This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0084
Directive 2000/84/EC of the European Parliament and of the Council of 19 January 2001 on summer-time arrangements
Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf
Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf
ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 031 , 02/02/2001 P. 0021 - 0022
Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 fih imsemmi, Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) It-tmien Direttiva, 97/44/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 fuq arranġamenti [4] għall-ħin tas-sajf introduċiet data u ħin komuni fl-Istati Membri kollha, għall-bidu u t-tmiem tal-ħin tas-sajf fl-1998, 1999, 2000 u l-2001. (2) Ladarba l-Istati Membri japplikaw arranġamenti għall-ħin tas-sajf, hu importanti għall-funzjonament tas-suq intern li jkunu stabbiliti data u ħin komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tas-sajf fil-Komunità. (3) Peress li l-perjodu tas-Sajf ikkunsidrat l-iktar xieraq mill-Istati Membri hu bejn l-aħħar ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Ottubru, hu opportun li dak il-perjodu jinżamm. (4) Il-funzjonament xieraq ta’ ċerti setturi, mhux biss it-trasport u l-komunikazzjonijiet, imma wkoll setturi oħra ta’ l-industrija, jitlob ippjanar stabbli fuq perjodu twil ta’ żmien. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħin tas-sajf għal perjodu li mhux speċifikat. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/44/KE jipprevedi li, f’dak ir-rispett, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw, sa l-1 ta’ Jannar 2001, l-arranġamentli li għandhom japplikaw mill-2002 ’il quddiem. (5) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u akkuratezza ta’ l-informazzjoni, kull ħames snin għandu jiġi ppubblikat orarju għall-implimentazzjoni tal-ħinijiet tal-perjodu tas-sajf għall-ħames snin li jkunu ġejjin. (6) L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha, barra minn hekk, tkun ikkontrollata permezz ta’ rapport, li għandu jkun ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fuq l-impatt ta’ dawn id-disposizzjonijiet fl-oqsma kollha kkonċernati. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti sabiex ir-rapport ikun jista’ jiġi ppreżentat fiż-żmien speċifikat. (7) Ladarba l-armonizzazzjoni kompleta ta’ l-orarju għall-perjodu tas-sajf bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati t-trasport u l-komunikazzjonijiet ma tistax tintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. (8) Għal raġunijiet ġeografiċi, l-arranġamenti komuni għall-ħin tas-sajf ma għandhomx japplikaw għat-territorji ’l bogħod mix-xtut ta’ l-Istati Membri, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva "il-perjodu tas-sajf" għandu jfisser il-perjodu tas-sena li fih l-arloġġi huma mressqa ’l quddiem b’60 minuta mqabbla mal-bqija tas-sena. Artikolu 2 Mill-2002 ’il quddiem, il-perjodu tas-sajf għandu jibda, f’kull Stat Membru, fis-1.00 a.m., Greenwich Mean Time, fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu. Artikolu 3 Mill-2002 ’il quddiem, il-perjodu tas-sajf għandu jispiċċa, f’kull Stat Membru, fis-1.00 a.m., Greenwich Mean Time, fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [5], għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, li jkun fiha l-orarju li juri d-dati li fihom il-perjodu tas-sajf se jibda u jispiċċa għall-ħames snin li jkunu ġejjin. Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fuq l-impatt tad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fuq is-setturi kkonċernati l-iżjed tard sal-31 ta’ Diċembru 2007. Dak ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni minn kull Stat Membru l-iżjed tard sat-30 ta’ April 2007. Jekk ikun hemm bżonn u skond il-konklużjonijiet tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa. Artikolu 6 Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għat-territorji li qegħdin lil hinn mix-xtut ta’ l-Istati Membri. Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu ma’ din id-Direttiva l-iżjed tard sal-31 ta’ Diċembru 2001. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza. Artikolu 8 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fid-19 ta’ Jannar 2001. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President B. Ringholm [1] ĠU C 337, 28.11.00, pġ. 136. [2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta’ Novembru 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2000. [4] ĠU L 206, 01.08.97, pġ. 62. [5] ĠU C 35, tat-2.2.2001. --------------------------------------------------