Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0066

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/66/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tiddikjara l-ħtiġiet dwar it-tikketta jew dokument ieħor li jkun produċa l-fornitur skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE

    ĠU L 164, 30.6.1999, p. 76–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/66/oj

    31999L0066



    Official Journal L 164 , 30/06/1999 P. 0076 - 0077


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/66/KE

    tat-28 ta’ Ġunju 1999

    li tiddikjara l-ħtiġiet dwar it-tikketta jew dokument ieħor li jkun produċa l-fornitur skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

    (1) Billi t-tikketta u d-dokumenti l-oħra għandhom jagħtu l-partikolaritajiet meħtieġa kemm għall-kontroll uffiċjali u anki għat-tagħrif ta’ min ikabbar;

    (2) Billi fil-każ meta l-materja tal-propagazzjoni tkun akkumpanjata minn passaport tal-pjanta skond is-Sistema Komunitarja tas-Saħħa tal-Pjanti, il-passaport tal-pjanta jista’ jikkostitwixxi fuq ċerti kundizzjonijiet it-tikketta jew id-dokument l-ieħor imħejjija mill-fornitur;

    (3) Billi l-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Materjal tal-Propagazzjoni tal-Pjanti Ornamentali,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva tistabilixxi l-ħtiġiet rigward it-tikketti jew id-dokumenti l-oħra imħejjija mill-fornitur tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali riferiti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/56/KE.

    Artikolu 2

    1. It-tikketta jew id-dokument tal-fornitur riferiti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ta’ materjal xieraq li ma jkunx intuża qabel u għandhom ikunu stampanti f’mill-anqas wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità. Għandu jkun fih l-intestaturi tat-tagħrif li ġej:

    (i) l-indikazzjoni "tal-kwalità tal-KE";

    (ii) l-indikazzjoni tal-kodiċi ta’ l-Istat Membru;

    (iii) l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi tiegħu li jagħrfu minn oħrajn;

    (iv) in-numru tar-reġistrazzjoni;

    (v) is-serje individwali, in-numru tal-ġimgħa jew tal-lott;

    (vi) l-isem botaniku;

    (vii) id-denominazzjoni tal-varjetà, meta approprjat. Fil-każ tal-ħażna tal-għeruq: id-denominazzjoni tal-varjetà jew id-deskrizzjoni tagħha;

    (viii) id-denominazzjoni tal-grupp tal-pjanti, meta xieraq;

    (ix) il-kwantità;

    (x) fil-każ ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/56/KE, l-isem tal-pajjiż tal-produzzjoni.

    2. Fil-każ meta l-materjal tal-propagazzjoni jkun akkumpanjat minn passaport tal-pjanta skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE [2], il-passaport tal-pjanta jista’ jikkostitwixxi t-tikketta jew id-dokument tal-fornitur riferiti fil-paragrafu 1. Madankollu, jridu jingħataw l-indikazzjoni "tal-kwalità tal-KE" u indikazzjoni dwar il-korp uffiċjali responsabbli skond id-Direttiva 98/56/KE u, meta approprjat, referenza għad-denominazzjoni tal-varjetà, il-ħażna tal-għeruq jew il-grupp tal-pjanti. Fil-każ ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/56/KE, irid jingħata wkoll l-isem tal-pajjiż tal-produzzjoni. Dan it-tagħrif jista’ jkun fuq l-istess dokument bħall-passaport tal-pjanta, imma separat b’mod ċar.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fil-31 ta’ Diċembru 1999. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabilixxi kif trid issir din ir-referenza.

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet domestiċi fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, fit-28 ta’ Ġunju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16.

    [2] ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top