This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0102
Commission Directive 1999/102/EC of 15 December 1999 adapting to technical progress Council Directive 70/220/EEC relating to measures to be taken against air pollution by emissions from motor vehicles (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/102/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE li tirrigwarda miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/102/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE li tirrigwarda miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza ŻEE)
ĠU L 334, 28.12.1999, p. 43–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31970L0220 | Emenda | anness 1 | 31/12/1999 | |
Modifies | 31970L0220 | Tlestija | anness 10 | 31/12/1999 | |
Modifies | 31970L0220 | Tlestija | anness 11 | 31/12/1999 | |
Modifies | 31970L0220 | Emenda | anness 6 | 31/12/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32007R0715 |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/102/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE li tirrigwarda miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza ŻEE)
Official Journal L 334 , 28/12/1999 P. 0043 - 0050
CS.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
ET.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
HU.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
LT.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
LV.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
MT.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
PL.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
SK.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
SL.ES Chapter 13 Volume 24 P. 218 - 225
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/102/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE li tirrigwarda miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza ŻEE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva 70/220/KEE hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4]. (2) Id-Direttiva 70/220/KEE tippreskrivi l-ispeċifikazzjonijiet għall-ittestjar ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur li jaqgħu fi ħdan il-għan tagħha. Fid-dawl ta' l-esperjenza reċenti miksuba u l-iżvilupp mgħaġġel ta' sistemi djanjostiċi abbord (OBD) ta' l-iprem kwalità, huwa xieraq li wieħed jadotta dawn l-ispeċifikazzjonijiet skond il-ħtieġa b'effett mid-dati speċifikati fid-Direttiva 98/69/KE. (3) Jeħtieġ li jiċċaraw ruħhom id-dati ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' l-OBD ta' din id-Direttiva għal tipi ġodda u kull tip ta' vettura tal-kategorija M1 attrezzati b'magni compression-ignition u li l-massa massima tagħhom taqbeż l-2500 kg u għal vetturi fil-kategorija N1 klassijiet II u III. (4) Huwa xieraq li jiċċaraw ruħhom ir-rekwiżiti OBD fir-rigward ta' prevenzjoni ta' tbagħbis, l-inabilitazzjoni tal-monitoraġġ ta' magna li tkun qed taħdem ħażin matul ċerti kondizzjonijiet ta' tħaddim, iż-żamma ta' distanza magħmula mill-vettura filwaqt li xi difett jintwera lis-sewwieq permezz ta' indikatur tad-difett, il-ħila tas-sistema OBD li twettaq kontroll loġiku bi-direzzjonali, l-użu tas-settijiet ta' ISO 15031-6 ta' kodiċi ta' difetti P1 u P0, il-konnettur djanjostiku u li tfisser il-limiti ta' OBD sa żewġ punti deċimali. Huwa xieraq li jkunu introdotti dispożizzjonijiet riveduti għal monitoraġġ tal-misfire taħt kondizzjonijiet li x'aktarx iġibu ħsara fil-katalist biex titnaqqas il-possibbilità ta' xi indikazzjonijet foloz ta' xi difetti u biex iddaħħal il-possibilità ta' monitoraġġ parzjali ta' volum ta' katalist u l-użu tar-rabta ta' komunikazzjoni intensifikata minn ġewwa għal barra l-vettura minn-network tal-kontrullur taż-żona (CAN). (5) Huwa xieraq li titħalla l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'sistemi ta' OBD li jkun fihom numru limitat ta' nuqqasijiet żgħar li jistgħu jinqalgħu matul, jew qabel il-ħin ta' l-approvazzjoni tat-tip jew li jinstabu meta l-vetturi huma diġa fl-użu. L-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip tista' wkoll toħroġ tiġdid taċ-ċertifikazzjoni ta' approvazzjoni tat-tip għal vetturi li diġa ġew approvati għat-tip f'każijiet fejn in-nuqqasijiet jinstabu aktar tard fi ħdan is-sistema OBD fuq vetturi fl-użu. Tiġdid bħal dan ma jistax jinħareġ jekk hemm nuqqas sħiħ ta' ħila ta' monitoraġġ. Għandu jiġi speċifikat perijodu li fih xi nuqqasijiet awtorizzati mill-awtorità għandhom jitranġaw fuq vetturi prodotti fil-ġejjieni. (6) Il-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Annessi I, VI, X u XI tad-Direttiva 70/220/KEE huma hawn emendati b'mod konformi ma' l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni ta' dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma' referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tibda sseħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1. [2] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 1. [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [4] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25. -------------------------------------------------- ANNESS EMENDI GĦALL-ANNESSI I, VI, X U XI TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE A. Anness I huwa emendat kif ġej: 1. Is-Sezzjoni 5.1.4.1 hija mibdula b'dan li ġej: "5.1.4.1. Kull vettura b'kompjuter ta' kontroll ta' emissjoni għandha jkollha karatteristiċi li jiskoraġġixxu tibdil, ħlief dak awtorizzat mill-fabbrikant. Il-fabbrikant għandu jawtorizza tibdil jekk dan it-tibdil ikun meħtieġ għad-djanjosi, s-servis, l-ispezzjoni, xi twaħħil ta' wara jew tiswijja tal-vettura. Kull kodiċi riprogrammabbli tal-kompjuter jew parametru ta' tħaddim għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jiflaħ livell ta' protezzjoni tajjeb ta' l-inqas daqs id-dispożizzjonijiet f'ISO DIS 15031-7; datat Ottubru 1998 (SAE J2186 datat Ottubru 1996) iżda l-iskambju ta' sigurtà għandu jsir bl-użu tal-Protokoll u l-konnekter djanjostiku kif hemm preskritt fis-Sezzjoni 6.5 ta' Anness XI, Appendiċi I. Kull ċippa kalibrata ta' memorja li tinqala għandha tiġi potted, magħluqa f'kontenitur issiġillat jew protett minn algoritmi elettroniċi u m'għandiex tkun tista' tinbidel mingħajr l-użu ta' għodda u proċeduri speċjalizzati." 2. Is-Sezzjoni 5.1.4.5 hija mibdula b'dan li ġej: "5.1.4.5. Fabbrikant li juża sistemi ta' kodiċi programmabbli ta' kompjuter (p.eż. memorja elettronika read-only programmabbli u li tista’ titħassar, EEPROM) għandu jiskoraġġixxi r-riprogrammar mhux awtorizzat. Il-fabbrikant għandu jinkludi strateġiji għolja ta' protezzjoni kontra t-tbagħbis u karatterisitiċi write protect li jeħtieġu aċċess elettroniku f'komputer off site miżmum mill-fabbrikant. Il-metodi li jagħtu livell xieraq ta' protezzjoni kontra t-tbagħbis jiġu approvati mill-awtorità." 3. Is-Sezzjonijiet 8.1, 8.2, 8.3 u 8.4 huma mibdula b'dan li ġej: "8.1. Vetturi b'magni positive ignition B'effett mill-1 ta' Jannar 2000 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2001 għat-tipi kollha, il-vetturi tal-kategorija M1, ħlief vetturi li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, u l-vetturi tal-kategorija N1 klassi I, għandhom jkollhom fuqhom sistema (OBD) għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond Anness XI. B'effett mill-1 ta' Jannar 2001 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2002 għat-tipi kollha, il-vetturi tal-kategorija N1 klassijiet II u III u l-vetturi tal-kategorija M1, li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, għandhom ikollhom fuqhom sistema OBD għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond Anness XI. 8.2. Vetturi b'magni positive ignition Vetturi ta' kategorija M1, ħlief - vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt persuni inkluż is-sewwieq, - vetturi li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, mill-1 ta' Jannar 2003 għal tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2004 għat-tipi kollha, għandhom ikunu attrezzati b'sistema djanjostika abbord (OBD) għall-kontroll ta' l-emissjoni skond Anness XI. Fejn tipi ġodda ta' vetturi b'magna compression ignition deħlin fis-servizz qabel din id-data huma attrezzati b'sistema OBD, id-dispożizzjonijiet tas-sezzjonijiet 6.5.3 sa 6.5.3.6 ta' Anness XI, Appendiċi I, huma applikabbli. 8.3. Vetturi b'magni compression ignition eżenti minn Sezzjoni 8.2 B'effett mill-1 ta' Jannar 2005 għal tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2006 għat-tipi kollha, l-vetturi tal-kategorija M1 eżenti mis-Sezzjoni 8.2, hlief vetturi ta' kategorija M1 attrezzati b'magni compression ignition u li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, u l-vetturi fil-kategorija N1 klassi I attrezzati b'magni compression ignition, għandhom jkollhom fuqhom sistema (OBD) għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond Anness XI. B'effett mill-1 ta' Jannar 2006 għal tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2007 għat-tipi kollha, il-vetturi fil-kategorija N1, klassijiet II u III attrezzati b'magni compression ignition u vetturi ta' kategorija M1 attrezzati b'magni compression ignition u li l-massa massima tagħhom taqbeż 2500 kg, għandhom ikollhom fuqhom sistemi (OBD) għall-kontroll ta' l-emissjonijiet skond Anness XI. Fejn tipi ġodda ta' vetturi b'magna b’compression-ignition deħlin fis-servizz qabel id-dati murija f'din is-sezzjoni huma attrezzati b'sistema OBD, id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjonijiet 6.5.3 sa 6.5.3.6 ta' Anness XI, Appendiċi I, huma applikabbli. 8.4. Vetturi ta' kategoriji oħra Vetturi ta' kategoriji oħra jew vetturi tal-kategorija M1 u N1 mhux koperti minn 8.1, 8.2 jew 8.3, jistgħu jiġu attrezzati b'sistema OBD. F'dan il-każ, is-Sezzjonijiet 6.5.3 sa 6.5.3.6 ta' Anness XI, Appendiċi 1 huma applikabbli." B. F'Anness VI, it-tabella fl-Appendiċi 2 bit-titolu "Profil tat-temperatura ambjentali matul il-jum għall-kalibratura ta' l-għeluq u t-test ta' emissjoni matul il-jum" hija mibdula b'dan li ġej: "Profil tat-temperatura ambjentali matul il-jum għall-kalibratura ta' l-għeluq u t-test ta' emissjoni matul il-jum Ħin (siegħat) | Temperatura (°C) | Calibration | Test | 13 | 0/24 | 20 | 14 | 1 | 20,2 | 15 | 2 | 20,5 | 16 | 3 | 21,2 | 17 | 4 | 23,1 | 18 | 5 | 25,1 | 19 | 6 | 27,2 | 20 | 7 | 29,8 | 21 | 8 | 31,8 | 22 | 9 | 33,3 | 23 | 10 | 34,4 | 24/0 | 11 | 35 | 1 | 12 | 34,7 | 2 | 13 | 33,8 | 3 | 14 | 32 | 4 | 15 | 30 | 5 | 16 | 28,4 | 6 | 17 | 26,9 | 7 | 18 | 25,2 | 8 | 19 | 24 | 9 | 20 | 23 | 10 | 21 | 22 | 11 | 22 | 20,8 | 12 | 23 | 20,2" | Ċ. Anness X huwa emendat kif ġej: 1. It-tabella f'Sezzjoni 1.8 hija mibdula b'dan li ġej: +++++ TIFF +++++ 2. Sezzjonijiet 1.8.1 sa 1.8.5 huma rinumerati bħala 1.8.2 sa 1.8.6. 3. In-nota f'qiegħ paġna 4 fis-Sezzjonijiet 1.8.3.1 sa 1.8.3.4 hija rinumerata bħan-nota f'qiegħ paġna 3. In-nota f'qiegħ paġna 5 fis-Sezzjonijiet 1.8.3.5 sa 1.8.3.8 hija rinumerata bħan-nota f'qiegħ paġna 2. In-noti f'qiegħ pagni 4 u 5 jitħassru. D. Anness XI huwa emendat kif ġej: 1. Fil-verżjoni ingliża, s- Sezzjoni 2.19 tiżdid kif ġej: "2.19. "Tagħrif ta' tiswija" tfisser it-tagħrif kollu meħtieġ għal djanjosi, servis, ispezzjoni, monitoraġġ perjodiku jew tiswija tal-vettura u li l-fabbrikanti jipprovdu lill-aġenti awtorizzati/ħwienet tat-tiswija. Fejn jinħtieġ, tagħrif bħal dan għandu jinkludi kotba tas-servis, manwali tekniċi, tagħrif djanjostiku (p.eż. il-valuri minimi u massimi teoretiċi għal kejl), djagrammi tal-wajers, in-numru ta' identifikazzjoni ta' kalibratura tas-software applikabbli għal xi tip ta' vettura, istruzzjonijiet f'każijiet individwali u speċjali, tagħrif ipprovdut li jirrigwarda għodda u attrezzatura, tagħrif ta' rikordjar ta' data u data tat-testijiet u monitoraġġ bi-direzzjonali. Il-fabbrikant m'għandux ikun obbligat jagħmel disponibbli t-tagħrif kopert minn drittijiet ta' propjetà intellettwali jew li jikkostitwixxi xi għerf f'operat speċifiku tal-fabbrikant u/jew il-fornituri OEM; f'dan il-każ it-tagħrif tekniku meħtieġ m'għandux jinżamm b'mod mhux xieraq." 2. Dan il-paragrafu jirrigwarda biss il-verżjoni Portugiża. 3. Tiżdied is-sezzjoni 2.20 kif ġej: "2.20 "Nuqqas" ifisser, fir-rigward ta' sistemi OBD ta' vettura, li sa żewġ komponenti separati jew sistemi li jkunu monitorjati għandhom karatteristiċi temporanji jew permanenti ta' tħaddim li jfixklu l-monitoraġġ OBD normalment effiċjenti ta' dawk il-komponenti jew sistemi jew li ma jħarsux il-kumplament tar-rekwiżiti dettaljati għad-OBD. Il-vetturi jistgħu jiġu approvati għat-tip, reġistrati u mibjugħa b'nuqqasijiet bħal dawn skond ir-rekwiżiti tas-Sezzjoni 4 ta' dan l-Anness." 4. Is-Sezzjoni 3.1.1 hija mibdula b'dan li ġej: "3.1.1. L-aċċess fis-sistema OBD meħtieġ għall-ispezzjoni, djanjosi, servis jew tiswija tal-vettura għandu jkun mingħajr xkiel u standardizzat. Il-kodiċi tan-nuqqasijiet marbuta ma' l-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti ma' Sezzjoni 6.5.3.4 ta' Appendiċi 1 ta' dan l-Anness." 5. Is-Sezzjoni 3.2.2.2 hija mibdula b'dan li ġej: "3.2.2.2. Meta xi fabbrikant jista’ jipprova lill-awtorità li r-rilevament ta' livelli ogħla ta' perċentwali ta' misfire mhix possibbli, jew li l-misfire ma jistax jintgħażel minn effetti oħra (p.eż. toroq ħżiena, xiftijiet fit-transmission, startjar tal-magna ta' wara; eċċ) is-sistema ta' monitoraġġ ta' misfire tista titneħħa meta jkun hemm kondizzjonijiet bħal dawn." 6. Is-Sezzjoni 3.3.2 u t-tabella huma mibdula b'dan li ġej: "3.3.2. Is-sistema OBD trid turi n-nuqqas ta' xi komponent jew sistema marbuta ma’ l-emissjonijiet meta n-nuqqas jispiċċa jaqbeż il-limiti murija hawn taħt: | Massa ta' riferenza (RW) (kg) | carbon monoxideMassa ta' | hydrocarbonsMassa totali ta' | Massa ta' ossidi ta' nitroġenu | [1]Massa ta' partikuli | Petrol | Diesel | KategorijaKlassi(CO) L1 (g/km) | (THC) L2 (g/km) | (NOx) L3 (g/km) | (PM) L4 (g/km) | Petrol | Diesel | Petrol | Diesel | | | Diesel | M [2] [4] | - | kollha | 3,20 | 3,20 | 0,40 | 0,40 | 0,60 | 1.20 | 0.18 | N 1 [3] [4] | I | RW ≤ 1305 | 3,20 | 3,20 | 0,40 | 0,40 | 0,60 | 1.20 | 0,18 | II | 1305 < RW ≤ 1760 | 5,80 | 4,00 | 0,50 | 0,50 | 0,70 | 1,60 | 0,23 | III | 1760 < RW | 7,30 | 4,80 | 0,60 | 0,60 | 0,80 | 1,90 | 0,28" | 7. Is-Sezzjoni 3.3.3.1 hija mibdula b'dan li ġej: "3.3.3.1. Tnaqqis fl-effiċjenza tal-converter katalitiku fir-rigward ta' l-emissjonijiet ta' HC biss. Il-fabbrikant jista’ jimmoniterja l-katalist ta' quddiem waħdu jew flimkien mal-katalist(i) li jmiss(u) l-isfel. Kull katalist jew għaqda ta' katalisti monitorjat għandu jiġi kkunsidrat bħala li qed jaħdem ħażin meta l-emissjonijiet jaqbżu l-għadba HC murija fit-tabella fis-Sezzjoni 3.3.2;" 8. Is-Sezzjoni 3.3.3.5 hija mibdula b'dan li ġej: "3.3.3.5. Kemm-il darba monitorjat mod ieħor, kull komponent tal-powertrain marbut ma’ l-emissjonijiet mwaħħal ma kompjuter, inklużi xi sensors rilevanti li jippermettu li jitwettqu funzjonijiet ta' monitoraġġ, għandu jiġi monitorjat għall-kontinwità tas-ċirkuwitu." 9. Is-Sezzjoni 3.3.4.5 hija mibdula b'dan li ġej: "3.3.4.5. Kemm-il darba monitorjat mod ieħor, kull komponent tal-powertrain marbut ma' l-emissjonijiet mwaħħal ma' kompjuter għandu jiġi monitorjat għall-kontinwità taċ-ċirkuwitu." 10. Is-Sezzjoni 3.6.1 hija mibdula b'dan li ġej: "3.6.1. Id-distanza magħmula mill-vettura waqt li MI hija attivata għandha tkun disponibbli f'kull ħin permezz tas-serial port fuq l-standard link connector [2] Dan ir-rekwiżit huwa applikabbli biss mill-1 ta' Jannar 2003 għal tipi ġodda ta' vettura b 'input ta' veloċità elettronika għall-immaneġġjar tal-magna. Japplika għat-tipi ġodda kollha ta' vetturi deħlin fis-servizz mill-1 ta' Jannar 2005.." 11. Is-Sezzjoni 3.7.1 hija mibdula b'dan li ġej: "3.7.1. Jekk il-misfire f'livelli li x'aktarx iġibu ħsara lill-katalist (kif speċifikat mill-fabbrikant) ma jibqax aktar preżenti, jew jekk il-maġna tiġi mħaddma wara tibdil fil-veloċità u kondizzjonijiet ta' tagħbija fejn il-livelli ta' misfire ma jagħmlux ħsara lill-katalist, l-M1 jista’ jerġa jiġi mibdul lura lejn l-istat ta' qabel ta' attivazzjoni matul l-ewwel ċiklu ta' sewqan li fuqu nħass il-livell ta' misfire u jista jerġa jiġi mibdul lejn il-mod normali ta' attivazzjoni fiċ-ċikli ta' sewqan sussegwenti. Jekk l-M1 jiġi mibdul lura lejn l-istat preċedenti ta' attivazzjoni, il-kodiċi korrispondenti ta' difetti u l-kondizzjonijiet ta' freeze-frame jistgħu jitħassru." 12. Tiżdied sezzjoni 4 kif ġej: "4. Rekwiżiti li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi djanjostiċi abbord 4.1. Fabbrikant jista’ jitlob lill-awtorità li xi sistema OBD tiġi aċċettata għall-approvazzjoni tat-tip anki jekk is-sistema jkun fiha xi nuqqas jew aktar b'mod illi r-rekwiżiti speċifiċi ta' dan l-Anness ma jitħarrsux fis-sħiħ. 4.2. Filwaqt li tqis it-talba, l-awtorità għandha tistabbilixxi jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness hiex inattwabbli jew irraġonevoli. L'awtorità għandha tqis it-tagħrif tal-fabbrikant li jagħti dettalji fuq kwistjonijiet bħal, iżda mhux limitati għal, attwabilità teknika, ħin ta' preparazzjoni u ċikli produttivi li jinkludu l-phase-in jew l-phase-out ta' magni jew disinji ta' vetturi u aġġornamenti programmati ta' kompjuters, safejn is-sistema OBD li tirriżulta ser tkun effettiva fit-tħaris tar-rekwiżiti ta' din id-direttiva u li l-fabbrikant wera livelli aċċettabbli ta' sforz lejn konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. 4.2.1. L-awtorità ma taċċetta ebda talba dwar nuqqas li tinkludi n-nuqqas komplet ta' monitoraġġ djanjostiku rikjest. 4.2.2. L-awtorità ma taċċetta ebda talba dwar nuqqas li ma tirrispettax il-limitiOBD fis-Sezzjoni 3.3.2. 4.3. Matul l-istabilizzazzjoni ta' l-ordni identifikata ta' nuqqasijiet, in-nuqqasijiet marbuta mas-sezzjonijiet 3.3.3.1, 3.3.3.2 u 3.3.3.3 ta' dan l-Anness għal magni positive ignition u s-sezzjonijiet 3.3.4.1, 3.3.4.2 u 3.3.4.3 ta' dan l-Anness għal magni b'compression ignition għandhom jiġu identifikati l-ewwel. 4.4. Qabel jew matul il-ħin ta' approvazzjoni tat-tip, ebda nuqqas ma jingħata fir-rigward tar-rekwiżiti tas-Sezzjoni 6.5, ħlief is-Sezzjoni 6.5.3.4, ta' l-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. 4.5. Perijodu ta' nuqqas 4.5.1. Nuqqas jista’ jinżamm għal perijodu ta' sentejn wara d-data ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura kemm-il darba jista jiġi ppruvat b'mod xieraq li tibdil sostanzjali fil-hardware tal-vettura u ħin addizzjonali ta' preparazzjoni lil hinn minn sentejn jkunu jinħtieġu biex issewwi n-nuqqas. F'każ bħal dan, in-nuqqas jista’ jinżamm għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin. 4.5.2. Fabbrikant jista’ jitlob lill-awtorità ta' l-approvazzjoni oriġinali tat-tip biex tagħti nuqqas b'lura meta jinstab xi nuqqas wara l-approvazzjoni oriġinali tat-tip. F'dan il-każ, in-nuqqas jista jinżamm għal perijodu ta' sentejn wara d-data ta' notifika lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip kemm-il darba jista’ jiġi ppruvat b'mod xieraq li tibdil sostanzjali fil-hardware tal-vettura u ħin addizzjonali ta' preparazzjoni lil hinn minn sentejn jkunu jinħtieġu biex issewwi n-nuqqas. F'każ bħal dan, in-nuqqas jista jinżamm għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin. 4.6. L-awtorità għandha tavża bid-deċiżjoni tagħha li tilqa’ talba ta' nuqqas lill-awtoritajiet kollha fi Stati Membri oħra skond ir-rekwiżiti ta' Artikolu 4 tad-Direttiva 70/156/KEE." 13. Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej: (a) It-tielet paragrafu tas-Sezzjoni 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "Meta l-vettura tiġi ttestjata bil-komponent jew mezz difettuż, is-sistema OBD tiġi approvata jekk l-M1 ikun attivat. Is-sistema OBD tiġi wkoll approvata jekk l-M1 huwa attivat taħt il-limiti ta' l-OBD." (b) Is-Sezzjoni 2.1, it-tieni paragrafu, hija mibdula b'dan li ġej: "— prekondizzjonament tal-vettura b'difett simulat fuq prekondizzjonament speċifikat fis-Sezzjoni 6.2.1 jew is-Sezzjoni 6.2.2." (ċ) Is-Sezzjoni 6.3.1.5 hija mibdula b'dan li ġej: "6.3.1.5. Qtugħ elettriku tal-mezz ta' kontroll tad-tindif evaporattiv (jekk imwaħħal). Għal dan il-mod speċifiku ta' nuqqas, it-test tip 1 m'għandux għalfejn isir." (d) It-tieni paragrafu tas-Sezzjoni 6.5.1.2 hija mibdula b'dan li ġej: "Is-sinjali għandhom jiġu provvduti f'unitajiet standard ibbażati fuq il-karatteristiċi mogħtija f'6.5.3. Is-sinjali attwali għandhom jiġu identifikati b'mod ċar mill-valur tad-default jew s-sinjali limp-home." (e) Tiżdied s-sezzjoni 6.5.1.5 kif ġej: "6.5.1.5. Mill-1 ta' Jannar 2003 għal tipi ġodda u mill-1 ta' Jannar 2005 għat-tipi kollha ta' vetturi dieħlin fis-servizz, in-numru ta' identifikazzjoni ta' kalibratura tas-software għandu jkun disponibbli permezz tas-serial port fuq il-connector data link standardizzat. In-numru ta' identifikazzjoni ta' kalibratura tas-software għandu jkun provdut f'format standardizzat." (f) Is-Sezzjonijiet 6.5.3.1 sa 6.5.3.6 huma mibdula b'dan li ġej: "6.5.3.1. Wieħed mill-livelli li ġejjin bir-restrizzjonijiet kif mogħtija għandu jintuża bħala l-communications link minn on-board għal off board: ISO 9141-2 "Vetturi tat-triq - Sistemi Djanjostiċi - Rekwiżiti CARB għall-Iskambju ta' Informazzjoni Diġitali"; ISO FDIS 11519-4 "Vetturi tat-triq - Veloċità baxxa "Serial Data Communication - Parti 4: Klassi B Data Communication Interface (SAE J 1850)". Il-messaġġi marbuta ma l-emissjonijiet għandhom jużaw il-kontroll ċikliku ta' ridondanza u t-"three byte header" u m'għandhomx jużaw l-"inter-byte seperation" jew iċ-"checksums"". ISO FDIS 14230 - Parti 4 "Vetturi tat-triq - Sistemi Djanjostiċi - Protokoll Kelma muftieħ 2000". ISO WD 15765-4 "Vetturi tat-triq - Sistemi Djanjostiċi Djanjostika fuq CAN – Parti 4: Rekwiżiti għal sistemi marbuta ma' l-emissjonijiet." 6.5.3.2. L-attrezzatura tat-test u l-għodda tad-djanjosi meħtieġa biex tikkomunika mas-sistemi OBD għandhom jissoddisfaw jew jaqbżu l-ispeċifikazzjoni funzjonali mogħtija f'ISO DIS 1503 1-4 - datata Ġunju 1998 (SAE J1978 - datata Frar 1998). 6.5.3.3. It-tagħrif djanjostiku bażiku, (kif speċifikat f’ 6.5.1) u l-informazzjoni ta' kontroll bi-direzzjonali għandhom ikunu pprovduti billi jintużaw il-format u l-unitajiet imsemmija fl-ISO DIS 15031-5 - datat Ottubru 1998 (SAE J1979 - datat Settembru 1997) u għandhom ikunu disponibbli billi tintuża għodda djanjostika li tħares ir-rekwiżiti ta' ISO DIS 15031-4 - datat Ġunju 1998 (SAE J1978 - datat Frar 1998). 6.5.3.4. Meta jiġi reġistrat difett, il-fabbrikant għandu jidentifika d-difett billi juża kodiċi xieraq ta' difetti konsistenti ma’ dawk murija fis-Sezzjoni 6.3 ta' ISO DIS 15031-6 - datat Ottubru 1998 (SAE J2012 - datat Lulju 1996), marbut ma’ "Kodiċi ta' djanjosi tal-gwaj tas-sistema Powertrain" (P0 kodiċi ta' difetti). Jekk din it-tip ta' identifikazzjoni mhix possibbli, il-fabbrikant jista’ juża kodiċi ta' djanjosi tal-gwaj skond is-Sezzjonijiet 5.3 u 5.6 ta' ISO DIS 15031-6 datat Ottubru 1998 (SAE J2012 - datat Lulju 1996) (P1 kodiċi ta' difetti). Il-kodiċi ta' difetti għandhom ikunu aċċessibbli b'apparat djanjostiku standardizzat konformi mad-dispożizzjonijiet ta' 6.5.3.2. In-nota f'Sezzjoni 6.3 ta' ISO 15031-6 (SAE J2012 - datat Lulju 1996) li hemm immedjatament qabel il-lista ta' kodiċi ta' difetti fl-istess sezzjoni ma tapplikax. 6.5.3.5. L-interface ta' għaqda bejn il-vettura u t-tester djanjostiku għandha tkun standardizzata u għandha tħares ir-rekwiżiti kollha ta' ISO DIS 15031-3 - datat Diċembru 1998 (SAE J1962 - data Frar 1998). Il-pożizzjoni ta' l-installazzjoni għandħa tkun bla ħsara għall-ftehim ta' l-awtorità ta' approvazzjoni b'mod li tkun aċċessibbli faċilment għall-impjegati iżda protetta minn xi ħsara aċċidentali matul il-kondizzjonijiet normali ta' użu. 6.5.3.6. Il-fabbrikant għandu wkoll jagħmel aċċessibbli, fejn xieraq bi ħlas, it-tagħrif tekniku meħtieġ għat-tiswija jew iż-żamma ta' vetturi bil-mutur kemm-il darba dan it-tagħrif huwa kopert minn jedd ta' propjetà intellettwali jew jikkonsisti minn għarfien fuq is-sengħa sigriet u li huwa identifikat taħt forma xierqa; f'każ bħal dan, it-tagħrif tekniku meħtieġ m'għandux jinżamm b'mod mhux xieraq. Għandha jedd għal tagħrif bħal dan kull persuna imqabbda biex taħdem fis-servis jew tiswija kummerċjali, salvataġġ f'ġenb it-triq, ispezzjoni jew ittestjar ta' vetturi jew li tiffabbrika jew tbiegħ komponenti ta' tibdil jew twaħħil ta' wara, għodda djanjostika u apparat tat-testijiet." [1] "Għal magni b’"compression ignition". [2] "Barra minn vetturi b'massa massima li ma teċċedix "2500" kg. [3] "U dawk il-vetturi ta' kategorija M li huma speċifikati fin-nota 2. [4] "Il-proposta tal-Kummissjoni msejjħa fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva għandu jkollha valuri limiti "threshold" għal OBD għal 2005/6 għal vetturi M"1" u N"1". --------------------------------------------------