Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0412

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2001 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni (notifikata bid-dokument numru K(2001) 735)

    ĠU L 148, 1.6.2001, p. 79–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/412/oj

    Related international agreement

    32001D0412



    Official Journal L 148 , 01/06/2001 P. 0079 - 0079


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-21 ta' Marzu 2001

    li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni

    (notifikata bid-dokument numru K(2001) 735)

    (2001/412/Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 101, it-tieni paragrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/411/Euratom tat-8 ta' Marzu 2001, li tapprova l-konklużjoni tal-Kummissjoni, tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni [1],

    Billi:

    (1) Il-Kunsill adotta Deċiżjoni fit-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-Ħames Programm Kwadru tal-KEEA għal riċerka u attivitijiet ta' taħriġ (1998-2002) [2] li jinkludi l-azzjoni prinċipali ta' fużjoni termonukleari kontrollata,

    (2) Il-Kunsill bid-Deċiżjoni tal-25 ta' Jannar 1999 [3] adotta programm ta' riċerka u taħriġ fl-oqsma ta' l-enerġija nukleari (Euratom) għal perjodu minn 1998 sa 2002,

    IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' koperazzjoni bejn Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fl-oqsma ta' l-enerġija tal-fużjoni, riċerka u żvilupp hu hawnhekk konkluż għal u f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

    It-test tal-Ftehim hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-riċerka, jew rappreżentat nominat, hu awtorizzat li jiffirma l-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika b'effett vinkolanti għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 2001.

    Ghall-Kummissjoni

    Philippe Busquin

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] Ara paġna 78 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 26, ta' l-1.2.99, p. 34.

    [3] ĠU L 64, tat-12.3.99, p. 142.

    --------------------------------------------------

    Top