This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D2298
Decision No 2298/2000/EC of the European Parliament and of the Council of 28 September 2000 amending Council Decision 96/411/EC on improving Community agricultural statistics (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni Nru 2298/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 Settembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 96/411/KE dwar it-titjib fl-istatistiċi ta’l-agrikoltura tal-KomunitàTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni Nru 2298/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 Settembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 96/411/KE dwar it-titjib fl-istatistiċi ta’l-agrikoltura tal-KomunitàTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 263, 18.10.2000, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31996D0411 | abolizzjoni | artikolu 4.2 | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Żieda | artikolu 11 BIS. | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Żieda | artikolu 6.4 | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Sostituzzjoni | artikolu 2. A | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Emenda | artikolu 11 | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Sostituzzjoni | artikolu 6.3 | 21/10/2000 | |
Modifies | 31996D0411 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 21/10/2000 |
Official Journal L 263 , 18/10/2000 P. 0001 - 0002
Id-Deċiżjoni Nru 2298/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 Settembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 96/411/KE dwar it-titjib fl-istatistiċi ta’l-agrikoltura tal-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285 tagħha, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/411/KE tal-25 Ġunju 1996 dwar it-titjib fl-istatistiċi ta’l-agrikoltura tal-Komunità [3], hija mfassla sabiex tippermetti li dawk l-istatistiċi jirrispondu b’mod aktar sodisfaċenti għall-ħtiġiet ta’l-informazzjoni li joħorġu mir-riforma tal-politika agrikola komuni. (2) Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 96/411/KE jagħmel stima pożittiva dwar l-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. (3) Il-proċess ta’l-adattament ta’ sistemi nazzjonali ta’l-istatistika għall-ħtiġiet li joħorġu mir-riforma tal-politika agrikola komuni għadu ma tlestiex. (4) Kemm l-iżvilupp intern tal-politika agrikola komuni kif ukoll il-kuntest estern tat-tkabbir lejn il-Lvant, u l-ftuħ ta’ serje ġdida ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ, jitolbu identifikazzjoni aħjar tal-ħtiġiet ta’l-istatistika u, fejn ikun xieraq, għal miżuri sabiex jitlesta l-qafas regolatorju preżenti li jistabbilixxi l-iskop ta’l-informazzjoni ta’l-istatistika dwar il-politika agrikola komuni li l-Istati Membri huma obbligati li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/126/KE tat-22 Diċembru 1998 dwar il-programm ta’l-istatistika tal-Komunità 1998 sa 2002 [4] tirrakkomanda kontinwazzjoni ta’l-azzjonijiet biex jiġu mtejba l-istatistiċi agrikoli eżistenti u jiġu ppjanati żviluppi għall-futur bil-għan li jkun hemm reazzjoni b’mod aktar sodisfaċenti għall-ħtiġiet tal-politika agrikola komuni. (6) Il-validità tad-Deċiżjoni 96/411/KE teħtieġ li tiġi mġedda. (7) Ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 96/411/KE jeħtieġ li jiġu emendati fid-dawl ta’l-esperjenza, sabiex, inter alia, tiġi simplifikata l-implimentazzjoni tagħhom. (8) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [5], għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura ta’ kull sena tal-budget. (9) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 96/411/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6]. (10) L-istudji li għaddejjin dwar il-fattibilità għandhom jitkomplew sabiex jiġi deċiż jekk huwiex teknikament possibbli li jitwaqqaf database dwar l-għajnuna mħallsa mill-FAEGG (Taqsima tal-Garanziji) u x’riżorsi jkunu meħtieġa biex dan isir, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 96/411/KE qiegħda b’dan tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 2(a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "(a) jiddefinixxi l-oqsma prijoritarji ta’l-istatistika, fost dawk elenkati fl-Anness II, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjonijiet fil-livell ta’ Stat Membru għas-sena ta’ wara;" 2. L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L- Artikolu 3 Il-perjodu ta’ żmien u l-proċedura ta’l-applikazzjoni Il-proċess ta’l-adattament ta’l-istatistiċi dwar l-agrikoltura Komunitarja prevista fl-Artikolu 1 għandu jitkompla matul il-perjodu mill-2000 sa l-2002. Dan għandu jiġi koordinat mill-Kummissjoni permezz ta’ pjani ta’ azzjonijiet tekniċi kif previst fl-Artikolu 4. Wara dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-proċess skond il-proposti mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 11." 3. L-Artikolu 4(2) għandu jitħassar. 4. L-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L- Artikolu 5 Ir-rapporti ta’l-Istati Membri L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni: (a) sa mhux aktar tard mill-31 Mejju ta’ kull sena, komunikazzjoni li turi l-intenzjoni tagħhom, jekk ikollhom, li jipparteċipaw f’azzjonijiet ta’ prijorità għas-sena ta’ wara, akkompanjata minn sommarju tal-pjani għall-implimentazzjoni u l-istima ta’l-ispejjeż; (b) wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan tekniku ta’ azzjoni, pjan ta’ xogħol għal kull azzjoni li tinteressa lilhom; (ċ) wara li titlesta kull azzjoni, rapport qasir dwar l-implimentazzjoni ta’l-azzjoni li fiha jkunu ħadu sehem. Id-dokumenti li għandhom jintbagħtu skond il-punti (a), (b) u (ċ) għandhom ikopru l-emendi ppjanati għall-metodoloġija ta’l-implimentazzjoni, xogħol li għandu jsir, diffikultajiet identifikati u proposti biex dawn jintgħelbu, ir-riżorsi nazzjonali u Komunitarji li għandhom jiġu mobilizzati u proposti għal titjib fil-livell Komunitarju. Azzjonijiet li għalihom l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità jkun meħtieġ għandhom jiġu identifikati bħala tali. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tħejji formoli standard simplifikati sabiex tiffaċilita l-preżentazzjoni ta’l-informazzjoni fuq imsemmija." 5. L-Artikolu 6 qiegħed jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "3. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas lill-Istati Membri f’zewġ pagamenti, l-ewwel wieħed, ekwivalenti għal 30 % ta’ sehem il-Komunità mill-ispiża ta’l-azzjoni, għandu jitħallas bħala ħlas bil-quddiem, wara notifika lil u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ xogħol għall-azzjoni in kwistjoni. Il-bilanċ għandu jitħallas ladarba r-rapport dwar l-implimentazzjoni ta’l-azzjoni mill-Istati Membri jkun ġie ppreżentat lil u approvat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull verifika fuq il-post li jidhrilha neċessarja b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’l-Istati Membri." (b) Il-paragrafu għandu jiġi miżjud: "4. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm għall-perjodu mill-2000 sa l-2002 qiegħed b’dan jiġi stabbilit għal EUR 3 miljuni. L-approprjazzjonijiet ta’ kull sena għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja." 6. L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L- Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistiċi ta’l-Agrikoltura, minn issa ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’. 2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit bħala tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal- proċedura tiegħu." 7. Fl-Artikolu 11, "1999" għandha tiġi sostitwita b’ "2002"; 8. Dan l-Artikolu għandu jidħol fid-Deċiżjoni: "L- Artikolu 11a Database ta’ ħlasijiet mill-FAEGG (Taqsima tal-Garanziji) Il-Kummissjoni għandha tkompli l-istudji dwar il-fattibilità li għaddejjin sabiex tistabbilixxi l-possibilt_ teknika li jitwaqqaf database fir-rigward ta’ ħlasijiet magħmula mill-FAEGG (Taqsima tal-Garanziji) li tkun tinkludi b’mod partikolari, fil-livell ta’ kull benefiċjarju, data dwar il-livell ta’ għajnuna miksuba, iż-żoni u l-għadd ta’ annimali involuti, u l-aktar sistema tal-kompjuter adattata għall-ipproċessar ta’ dik id-data. Mhux aktar tard mill-31 Diċembru 2001, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dawn il-feasibility studies, u dwar ir-riżorsi (tekniċi, finanzjarji u umani) li jkunu meħtieġa sabiex jiġi implimentat id-database u tiġi pproċessata d-data statistikament." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Meħuda fi Brussel, 28 Settembru 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President P. Moscovici [1] ĠU C 307 E, tas-26.10.1999, p. 29. [2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 Diċembru 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 Mejju 2000 (ĠU C 240, tat-23.8.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 Settembru 2000. [3] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 14. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/514/KE (ĠU L 230, tat-18.8.1998, p. 28). [4] ĠU L 42, tas-16.2.1999, p. 1. [5] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. --------------------------------------------------