Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0822

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 Diċembru 2000 fuq il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u emendi għall-Protokolli ta' l-Agrikultura fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE/Tuneżija

    ĠU L 336, 30.12.2000, p. 92–92 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/822/oj

    Related international agreement

    32000D0822



    Official Journal L 336 , 30/12/2000 P. 0092 - 0092


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-22 Diċembru 2000

    fuq il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u emendi għall-Protokolli ta' l-Agrikultura fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE/Tuneżija

    (2000/822/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea partikolarment l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 16 tal-Ftehim Ewro-Mediterran jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tunesija, fuq l-oħra [1], li ilu fis-seħħ mill-1 ta' Marzu 1998, jgħid li l-Komunità u t-Tuneżija għandhom gradwalment jilliberalizzaw il-kummerċ reċiproku tagħhom fil-prodotti ta' l-agrikoltura u tas-sajd.

    (2) L-Artikolu 18 tal-Ftehim Ewro-Mediterran jipprovdi li mill-1 ta' Jannar 2000 il-Komunità u r-Repubblika tat-Tuneżija għandhom jivvalutaw is-sitwazzjoni biex jistabbilixxu l-miżuri ta' liberalizzazzjoni li għandhom ikunu applikati miż-żewġ Partijiet Kontraenti b'effett mill-1 ta' Jannar 2001.

    (3) Il-Komunità u r-Repubblika tat-Tuneżija ftehmu li jemendaw il-Protokolli Nru 1 u 3 tal-Ftehim permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri. Dan il-Ftehim għandu jkun approvat.

    (4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adattati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [2],

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u emendi għall-Protokolli ta' l-Agrikultura fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE/Tuneżija huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq f'ċereali [3] jew, fejn xieraq, minn kumitati stabbiliti bid-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' regolamenti oħra fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq jew mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [4].

    2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex torbot il-Komunità.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. Voynet

    [1] ĠU L 97, tat-30.3.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

    [3] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 37).

    [4] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top