This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0009
Commission Directive 1999/9/EC of 26 February 1999 amending Directive 97/17/EC implementing Council Directive 92/75/EEC with regard to energy labelling of household dishwashers (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE tas-26 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE tas-26 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 56, 4.3.1999, p. 46–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2011; Impliċitament imħassar minn 32010R1059
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31997L0017 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 | 07/03/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32010R1059 | 19/12/2011 |
Official Journal L 056 , 04/03/1999 P. 0046 - 0046
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE tas-26 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni bit-tikketti u bit-tagħrif standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u ta' riżorsi oħra ta' apparat tad-dar [1], u b'mod partikolari Artikolu 9 tagħha, Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE [2] timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE rigward it-tikkettjar ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti; Billi kien hemm dewmien fl-iżvilupp u l-adozzjoni tal-metodi tal-kejl (l-EN 50242); billi fin-nuqqas ta' standard armonizzat tal-kejl, huwa impossibbli għall-fornituri li jwettqu l-obbligi tagħhom skond id-Direttiva 97/17/E; billi għalhekk l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi differita; Billi l-miżuri ppovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit b'Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE. ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 97/17/KE jinbidel b'dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-28 ta' Frar 1999. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 1999. Madankollu, l-Istati Membru għandhom jippermettu sal-31 ta' Lulju 1999: - it-tqegħid fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew il-wiri tal-prodotti, u - it-tqassim tal-komunikazzjonijiet stampati riferiti f'Artikolu 2(4), li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri riferiti fl-ewwel subparagrafu, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza." Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Frar 1999. Għall-Kummissjoni Christos Papoutsis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, 13. 10. 1992, p. 16. [2] ĠU L 118, 7. 5. 1997, p. 1. --------------------------------------------------