Għal għanijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodott ser ikun "018".

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta'Awissu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

    [2] ĠU L 276, tas-27.10.1999, p. 7.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    QAFAS

    Sabiex jikkwalifika għall-eko-tikketta, kompjuter portabbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-prodott") għandu jaqa' mal-grupp tal-prodott kif definit fl-Artikolu 1, u għandu jaqbel mal-kriterji ta'dan l-Anness, mat-testijiet imwettqa għall-applikazzjoni kif indikat fil-kriterji. L-ittestjar ser ikun imwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti espressi fil-livell indaqs ta' EN ISO 17025. Fejn xieraq, il-metodi tat-testijiet jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hi aċċettata mill-korp kompetenti li jagħmel stima ta' l-applikazzjoni. Fejn l-ebda testijiet m'huma msemmija, jew huma msemmija bħala għall-użu ta' verifikazzjoni jew immoniterjar, korpi kompetenti għandhom jafdaw kif xieraq fuq dikjarazzjonijiet u dokumentazzjonijiet ipprovduti mill-applikant u/jew verifikazzjonijiet indipendenti.

    L-għan ta' dawn il-kriterji b'mod partikolari hu li jippromwovu:

    - it-tnaqqis ta' ħsara ambjentali jew riskji relatati ma' l-użu ta' enerġija (sħana globali, aċidifikazzjoni, ħela għal kollox ta' risorsi li ma jistgħux jiġu rinnovati) billi jnaqqsu l-konsum ta' l-enerġija,

    - it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali relatata ma' l-użu ta' risorsi naturali billi jinkoraġġixxu l-bidla tal-komponenti, u r-riċiklabbilità u ż-żamma tal-prodott,

    - it-tnaqqis ta' ħsara ambjentali jew riskji relatati ma' l-użu ta' sustanzi perikolużi billi jitnaqqas l-użu ta'ċerti sustanzi.

    Il-kriterji jinkoraġixxu l-implimentazzjoni ta' l-aħjar prattika (l-aqwa użu ambjentali) u ttejjeb l-għarfien ambjentali tal-konsumatur. Iktar 'il quddiem, l-immarkar tal-komponenti tal-plastik iħeġġeġ ir-riċiklar tal-prodott.

    Il-kriterji huma mwaqqfa fuq livelli li jippromwovu t-tikkettar ta' kompjuters portabbli li għandhom impatt ambjentali baxx.

    Il-korpi kompetenti huma rrakkomandati biex jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' skemi amministrattivi ambjentali, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jistmaw applikazzjonijiet u jimmoniterjaw qbil mal-kriterji ma' dan l-Anness. (Nota: ma huwiex meħtieġ li jiġu implimentati skemi simili ta' amministrazzjoni.)

    KRITERJI EKOLOĠIĊI

    1. Frankar ta' enerġija

    Il-kompjuter portabbli għandu l-ACPI [1] S3 stat kważi mitfi (jissospendi għal RAM) biex jippermetti konsum ta' l-enerġija minimu taħt il-5 watts. Il-kompjuter għandu jkun jista' jinxtegħel b'dan il-mod li jirrispondi għall-ordni minn xi wieħed mis-segwenti:

    - modem,

    - konnessjoni mas-sistema,

    - tastiera tal-kompjuter jew azzjoni tal-mouse.

    Il-mankanza tal-ħin għall-bidla tal-mod minn operazzjoni għall-ACPI S3 stat kważi mitfi għandha tkun ≤ 15-il minuta ta' inattività. Il-manifattur għandu jippermetti dan il-fattur.

    Il-kompjuter portabbli għandu jkollu konsum ta' mod għat-tifi ta' < 2 watts meta l-batterija tkun iċċarġjata kollha u l-unitajiet elettriċi jkunu konnessi mal-provvista elettrika. F'dan il-kuntest, il-mod tat-tifi hu l-istat tal-bidu permezz ta' kmand li jitfi għal kollox il-kompjuter.

    Il-provvista elettrika tal-kompjuter portabbli ser ikollha massimu ta' < 1 watt meta jkun imqabbad mal-provvista elettrika imma ma tkunx imqabbda mal-komjuter.

    L-applikant għandu jipprovdi rapport li jiċċertifika li l-livell ta' konsum elettriku kemm fl-ACPI mod S3 u l-mod tat-tifi kien imkejjel bl-użu tal-proċedura kurrenti ta' l-Energy Star [2] computer memorandum of understanding. Ir-rapport għandu jiddikjara l-miżuri għall-konsum ta' l-elettriku fiż-żewġ modi.

    2. Estensjoni fit-tul ta' żmien

    Il-manifattur għandu joffri garanzija kummerċjali biex jassigura li l-kompjuter portabbli ser jiffunzjona minn ta' l-inqas għal tliet snin. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tal-kunsinna lill-konsumatur. Id-disponibilità ta' batteriji kompatibbli u utilitajiet elettriċi u t-tastiera tal-kompjuter u l-partijiet tiegħu għandhom ikunu ggarantiti għal tliet snin minn meta tieqaf il-produzzjoni.

    B'żieda ma' dan, il-kompjuter portabbli għandu jissodisfa l-kriterji segwenti:

    - il-kompjuter għandu jkun imfassal b'mod li l-memorja tista' tinbidel,

    - il-kompjuter għamndu jitfassal b'mod li l-hard disk, u jekk disponibbli jew is-CD drive jew DVD drive, jistgħu jiġu mibdula,

    - minimu ta' socket wieħed li jagħmel konnessjoni diretta mat-tagħmir bħal scanners u mezzi li jaħżnu l-informazzjoni għandu jkun ipprovdut.

    L-applikant għandu jiddikjara l-qbil tal-prodott ma' dawn ir-rekwiżiti.

    3. Kontenut ta' merkurju tal-iskrin

    Id-dawl fl-isfond tal-wiri fuq l-iskrin tal-pannell ċatt m'għandux ikollu iktar minn 3 mg ta' merkurju kull lampa (medja).

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn ir-rekwiżiti.

    4. Ħoss

    Il-"livell tal-ħoss iddikjarat" ta' kompjuter portabbli, skond il-paragrafu 3.2.5 tal-ISO 9296, m'għandux jaqbeż:

    - 48 dB(A) meta hu operattiv bla jintuża,

    - 55 dB(A) meta tagħmel aċċess għad-disk drive.

    L-applikant għandu jipprovdi rapport li jiċċertifika li l-livelli ta' ħruġ tal-ħoss kienu mkejla bi qbil ma' l-ISO 7779 u ISO 9296. Ir-rapport għandu jiddikjara l-livelli mkejla ta' ħruġ ta' ħoss kemm fil-mod operattiv bla ma jintuża u kemm meta jsir aċċess għad-disk drive, u jista' jkun iddikjarat bi qbil mal-paragrafu 3.2.5 tal-ISO 9296.

    5. Ħruġ elettromagnetiku

    Il-kompjuter portabbli għandu jissodisfa l-limiti t'esposizzjoni massimi kurrenti preskritti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519KE tat-12 ta' Lulju 1999 [3] dwar il-limitazzjonijiet t' esposizzjoni ta' oqsam elettromanjetiċi għall-pubbliku ġenerali (0 Hz sa 300 GHz).

    L-applikant għandu jipprovdi rapport, li jispeċifika l-metodi użati biex jitkejlu l-livelli ta' ħruġ elettromanjetiku. Ir-rapport għandu juri li l-kompjuter portabbli jissodisfa l-limiti t'esposizzjoni massimi kurrenti preskritti fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

    6. Teħid lura u riċiklar

    Il-manifattur għandu joffri, mingħajr ħlas, it-teħid lura għal manutenzjoni mill-ġdid jew ir-riċiklar tal-prodott u kull komponent li jkun mibdul, minbarra oġġetti kontaminati mill-utenti (p.e. f'applikazzjonijiet mediċi u nuklejari). B'żieda, il-prodott għandu jilħaq il-kriterji segwenti:

    (a) persuna waħda kkwalifikata, waħedha, għandha tkun kapaċi tiżmontah:

    (b) il-manifattur għandu jispezzjona l-iżmontar ta' l-unit u jipprovdi rapport għall-iżmontar li għandu jkun disponibbli għall-partijiet terzi fuq talba. Fost l-oħrajn, ir-rapport għandu jikkonferma li:

    - il-konnessjonijiet huma faċli biex jinstabu u aċċessibbli,

    - il-konnessjonijiet huma kemm jista' jkun indaqs,

    - il-konnessjonijiet huma aċċessibli minn għodod komuni disponibbli,

    - il-lampi għad-dawl fl-isfond tal-LCD monitors huma faċilment separabbli;

    (ċ) materjali inkompatibbli u ta' ħsara għandhom ikunu separati;

    (d) 90 % (mill-volum) ta' plastik u materjali tal-metall fit-tagħmir u chassis għandhom ikunu teknikament riċikabbli;

    (e) jekk tikketti jkunu meħtieġa, huma għandhom ikunu faċilment separabbli jew inerenti;

    (f) partijiet tal-plastik għandhom:

    - ma jkollhom l-ebda azzar jew kadmju miżjuda,

    - ikunu ta' polimer wieħed jew polimers kompatibbli, minbarra l-kopertura, li għandha tikkonsisti f'wieħed jew iktar mit-tipi tal-polimers li huma separabbli,

    - ma jkollhom l-ebda kisi minn ġewwa tal-metall li ma jistgħux ikunu sseparati;

    (g) Partijiet tal-plastik itqal minn 25 gramma:

    - ma għandhomx ikollhom it-twaħħir li jista'jieħu n-nar segwenti:

    Isem | Nru SAK |

    Dekabromodfenil | 13654-09-6 |

    Etru monobromodifenil | 101-55-3 |

    Etru dibrobromodifenil | 2050-47-7 |

    Etru tribromodifenil | 49690-94-0 |

    Etru tetrabromdifenil | 40088-47-9 |

    Etru pentabromdifenil | 32534-81-9 |

    Etru exabromodifenil | 36483-60-0 |

    Etru heptabromdifenil | 68928-80-3 |

    Etru octabromodifenil | 32536-52-0 |

    Etru nonabromodifenil | 63936-56-1 |

    Etru decabromodifenil | 1163-19-5 |

    Kloroparaffini b'tul ta' katina ta'10-13 atomi, kontenut klorinu > 50 % b'piż | 85535-84-8, |

    - ma jkollhomx sustanzi ta' ritardanti tan-nar jew preparazzjonijiet li jkollhom sustanzi, li huma assenjati jew jistgħu ikunu assenjati xi frażi tar-riskju R45 (li jistgħu jikkawżaw il-kanċer), R46 (jistgħu jikkawżaw ħsara ġenetika li tintiret), R50 (organismi akkwatiċi tossiċi ħafna), R52 (ta'deni għall-organiżmi akkwatiċi), R53 (jistgħu jikkawżaw effetti negattivi għal żmien twil fl-ambjent akkwatiku), R60 (jistgħu ifixklu l-feritilità) jew R61 (jistgħu jikkawżaw ħsara lit-trabi fil-ġuf), kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [4] u l-emendi sussegwenti tagħha,

    - ikollhom marka permanenti li tidentifika l-materjal, bi qbil ma' l-ISO 11469. Esklużi minn dan il-kriterju huma l-materjali ta' plastik magħfus u l-gwida ħafifa ta' esposizzjonijiet fuq l-iskrin tal-panella ċatta.

    Il-batteriji m'għandhomx ikollhom iktar minn 0,0001 % ta'merkurju, 0,001 % ta' kadmju jew 0,01 % t'azzar mill-piż tal-batterija.

    L-applikant għandu jiddikjara l-qbil tal-prodott ma' dawn ir-rekwiżit. L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti li qed jistima kopja tar-rapport ta' l-iżmuntar.

    7. Istruzzjonijiet għall-utent

    Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni relevanti għall-utent, li tipprovdi parir fuq użu proprju ambjentali u, partikolarment:

    1. rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-fatturi amministrattivi elettriċi, inkluża informazzjoni li użu ħażin ta' dawn il-fatturi jista' jwassal għal konsum ogħla t'enerġija u b'hekk dan iżid l-infiq tal-konsum;

    2. informazzjoni li l-enerġija meħuda mill-mains tista' tonqos għal xejn jekk l-unità għall-elettriku mhix imqabbda jew jekk is-socket ta' mal-ħajt tkun mitfija.

    3. informazzjoni dwar il-garanzija u d-disponibilità ta' partijiet żejda. Meta huwa xieraq għall-konsumatur li jgħolli l-grad jew jibdel komponenti, informazzjoni dwar il-proċeduri proprja għandhom jingħataw;

    4. informazzjoni dwar il-fatt li l-prodott kien imfassal biex jippermetti użu mill-ġdid sew tal-partijiet u riċiklar u m'għandux jintrema;

    5. jingħata parir kif il-konsumatur jista' jagħmel użu tal-manifatturi għall-offerta tat-teħid lura;

    6. informazzjoni li l-prodott kien mogħti l-eko tikketta ta' l-UE bi spjegazzjoni qasira għal dak li jfisser flimkien ma' indikazzjoni ta' aktar informazzjoni dwar l-eko tikketta li tista' tinstab fl-indirizz tas-siti ta' l-internet (http://europa.eu.int/ecolabel).

    L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn ir-rekwiżiti, u għandu jipprovdi kopja ta' l-istruzzjoni manwali lill-korp kompetenti li jistima l-applikazzjoni.

    8. Dikjarazzjoni ambjentali

    Dikjarazzjoni ambjentali għandha takkumpanja l-prodott u għandha tkun disponibbli lill-utent. Dan id-dokument għandu jkun jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Tekniku 70 ta' l-ECMA "Attributi ambjentali relatati mal-prodott".

    9. Informazzjoni li tidher fuq it-tikketta-eco

    Kaxxa 2 tal-eko tikketta għandha tinkludi t-test segwenti:

    "- konsum baxx ta' l-enerġija,

    - imfassal biex jiffaċilità r-riċiklar."

    [1] Konfigurazzjoni avvanzata u interferenza elettrika (ACPI).

    [2] Kif definit mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali ta' l-Istati Uniti.

    [3] ĠU L 199, tat-30.7.1999, p. 59.

    [4] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top