Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0097

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/97/KE tat-13 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE li tikkonċerna l-infurzar, fir-rigward ta' bastimenti li jużaw l-portijiet tal-Komunità u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, għall-prevenzjoni ta' tniġġis u għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord (kontroll portwali ta' l-Istat)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 331, 23.12.1999, p. 67–70 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/97/oj

    31999L0097



    Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0067 - 0070


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/97/KE

    tat-13 ta' Diċembru 1999

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE li tikkonċerna l-infurzar, fir-rigward ta' bastimenti li jużaw l-portijiet tal-Komunità u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, għall-prevenzjoni ta' tniġġis u għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord (kontroll portwali ta' l-Istat)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 li tikkonċerna l-infurzar, fir-rigward ta' bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, għall-prevenzjoni ta' tniġġis u għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u tax-xogħol abbord (kontroll portwali ta' l-Istat) [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/42/KE3 [2], u partikolarment l-Artikolu 19 tagħha,

    (1) Billi huwa meħtieġ li wieħed jagħti każ l-emendi li daħlu fis-seħħ fir-rigward tal-konvenzjonijiet, tal-protokolli, tal-kodiċi u tar-riżoluzzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), u l-iżviluppi fi ħdan il-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi (MOU Pariġi);

    (2) Billi l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar bastimenti li jinżammu fil-portijiet tal-Komunità skond id-Direttiva 95/21/KE tista' tkun ta' inċentiv għas-sidien tagħhom biex jieħdu azzjoni korrettiva mingħajr ma jkunu mġiegħla jagħmlu hekk, u tista' tqajjem kuxjenza dwar sigurtà fl-industrija tat-trasport bil-baħar;

    (3) Billi għal dan l-iskop, il-lista ta' informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata trid tiġi mkabbra, l-aktar sabiex tinkludi aktar informazzjoni dettaljata dwar il-vapur involut, iż-żamma u l-azzjoni meħuda, kif ukoll informazzjoni dwar bastimenti li ġew miċħuda aċċess għall-portijiet Komunitarji; billi għandu jiġi stabbilit b'mod aktar ċar fejn jinsabu n-nuqqasijiet li wasslu għaż-żamma tal-bastiment fl-isfond tar-responsabbiltajiet ta' l-istħarriġ tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni; billi l-effiċjenza ta' miżuri ta' din ix-xorta għandha tiġi msaħħa permezz ta' pubblikazzjoni aktar frekwenti ta' informazzjoni, fuq bażi ta' kull xahar;

    (4) Billi t-titjib tat-trasparenza fir-rigward tad-data li għandha x'taqsam ma' l-ispezzjonijiet ta' bastimenti huwa element neċessarju u importanti għall-promozzjoni tal-kwalità fit-trasport bil-baħar kemm ġewwa l-Komunità u madwar id-dinja; billi l-metodi sabiex din l-informazzjoni ssir disponibbli b'mod aktar wiesgħa u tempestiv għandhom jiġu definiti f'kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

    (5) Billi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ineħħu kull ostakoli legali għall-pubblikazzjoni tal-lista ta' bastimenti spezzjonati, miżmuma jew miċħuda aċċess għal xi port tal-Komunità, b'mod partikolari permezz tal-modifikazzjoni, fejn xieraq, tal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data;

    (6) Billi l-fattur ta' mira ġenerali deskritt fl-Anness I, il-Parti II, tad-Direttiva 95/21lKE irid jiġi mtejjeb fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħha; billi l-valur tal-fattur tal-mira jista' jiġi aġġustat ta' spiss fil-qafas ta' l-MOU ta' Pariġi u jista' jiġi sussegwentement inkorporat fis-sistema Sirenac; billi huwa biżżejjed jekk tiġi kkonsultata d-database tas-Sirenac sabiex wieħed ikun jaf il-fattur tal-mira ta' bastiment; billi għaldaqstant ma jidhirx li huwa meħtieġ li dan il-valur jiġi inkorporat fid-Direttiva 95/21/KE;

    (7) Billi l-lista ta' ċertifikati u dokumenti li għalihom issir referenza fl-Anness II tad-Direttiva 95/21/KE għandhom jiġu mmodifikati sabiex jiġu meqjusa l-emendi li daħlu għar-rigward tal-leġislazzjoni internazzjonali;

    (8) Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [3], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal- Kummissjoni 98/74/KE [4],

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 95/21/KE hija emendata skond kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fil-punt 1, il-kliem "fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998" għandu jiġi mibdul bi "fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999";

    (b) fil-punt 2, il-kliem "kif inhu fl-14 ta' Jannar 1999" għandu jiġi mibdul bi "kif inhu fl-1 ta' Lulju 1999".

    2. L-Artikolu 15 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 15

    Rilaxx ta' informazzjoni

    1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex taċċerta li l-informazzjoni elenkata fl-Anness VIII, il-Parti I, dwar il-bastimenti miżmuma, jew li huma soġġetti għal ċaħda ta' aċċess għal port ta' dan l-Istat Membru matul ix-xahar ta' qabel, tiġi ppubblikata ta' mill-inqas kull xahar.

    2. L-informazzjoni disponibbli fis-sistema Sirenac dwar bastimenti spezzjonati fil-portijiet ta' l-Istati Membri, imsemmija fl-Anness VIII, il-Parti I u l-Parti II, għandha ssir pubblika permezz ta' arranġamenti tekniċi approprjati, kemm jista' jkun malajr wara li tkun tlestiet l-ispezzjoni, jew wara li tkun tneħħiet iż-żamma.

    3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jistabbilixxu l-arranġamenti tekniċi xierqa imsemmija fil-paragrafu 2.

    4. Fejn approprjat, is-sistema ta' informazzjoni Sirenac hija emendata sabiex timplimenta r-rekwiżiti hawn fuq imsemmija."

    3. L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    4. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-Partita 2, is-seba' inċiż, hija mibdula b'dan li ġej:

    "- Ċertifikat ta' eżenzjoni li jinkludi, fejn xieraq, il-lista tal-merkanzija."

    (b) Dan li ġej huwa inserit wara l-Partita 28:

    "29. Pjan ta' amministrazzjoni ta' l-iskart u ktieb ta' reġistru ta' l-iskart.

    30. Sistema ta' appoġġ ta' deċiżjonijiet għall-kaptani tal-bastimenti tal-passiġġiera.

    31. Pjan ta' kooperazzjoni SAR għal bastimenti tal-passiġġiera fuq rotot fissi.

    32. Lista ta' limitazzjonijiet ta' operazzjoni għal bastimenti tal-passiġġiera.

    33. Fuljett ta' bulk carrier.

    34. Pjan ta' tagħbija u ta' ħatt għal bulk carriers."

    5. Anness VIII ġdid huwa miżjud kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    Meta dawn id-dispożizzjonijiet jiġu adottati mill-Istati Membri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza ta' din ix-xorta fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura li permezz tagħha għandha ssir din ir-referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoniid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija Indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Loyola de Palacio

    Viċi-President

    [1] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1.

    [2] ĠU L 184, tas-27.6.1998, p. 40.

    [3] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

    [4] ĠU L 276, tat-13.10.1998, p. 7.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)fil-Parti I, il-punt-6, il-kliem "jew irtirat" huma inseriti wara l-kelma "sospiżi";

    (b) Il-Parti II hija mibdula b'dan li ġej:

    "Fattur ta' mira ġenerali

    Il-bastimenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala prijorità għal spezzjoni.

    1. Bastimenti li jżuru l-port ta' Stat Membru għall-ewwel darba jew wara l-assenza ta' 12-il xahar jew aktar. Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll dawk l-ispezzjonijiet li jkunu ġew imwettqa mill-membri tal-MOU. Fin nuqqas ta' data approprjata għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jafdaw id-data Sirenac disponibbli u għandhom jagħmlu spezzjoni ta' dawk il-bastimenti li ma kinux irreġistrati fis-Sirenac wara d-dħul fis-seħħ ta' dik id-database fil-1 ta' Jannar 1993.

    2. Bastimenti mhux spezzjonati minn xi Stat Membru fis-sitt xhur ta' qabel.

    3. Bastimenti li ċ-ċertifikati statutorji tagħhom dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir tal-vapur, maħruġa skond il-konvenzjonijiet, u ċ-ċertifikati ta' klassifikazzjoni, ikunu nħarġu minn organizzazzjoni li m'hijiex rikonoxxuta taħt it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli komuni u l-istandards għall-ispezzjoni tal-vapur u l-organizzazzjonijiet ta' stħarriġ u għall-attivitajiet relevanti ta' amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20).

    4. Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat li jidher fit-tabella medja ta' matul tliet snin ta' żammiet u dewmien 'il fuq mill-medja u ppubblikati fir-rapport annwali tal-MOU.

    5. Bastimenti li tħallew jitilqu mill-port ta' Stat Membru skond ċerti kundizzjonijiet, bħal:

    (a) nuqqasijiet li jridu jiġu rranġati qabel it-tluq;

    (b) nuqqasijiet li għandhom jiġu rranġati fil-port li jmiss;

    (ċ) nuqqasijiet li jridu jiġu rettifikati fi żmien 14-il jum;

    (d) nuqqasijiet li għalihom ġew speċifikati kundizzjonijiet oħrajn.

    Jekk l-azzjoni relatata mal-bastimenti ttieħdet u n-nuqqasijiet kollha ġew irranġati, dan għandu jiġi meqjus.

    6. Bastimenti li fir-rigward tagħhom ġew reġistrati xi nuqqasijiet matul spezzjoni preċedenti, skond in-numru ta' nuqqasijiet.

    7. Bastimenti li inzammu f'port preċedenti.

    8. Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż li ma rratifikax il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti kollha imsemmija fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

    9. Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż bi proporzjon ta' nuqqasijiet 'il fuq mill-medja.

    10. Bastimenti bi klassi ta' nuqqasijiet 'il fuq mill-medja.

    11. Bastimenti li huma f'kategorija li fir-rigward tagħhom ġie deċiż li għandha ssir spezzjoni mkabbra (skond l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva).

    12. Bastimenti oħrajn li għandhom iktar minn 13-il sena.

    Sabiex tiġi stabbilita l-ordni ta' prijorità għal spezzjoni tal-bastimenti elenkati hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ordni indikata mill-fattur ta' mira ġenerali muri fis-sistema ta' informazzjoni Sirenac, skond l-Anness I, it-Taqsima 1 tal-MOU ta' Pariġi. Fattur ta' mira aktar għoli hu indikattiv ta' priJorità aktar għolja. Il-fattur immirat hu s-somma tal-valuri applikabbli tal-fatturi ta' mira kif definiti fil-qafas tal-MOU. Il-partiti 5, 6 u 7 għandhom japplikaw biss għall-ispezzjonijiet imwettqa fl-aħħar 12-il xahar. Il-fattur ta' mira ġenerali m'għandux ikun inqas mis-somma tal-valuri stabbiliti għall-partiti 3, 4, 8, 9, 10, 11 u 12.

    Jekk fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni fil-qafas tal-MOU ta' valuri ġodda ta' fatturi ta' mira, il-Kummissjoni tkun tal-fehma li dawn il-valuri m'humiex xierqa, hija tista' tiddeċiedi, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl- Artikolu 19 tad-Direttiva 95/21/KE li dawn il-valuri m'għandhomx japplkaw għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva."

    2. L-Anness VIII il-ġdid qiegħed jiġi miżjud:

    "

    L-ANNESS VIII

    Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni relatata maż-żammiet u l-ispezzjonijiet f'portijiet ta' Stati Membri.

    (kif imsemmi fl-Artikolu 15)

    I. L-informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 15(1) għandha tinkludi dan li ġej:

    - l-isem tal-vapur,

    - in-numru ta' l-IMO,

    - it-tip ta' vapur,

    - it-tunnellaġġ (gt),

    - is-sena meta nbena,

    - l-isem u l-indirizz tal-propjetarju tal-vapur jew ta' l-operatur tal-vapur,

    - l-Istat tal-bandiera,

    - is-soċjetà ta' klassifikazzjoni, jew is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, fejn relevanti, li jkunu ħarġu għal dan il-vapur iċ-ċertifikati ta' klassi, jekk ikun hemm,

    - is-soċjetà ta' klassifikazzjoni, jew is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, u/jew kull parti li tkun ħarġet lil dan il-vapur xi ċertifikati b'mod konformi mal-konvenzjonijiet f'isem l-Istat tal-bandiera, inkluża referenza għaċ-ċertifikati mogħtija,

    - in-numru ta' żammiet matul l-24 xahar ta' qabel,

    - il-pajjiż u l-port ta' żamma,

    - id-data meta tneħħiet iż-żamma,

    - it-tul taż-żamma, fi ġranet,

    - in-numru ta' nuqqasijiet misjuba u r-raġunijiet għaż-żamma, f'termini ċari u espliċiti,

    - meta l-vapur ikun soġġett għal rifjut ta' aċċess għal xi port ġewwa l-Komunità, ir-raġunijiet għal miżura bħal din, f'termini ċari u espliċiti,

    - indikazzjoni dwar jekk is-soċjetà ta' klassifikazzjoni, jew xi korp privat ieħor li wettaq l-istħarriġ relevanti kellux responsabbiltà fir-rigward tan-nuqqasijiet li weħidhom jew ma' oħrajn, wasslu għaż-żamma,

    - deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu fil-każ ta' vapur li tħalla jkompli lejn l-eqreb post ta' tiswija approprjat, jew li ġie miċħud aċċess għal xi port fil-Komunità.

    II. L-informazzjoni dwar il-bastimenti spezzjonati, li ġiet ippubblikata b'mod konformi ma' l-Artikolu 15(2) għandha tinkludi dan li ġej:

    - l-isem tal-vapur,

    - in-numru ta' l-IMO,

    - it-tip ta' vapur,

    - it-tunnellaġġ (gt),

    - is-sena meta nbena,

    - l-isem u l-indirizz tal-propjetarju tal-vapur jew ta' l-operatur tal-vapur,

    - L-Istat tal-bandiera,

    - is-soċjetà ta' klassifikazzjoni, jew is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, fejn relevanti li ħarġu lil dan il-vapur iċ-ċertifikati tal-klassi, jekk hemm,

    - is-soċjetà ta' klassifikazzjoni, jew is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, u/jew xi parti li ħarġu ċ-ċertifikati ta' dan il-vapur skond il-konvenzjonijiet f'isem il-bandiera ta' l-Istat, li tinkludi referenza għaċ-ċertifikati maħruġa,

    - il-pajjiż, il-port u d-data ta' spezzjoni,

    - in-numru ta' nuqqasijiet, għal kull kategorija ta' nuqqasijiet.

    "

    --------------------------------------------------

    Top