This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0079
Council Directive 2000/79/EC of 27 November 2000 concerning the European Agreement on the Organisation of Working Time of Mobile Workers in Civil Aviation concluded by the Association of European Airlines (AEA), the European Transport Workers' Federation (ETF), the European Cockpit Association (ECA), the European Regions Airline Association (ERA) and the International Air Carrier Association (IACA) (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57–60
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32000L0079R(01) | (ES, SV) | |||
Corrected by | 32000L0079R(02) | (SV) |
Official Journal L 302 , 01/12/2000 P. 0057 - 0060
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 139(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) L-amministrazzjoni u l-ħaddiema, b'mod konformi ma' l-Artikolu 139(2) tat-Trattat, jitolbu flimkien li kull ftehim konkluż fuq livell Komunitarju jiġi implimentat b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. (2) Il-Kunsill adotta d-Direttiva 93/104/KE [1] dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħinijet tax-xogħol. L-Avjazzjoni Ċivili kienet wieħed mis-setturi u attivitajiet esklużi mill-għanijiet tad-Direttiva. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2000/34/KE li temenda d-Direttiva 93/104/KE sabiex ikopru s-setturi u l-attivitajiet li kienu esklużi. (3) Il-Kummissjoni, b'mod konformi ma' l-Artikolu 138(2) tat-Trattat, ikkonsultat ma' l-amministrazzjoni u mal-ħaddiema dwar id-direzzjoni li jista' jkollha l-azzjoni tal-Komunità fir-rigward tas-setturi u l-attivitajiet esklużi mid-Direttiva 93/104/KE. (4) Il-Kummissjoni, li kkunsidrat wara konsultazzjoni bħal din, li azzjoni Komunitarji kienet mixtieqa, ikkonsultat għal darba oħra ma' l-amministrazzjoni u mal-ħaddiema fuq livell tal-Komunità dwar is-sustanza tal-proposta maħsuba bi qbil ma' l-Artikolu 138(3) tat-Trattat. (5) L-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA) infurmaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jidħlu f'negozjati skond l-Artikolu 138(4) tat-Trattat. (6) L-organizzazzjonijiet imsemmija kkonkludew, fit-22 ta' Marzu 2000, Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħin ta' Xogħol tal-Persunal Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili. (7) Dan il-Ftehim fih talba konġunta lill-Kummissjoni biex timplimenta il-Ftehim b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 139(2) tat-Trattat. (8) Din id-Direttiva u dan il-Ftehim jistabbilixxu ħtiġiet iżjed speċifiċi fit-tifsira ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva 93/104/KE fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol ta' persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili. (9) L-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 93/104/KE jiddefinixxi ħaddiema mobbli bħala kwalunkwe ħaddiem impjegat bħala membru ta' persunal li jivjaġġa jew li jtir minn intrapriża li tħaddem servizzi ta' trasport bit-triq, bl-arju jew b'passaġġi interni fuq l-ilma għal passiġġiera jew għal oġġetti. (10) L-istrument addatt għall-implimentazzjoni tal-Ftehim huwa Direttiva fit-tifsira ta' l-Artikolu 249 tat-Trattat. (11) Minħabba n-natura integrata ħafna tas-settur ta' l-avjazzjoni ċivili u l-kondizzjonijet ta' kompetizzjoni li hemm fih, l-għanijiet ta' din id-Direttiva sabiex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisafaċjenti mill-Istati Membri u għalhekk hemm il-ħtieġa ta' azzjoni tal-Komunità skond il-prinċipju ta' sussidjarjità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Din id-Direttiva ma tmurx' l hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. (12) Fir-rigward tat-termini wżati fil-Ftehim, li mhumiex definiti b'mod speċifiku fih, id-Direttiva tħalli lill-Istati Membri ħielsa milli jiddefinixxu dawk it-termini b'mod konformi mal-liġi u l-prattika nazzjonali, kif fil-każ ta' Direttivi ta' politika soċjali oħra li jużaw l-istess termini, sakemm id-definizzjonijiet imsemmija jkunu konformi mal-Ftehim. (13) Il-Kummissjoni abbozzat proposta għal Direttiva, skond il-Komunikazzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1998 "Addattament u promozzjoni tad-djalogu soċjali fuq livell tal-Komunità", wara li kkunsidrat l-istat rapreżentattiv tal-partijiet firmatarji u l-legalità ta' kull klawsola tal-Ftehim. Il-partijiet firmatarji flimkien għandhom stat rappreżentattiv biżżejjed għal persunal li jtir impjegat ma' intrapriża li tħaddem servizzi ta' trasport għal passiġiera jew oġġetti fl-avjazzjoni ċivili. (14) Il-Kummissjoni abbozzat proposta għal Direttiva b'konformità ma' l-Artikolu 137(2) tat-Trattat li tgħid li d-direttivi fl-ambjent politiku soċjali "għandhom jevitaw li jimponu limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji jew legali b'mod li jistgħu jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi ta' daqs medju u żgħar". (15) Din id-Direttiva u dan il-Ftehim jistabbilixxu l-istandardsminimi. L-Istati Membri u/jew l-amministrazzjoni u l-ħaddiema jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jkunu iżjed favorevoli. (16) L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandiex isservi biex tiġġustifika kwalunkwe rigressjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni li diġà teżisti llum f'kull Stat Membru. (17) Il-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni billi bagħtitilhom it-test tal-proposta tagħha għad-Direttiva li tinkorpora l-Ftehim. (18) Il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni fuq il-ftehim ta' l-istruttura ta' l-imsieħba soċjali fit-3 ta' Ottubru 2000. (19) L-implimentazzjoni tal-Ftehim jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet taħt l-Artikolu 136a tat-Trattat, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili konkluża fit-22 ta' Marzu 2000 bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-amministrazzjoni u lill-ħaddiema fis-settur ta' l-avjazzjoni ċivili: l-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA). It-test tal-Ftehim jidher fl-Anness. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iżjed favorevoli minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. 2. L-implimentazzjoni tad-Direttiva taħt ebda ċirkustanza m'għandha tiġġustifika t-tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti b'din id-Direttiva. Din għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijet ta' l-Istati Membri u/jew ta' l-amministrazzjoni u tal-ħaddiema għal li jistabbilixxu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jinbidlu, arranġamenti leġislattivi, regolatorji jew kuntratwali differenti għal dawk li jkunu fis-seħħ meta tiġi adottata din id-Direttiva, dejjem sakemm ikun hemm konformità mal-ħtiġijiet minimi stabbiliti f'din id-Direttiva. L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Diċembru 2003 jew għandhom jiżguraw li, l-aktar tard sa dik id-data, l-amministrazzjoni u l-ħaddiema jkunu introduċew il-miżuri meġtieġa bil-ftehim. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex, ikunu jistgħu fi kull ħin, ikunu fil-pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva. Għandhom jinfomaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'riferenza bħal din fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 2000. Għall-Kunsill Il-President É. Guigou [1] ĠU L 307, tat-13.12.1993, p. 18. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE (ĠU L 195, ta' l-1.8.2000, p. 41). -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħin ta' Xogħol ta' Persunal Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA) Wara li kkunsidraw t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 138 u 139 fih, Wara li kkunsidraw li l-Artikolu 139(2) tat-Trattat jipprovdi li l-ftehim konklużi fuq livell Ewropew jistgħu jiġu implimentati b'talba konġunta tal-partijiet firmatarji b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw li l-partijiet firmatarji b'dan il-mezz qegħdin jagħmlu talba bħal din, Wara li kkunsidraw li l-partijiet firmatarji jqisu li d-dispożizzjonijiet ta' din il-Ftehim huma "ħtiġiet iżjed speċifiċi" fit-tifsira ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, u li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva m'għandhomx jgħoddu, IL-PARTIJIET FIRMATARJI FTEHMU FUQ DAK LI ĠEJ: Il-Klawsola 1 1. Il-Ftehim jgħodd għall-ħinijet ta' xogħol tal-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili. 2. Jistabbilixxi ħtiġiet iżjed speċifiċi fit-tifsira ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol ta' persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili. Il-Klawsola 2 1. "Ħin ta' xogħol" tfisser kull perjodu li fih il-ħaddiem ikun qiegħed jaħdem, għad-dispożizzjoni ta' dak li jħaddem u jkun qiegħed iwettaq l-attività u d-dmirijiet tiegħu, b'mod konformi mal-liġijiet u l-prattika nazzjonali. 2. "Il-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili" jfisser membri ta' l-ekwipaġġfuq inġenji ta' l-ajru ċivili, impjegati ma' intrapriża stabbilita fi Stat Membru. 3. "Ħin block ta' titjir" ifisser il-ħin minn meta l-inġenju ta' l-ajru jitlaq mill-post tal-parkeġġtiegħu għat-take-off sakemm jieqaf fil-pożizzjoni ta' parkeġġ tiegħu u sakemm jieqfu l-magni kollha. Il-Klawsola 3 1. Il-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili huwa intitolat għal mill-inqas erba' ġimgħat ta' leave bi ħlas, skond il-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u għoti ta', leave bħal dan stabbilit permezz ta' leġislazzjoni u/jew prattika nazzjonali. 2. Il-perjodu minimu ta' leave annwali bi ħlas ma jistax jiġi sostitwit b'allowance in lieu, għajr meta r-relazzjoni ta' l-impjieg tispiċċa. Il-Klawsola 4 1. (a) Il-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili huwa intitolat għal eżami tas-saħħa bla ħlas qabel jiġi mogħti l-kariga u minn hemm 'il quddiem f'intervalli regolari. (b) Il-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili li jsoffri minn problemi ta' saħħa rikonoxxuti bħala li jkunu relatati mal-fatt li dan jaħdem bil-lejl, għandu jiġi trasferit meta jkun possibli għal xogħol mobbli jew mhux mobbli matul il-ġurnata li jkun jista' jagħmel. 2. L-eżami tas-saħħa bla ħlas li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1(a) għandu jikkonforma mal-prinċipju ta' konfidenzjalità medika. 3. L-eżami tas-saħħa bla ħlas li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1(a) jista' jsir fi ħdan is-sistema tas-saħħa nazzjonali. Il-Klawsola 5 1. Il-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili għandu jkollu protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa addattata għan-natura tax-xogħol tiegħu. 2. Għandu jkun hemm protezzjoni adekwata u servizzi jew faċilitajiet ta' prevenzjoni għas-sigurtà u għas-saħħa tal-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili f'kull ħin. Il-Klawsola 6 Għandhom jittieħdu il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li wieħed li jħaddem, li jkollu l-intenzjoni li jorganizza xogħol fuq ċertu mudell, iqis il-prinċipju ġenerali li jaddatta ix-xogħol għall-ħaddiem. Il-Klawsola 7 L-informazzjoni li tikkonċerna mudelli speċifiċi ta' xogħol ta' persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili għandha tingħata lil awtoritajiet kompetenti, jekk dawn jitolbu għaliha. Il-Klawsola 8 1. Il-ħin ta' xogħol għandu jitħares mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġislazzjoni futura tal-Komunità fuq il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' xogħol u ħtiġiet ta' mistrieħ u flimkien mal-leġislazzjoni nazzjonali fuq dan is-suġġett li għandhom jiġu kkunsidrati fi kwalunkwe kwistjoni relatata. 2. Il-ħin massimu annwali ta' xogħol, li jinkludi xi elementi ta' standby għall-għoti ta' xogħol kif stabbilit bil-liġi applikabbli, għandu jkun ta' 2000 siegħa li fih il-ħin ta' titjir għandu jkun illimitat għal 900 siegħa. 3. L-ħin massimu annwali ta' xogħol għandu jitqassam bl-aktar mod ekwu possibbli matul is-sena. Il-Klawsola 9 Mingħajr preġudizzju għal klawsola 3, il-persunal mobbli fl-avjazzjoni ċivili għandu jingħata ġranet mingħajr xogħol u mingħajr standby, li jiġu nnotifikati minn qabel, kif segwit: (a) mill-inqas sebat ijem f'kull xahar kalendarju, li jistgħu jinkludu perjodi ta' mistrieħ mitluba mil-liġi; u (a) mill-inqas 96 ġurnata lokali f'kull sena kalendarja, li jistgħu jinkludu perjodi ta' mistrieħ mitluba mil-liġi; u Il-Klawsola 10 Il-partijiet għandhom jirrevedu d-dispożizzjonijiet ta' fuq sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill li ddaħħal fis-seħħ lil dan il-Ftehim. Brussel, 22 ta' Marzu 2000. L-Assoċazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA) Karl-Heinz Neumeister , is-Segretarju Ġenerali Manfred Merz , il-Viċi President tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Soċjali ta' l-AEA, il-President tal-Grupp Negozjatur Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) Brenda O'Brien , l-Assistant Segretarju Ġenerali Betty Lecouturier , il-President, Kumitat ta' l-Ekwipaġġ ta' Inġenji ta' l-Ajru Bent Gehlsen , Membru tal-Grupp Negozjatur, Kumitat ta' l-Ekwipaġġ ta' Inġenji ta' l-Ajru L-Assoċazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA) Captain Francesco Gentile , il-President Captain Bill Archer , il-Viċi President Giancarlo Crivellaro , is-Segretarju Ġenerali L-Assoċazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġonali (ERA) Mike Ambrose , id-Direttur Ġenerali L-Assoċazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) Marc Frisque , id-Direttur Ġenerali Allan Brown , id-Direttur, Affarijiet Aeropolitiċi u Industrijali --------------------------------------------------