Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0716

    Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE fejn għandha x' taqsam il- kollaborazzjoni bejn iċ-ċentru ANIMO u l- Istati Membri (notifikata taħt in-numru C(1999) 3358)Test b' rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 289, 11.11.1999, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1715

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/716/oj

    31999D0716



    Official Journal L 289 , 11/11/1999 P. 0001 - 0001


    Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni

    tad-19 ta' Ottubru 1999

    li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE fejn għandha x' taqsam il- kollaborazzjoni bejn iċ-ċentru ANIMO u l- Istati Membri

    (notifikata taħt in-numru C(1999) 3358)

    (Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

    (1999/716/KE)

    IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal- Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta' Ġunju 1990 dwar il- kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall- kummerċ fil- Komunità f' ċerti annimali u prodotti bil- għan li jkun ikkompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 92/118/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,

    (1) Billi, bħala riżultat tax-xogħol imwettaq fuq livell tal- Komunità fil-kors ta' studji u laqgħat, l-istruttura tas-sistema kumplessa ANIMO suppost tkun riveduta ħalli sistema veterinarja li tintegra l-applikazzjonijiet varji tal- kompjuter tista' tkun introdotta;

    (2) Billi d-Deċiżjoni tal- Kummissjoni 92/486/KEE tal- 25 ta' Settembru 1992 li tistabbilixxi l-forma ta' kollaborazzjoni bejn iċ- ċentru ta' ospitazzjoni ANIMO u l- Istati Membri [3], kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 97/222/KE [4], suppost ikunu emendati biex ikun introdott perjodu ta' tranżizzjoni; billi ċerti dati ta' skadenza suppost ikunu stabbiliti għar- reviżjoni tas- sistema kurrenti;

    (3) Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID- DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 92/486/KEE hi emendata kif isegwi:

    1. Fl-

    L-Artikolu 2a

    , l-paragrafu ġdid 4 hu miżjud:

    "4. Għall- perijodu mill-1 ta' April 1999 sal-31 ta' Marzu 2000, l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm riferenza f' dak l-Artikolu huma estiżi għal sena.

    Is-segwenti ħlasijiet għandhom japplikaw b'rispett ta' dan il-paragrafu:

    386 EUR għal kull parti (parti ċentrali, parti lokali, post ta' spezzjoni fil-fruntiera) għal kull wieħed mill-unitajiet ANIMO elenkati fid- Deċiżjoni 96/295/KE (*), kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 98/167/KE [5]."

    Artikolu 2

    Din id- Deċiżjoni għandha tidħol fis- seħħ fl- 1 ta' April 1999.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill- Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fid-19 ta' Ottubru 1999.

    Għall- Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal- Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

    [3] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20.

    [4] ĠU L 164, tal-21.6.1997, p. 25.

    [5] ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 33.

    --------------------------------------------------

    Top