Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0332

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp

    ĠU L 118, 27.4.2001, p. 47–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/332/oj

    Related international agreement

    32001D0332



    Official Journal L 118 , 27/04/2001 P. 0047 - 0047


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' Frar 2001

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp

    (2001/332/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 181, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 177 tat-Trattat, il-politika tal-Kommunità fl-isfera tal-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp, għandha tieħu ħsieb l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni gradwali u bla xkiel tagħhom fl-ekonomija mondjali, u l-kampanja kontra l-povertà f'dawn il-pajjiżi.

    (2) Il-Kommunità għandha tapprova, fl-insegwiment ta' l-oġġettivi tagħha fl-isfera ta' relazzjonijiet esterni, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Kommunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Kommunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Kommunità.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 20 tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, assistita minn rappreżentanti tal-Pajjiżi Membri, għandha tirrappreżenta l-Kommunità fil-Kummissjoni Konġunta msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    A. Lindh

    [1] ĠU C 143, 21.05.99, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top