Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0870

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999 li tawtorizza lid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li jaġixxi bħala r-rapreżentant ta' ċerti Stati Membri għall-iskop li jikkonkludi kuntratti li jirrigwardaw l-istallazzjoni u l-funzjonar ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni fl-ambjent Schengen, SISNET, u li jamministra dawn il-kuntratti

    ĠU L 337, 30.12.1999, p. 41–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/870/oj

    31999D0870



    Official Journal L 337 , 30/12/1999 P. 0041 - 0042


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-17 ta' Diċembru 1999

    li tawtorizza lid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li jaġixxi bħala r-rapreżentant ta' ċerti Stati Membri għall-iskop li jikkonkludi kuntratti li jirrigwardaw l-istallazzjoni u l-funzjonar ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni fl-ambjent Schengen, "SISNET", u li jamministra dawn il-kuntratti

    (1999/870/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 7 tal-Protokoll anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jintegra l-acquis Schengen fin-network ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn il-quddiem il-"Protokoll Schengen"),

    Billi:

    (1) Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill kien ġie awtorizzat li jamministra f'isem dawk l-Istati Membri konċernati il-kuntratt li jirrigwarda l-istallazzjoni u l-funzjonar tan-network SIRENE, il-Fażi II [1];

    (2) L-Istati Membri kkonċernati kienu ddeċċidew li ma jestendux il-kuntratt għan-Network SIRENE, il-Fażi II, li għalhekk tittermina fit-23 ta' Awwissu 2001;

    (3) Infrastruttura ġdida tat-telekommunikazzjoni għall ambjent Schengen, li għandha tkun imsemmija "SISNET" għandha għalhekk ikun hemm provvediment dwarha sat-23 ta' Awwissu 2001, li għandha tkun teħtieġ l-eżekuzzjoni ta' miżuri preparatorji għall-konklużjoni tal-kuntratti relevanti, il-konklużjoni tal-kuntratti nfushom u l-amministrazzjoni ta' dawk il-kuntratti;

    (4) L-Istati Membri kkonċernati kienu talbu lid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill li jkun ir-raPpreżentant tagħhom fir-rigward ta' l-eżekuzzjoni tal-miżuri preparatorji meħtieġa kif ukoll il-konklużjoni u l-amministrazzjoni tal-kuntratti f'dan il-każ;

    (5) It-twettieq ta' dover bħal dan mid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill f'isem ċerti Stati Membri jikkostitwixxi dover distint mid-doveri mwettqa mid-Deputat Segretarju-Ġenerali bis-saħħa ta' l-obbligazzjonijiet tiegħu skond it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea;

    (6) Huwa għalhekk xieraq li dan id-dover ikun assenjat lid-Deputat Segretarju-Ġenerali bħala deċiżjoni espliċita tal-Kunsill,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill li jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-Istati Membri kkonċernati (il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstria, il-Portugall, il-Finlandja u l-Isvezja), fir-rigward ta':

    (a) l-eżekuzzjoni ta' sejħa għall-offerti għall-forniment, l-istallazzjoni u l-amministrazzjoni tas-SISNET u xi miżuri preparatorji oħrajn li jistgħu jkunu meħtieġa f'dan ir-rigward; u

    (b) l-konklużjoni u l-amministrazzjoni tal-kuntratti għall-forniment, l-istallazzjoni u l-amministrazzjoni tas-SISNET u l-forniment ta' servizzi relatati ma l-użu tagħha,

    2. L-awtorizzazzjoni permezz tal-paragarfu 1 ta' hawn fuq għandha tkun tapplika sakem il-pagamenti permezz tal-kuntratti msemmija hawn fuq ma jkunux imponuti fuq il-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea imma jibqgħu li jkunu mposti fuq l-Istati Membri kkonċernati.

    3. Id-Deputat Segretarju-Ġenerali għandu wkoll ikun awtorizzat li jaġixxi bħala r-rapreżentant ta' l-Irlanda u/jew ir-Renju Unit fir-rigward ta' dawk il-materji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq, bis-saħħa ta' Deċiżjoni futura tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni ta' wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri f'uħud mill, jew fid-disposizzjonijiet kollha ta' l-acquis Schengen, b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll Schengen,

    Artikolu 2

    Ix-xogħol involut fil-preparazzjoni għas-sejħa għall-offerti u l-amministrazzjoni tal-kuntratti sussegwenti referuti fl-Artikolu 1(1) f'isem l-Istati Membri kkonċernati għandu jitwettaq mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bħala parti mid-doveri amministrattivi normali tiegħu.

    Artikolu 3

    Il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw ir-responsabbiltà mhux-kontrattwali li jirriżultaw mil-atti jew l-ommisjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali fit-twettieq tal-doveri amministrattivi tiegħu bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu rregolati bl-Artikolu 288, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-Artikolu 235 ta' dak it-Trattat għandu għalhekk ikun japplika xi tħaqqieq li jirrigwarda l-kumpens għal danni.

    Artikolu 4

    1. Kont bankarju speċjali f'isem is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, miftuh għall-iskop ta' l-amministrazzjoni tal-kuntratti msemmija fid-Deċiżjoni 1999/322/KE, għandu jkun użat fir-rigward tal-budget li jirrigwarda l-konklużjoni u l-amministrazzjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 1(1).

    2. Id-Deputat Segretarju-Ġenerali għandu jkun awtorizzat li juża l-kont bankarju referut fil-paragrafu 1 għall-iskopijiet sabiex iwettaq l-obligazzjonijiet tiegħu bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 6

    Din id- Deċisjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. Hemilä

    [1] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/322/KE tat-3 ta' Mejju 1999 (ĠU L 123, tat-13.5.1999, p. 49).

    --------------------------------------------------

    Top