Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0463

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2000 li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tad-dossier sottomess għal eżaminazzjoni dettaljata bil-intenzjoni tad-dħul possibbli ta’ l-MKH 65 61 (propoxycarbazone-sodju) fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirigwarda l-kummerċ ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (notifikata bin-numru tad-dokument C(2000) 2006)

    ĠU L 183, 22.7.2000, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/463/oj

    32000D0463



    Official Journal L 183 , 22/07/2000 P. 0021 - 0022


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-17 ta’ Lulju 2000

    li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tad-dossier sottomess għal eżaminazzjoni dettaljata bil-intenzjoni tad-dħul possibbli ta’ l-MKH 65 61 (propoxycarbazone-sodju) fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirigwarda l-kummerċ ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (notifikata bin-numru tad-dokument C(2000) 2006)

    (2000/463/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda l-kummerċ ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ’l quddiem imsejħa "id-Direttiva") tipprovdi għall bini ta’ lista Komunitarja dwar is-sustanzi attivi awtorizzati sabiex jintużaw bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2) Bayer AG issottomettiet dossier dwar is-sustanza attiva MKH 65 61 (propoxycarbazone-sodju) lill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-25 ta’ Jannar 2000.

    (3) L-awtoritajiet imsemmija għarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-eżaminazzjoni tal-bidu dwar id-dossier sabiex jiġi żgurat illi jipprovdi t-tagħrif kollu preskrit fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed li fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III ta’ mad-Direttiva. Sussegwentement, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6(2), l-applikant issottometta d-dossier lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

    (4) Id-dossier dwar il-MKH 65 61 (propoxycarbazone-sodju) kien riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fl-10 ta’ Marzu 2000.

    (5) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jirrikjedi konferma uffiċjali fil-livell tal-Komunità illi kull dossier iwettaq il-ħtieġijiet dwar it-tagħrif preskritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti ikun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III ta’ mad-Direttiva.

    (6) Din il-konferma hija meħtieġa sabiex tippermetti l-eżaminazzjoni dettaljata tad-dossier u sabiex tippermetti lill-Istati Membri jikkonċedu awtorizzazjoni proviżorja filwaqt li jitħarsu l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva u, partikolarment, il-kondizzjoni li tirrigwarda l-eżaminazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġijiet preskritti mid-Direttiva.

    (7) Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax li jistgħu jintalbu iktar fatti magħrufa jew tagħrif mingħand l-applikant sabiex jiġu ċċarati ċerti punti fid-dossier. It-talba mill-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur għas-sottomissjoni ta’ iktar fatti magħrufa meħtieġa sabiex jiġi ċċarat id-dossier ma għandhiex taffettwa l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tar-rapport msemmi fl-inċiż 9.

    (8) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu illi l-Ġermanja għandha twettaq l-eżaminazzjoni dettaljata tad-dossier dwar il-MKH 65 61 (propoxycarbazone-sodju).

    (9) Il-Ġermanja għandha tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjonijiet tagħhom akkumpanjati b’kull rakkommandazzjoni dwar id-dħul jew it-tħollija barra u b’kull kondizzjoni li għandha x’taqsa magħhom malajr kemm jista’ jkun u l-iktar tard f’perjodu taż-żmien ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    (10) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dokument li ġej jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġijiet dwar it-tagħrif preskritti fl-Anness II u, li għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III tad-Direttiva filwaqt li jitqiesu l-użi maħsuba:

    id-dossier sottomess mill-Bayer AG lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiddaħħal il-MKH 65 61 (propoxycarbazone- sodju) bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ tad-Direttiva 91/414/KEE u li ġie riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fl-10 ta’ Marzu 2000.

    Artikolu 2

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28.

    --------------------------------------------------

    Top