This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998F0699
98/699/JHA: Joint Action of 3 December 1998 adopted by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union, on money laundering, the identification, tracing, freezing, seizing and confiscation of instrumentalities and the proceeds from crime
Azzjoni konġunta tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-money laundering, l-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar, is-sekwestru u l-konfiska ta' għodda u qligħ mill-kriminalità
Azzjoni konġunta tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-money laundering, l-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar, is-sekwestru u l-konfiska ta' għodda u qligħ mill-kriminalità
ĠU L 333, 9.12.1998, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/07/2001
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32001F0500 | Tħassir | artikolu 1 | 05/07/2001 | |
Modified by | 32001F0500 | Tħassir | artikolu 8.2 | 05/07/2001 | |
Modified by | 32001F0500 | Tħassir | artikolu 3 | 05/07/2001 | |
Modified by | 32001F0500 | Tħassir | artikolu 5.1 | 05/07/2001 | |
Replaced by | 32024L1260 | 22/05/2024 |
Official Journal L 333 , 09/12/1998 P. 0001 - 0003
Azzjoni konġunta tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-money laundering, l-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar, is-sekwestru u l-konfiska ta' għodda u qligħ mill-kriminalità (98/699/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu K.3(2)(b) tiegħu, Wara li kkunsidra l-inizzjattiva tar-Renju Unit, Wara li kkunsidra l-pjan ta'azzjoni ta' l-Ogħla Grupp fuq il-Kriminalità Organizzata approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam fis-16 u fis-17 ta' Ġunju 1997, u b'mod partikolari r-rikomandazzjoni 26(b) fuq it-tisħiħ ta'traċċi u twaqqif ta' qligħ mill-kriminalità, Wara li eżamina l-opinjoni tal-Parlament Ewropew wara konsultazzjoni mmexxija mill-Presidenza bi qbil ma' l-Artikolu K.6 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-Azzjonijiet Konġunti tal-5 ta' Diċembru 1997 jistabbilixxu mekkaniżmu għall-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali għall-impriża internazzjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata [1], u tad- 19 ta' Marzu 1998, jistabbilixxu programm ta' skambju, taħriġ u koperazzjoni għall-persuni responsabbli li jieħdu azzjoni biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata (Programm Falcone) [2], Tenut kont ta' l-impenn ta' l-Istati Membri fuq prinċipji tal-Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea rigward Riċiklaġġ, Tfittxija, Sekwestru u Konfiska tal-Qligħ mill-Kriminalità 1990, Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta proposta biex isir reat kriminali li tipparteċipa f'organizzazzjonijiet kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari għar-reati koperti minn dik l-Azzjoni Konġunta, Wara li kkunsidra r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1991 fuq il-prevenzjoni ta' użu tas-sistema finanzjarja għall-money laundering [3], u l-40 rikkomandazzjoni biex jiġi ikkombattut il-money laundering kif ġie ifformat mill-Azzjoni Finanzjarja tal-Forza tax-Xogħol dwar il-Money Laundering fl-1996, u b'mod partikolari r-rikkomandazzjoni 4 tagħha, Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tas-17 ta' Diċembru li tikkonċerna l-approssimazzjoni tal-liġijiet u l-eżerċitazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea biex jiġi miġġieled il-vizzju tad- droga, u biex jiġi impedut u kkombattut it-traffikar tad- drogi illegali [4], Bil-ħsieb ta' l-oġġettiv komuni biex tiġi mtejba il-kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi, Filwaqt li jiftakar l-Azzjoni Konġunta fuq il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropew, adottata mill-Kunsill fid- 29 ta' Ġunju 1998 [5], Billi l-potenzjal biex l-attività kriminali fil-qasam tal-kriminalità organizzata tiġi sfrattata, b'koperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri biex jiġu identifikati, rintraċċati, imwaqqfa u kkonfiskati l-assi miksuba mill-kriminalità, qiegħed jitjib; Billi xi prattiċi kompatibbli reċiprokament qegħdin jagħmlu aktar effiċjenti l-koperazzjoni fuq livell Ewropew fl-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar jew is-sekwestru, u l-konfiska ta' assi illegali; Billi r-rakkomandazzjoni Nr 16 tal-pjan ta' azzjoni imsemmija iktar 'il fuq biex tiġi kkombattuta l-kriminalità organizzata emfasizzat l-bżonn li jiġu mgħaġġla l-proċeduri għall-koperazzjoni ġudizzjarja għall-kwistjonijiet rrelatati mal-kriminalità organizzata, fi-waqt li jitnaqqas id-dewmien konsiderevoli fit-trażmissjoni u r-rispons tat-talbiet; Wara li kkunsidra l-adeżjoni ta' l-Istati Membri mal-Konvenzjoni Ewropea ta' l-1959 dwar Assistenza Reċiproka fil-Kwistjonijiet Kriminali; Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi ta' l-1988 u s-Sezzjoni Speċjali ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Drogi ta' l-1998; Filwaqt li jirrikonoxxi r-riżultati tal-Laqgħa f'Dublin ta' l-1996 dwar il-konfiska ta' assi wara li jkunu identifikati ostakoli għall-koperazzjoni effettiva; Filwaqt li jifhem li l-forom ta' koperazzjoni mniżżla f'din l-Azzjoni Konġunta huma bla ħsara għal forom oħra ta' koperazzjonijiet bilaterali jew multilaterali, ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 1. Sabiex isaħħu l-azzjoni effettiva kontra l-kriminalità organizzata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda riżerva ma tittieħed jew titwettaq fir-rigward ta' l-Artikoli li ġejjin tal-Kunsill ta' l-1990 tal-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Laundering, it-Tfittxija, is-Sekwestru u l-Konfiska ta' Qligħ miksuba mill-kriminalità (minn issa 'il quddiem hekk imsejħa "il-Konvenzjoni ta' l-1990"): (a) l-Artikolu 2: Sakemm ir-reat jista' jiġi kkastigat bid-deprivazzjoni tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni ta' massimu ta' iżjed minn sena; (b) l-Artikolu 6: Sakemm huma ikkonċernati reati serji. Dawn ir-reati għandhom f'kull każ jinkludu reati li jistgħu jiġu kkastigati b'deprivazzjoni tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni ta' massimu ta' iżjed minn sena, jew, fil-każ ta' dawk l-Istati li għandhom limitu minimu għar-reati fis-sistema legali tagħhom, reati li jistgħu jiġu kkastigati b'deprivazzjoni tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni ta' minimu ta' izjed minn sitt xhur. Punt (a) m'għandux jaffettwa riservi dwar il-konfiska ta' qligħ miġjuba minn reati li jistgħu jkunu kkastigati taħt il-leġislazzjoni tat-tassazzjoni. 2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-legiżlazzjoni u l-proċeduri tiegħu dwar il-konfiska ta' qligħ miskuba mill-kriminalità jippermettu ukoll il-konfiska ta' propjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dan il-qligħ, kemm fi proċeduri purament domestiċi kif ukoll fi proċedimenti li nbdew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, inklużi talbiet għall-infurzar ta' mandati ta' konfiska barranija. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu il-konfiska ta' propjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak tal-qligħ mill-kriminalità f'każijiet żgħar. Il-kliem "propjetà", "qligħ", u "konfiska" għandhom l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' l-1990. 3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-leġislazzjoni u l-proċeduri tiegħu jistgħu jippermettu l-identifikazzjoni u r-rintraċċar ta' qligħ li hu suspettat li nkiseb mill-kriminalità fuq talba ta' Stat Membru ieħor fejn hemm raġonevoli tajba sabiex ikun issuspettat li ġie kommess xi reat kriminali. Din il-leġislazzjoni u dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li tiġi mogħtija għajnuna mill-bidu nett ta' l-investigazzjoni, u għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jirrestrinġu l-użu tagħhom tar-raġunjiet għal rifjut fir-rigward ta' Stati Membri oħra taħt il-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta' l-1990. Artikolu 2 1. Fl-istruttura ta' kif taħdem in-Network Ġudizzjarja Ewropea, kull Stat Membru għandu jipprepara gwida faċli għal min jużaha, li tinkludi fiha informazzjoni dwar minn fejn jista' jinkiseb parir, filwaqt li turi biċ-ċar l-għajnuna li jista' jipprovdi biex jiġu identifikati, rintraċċati, iffriżati jew issekwestrati u ikkonfiskati ingħodda u qligħ mill-kriminalità. Din il-gwida għandha tinkludi fiha wkoll kull restrizzjoni importanti fuq din l-għajnuna u l-informazzjoni li Stati li jagħmlu t-talba għandhom jipprovdu. 2. Il-gwidi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u dan għandu jittraduċihom fil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jqassam il-gwidi lil l-Istati Membri, lin- Network Ġudizzjarju Ewropew u lill-Europol. 3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-gwida msemmija fil-paragrafu 1 tinżamm aġġornata u li kull tibdil jintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għat-traduzzjoni u d- distribuzzjoni skond il-paragrafu 2. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istess prijorità għal kull talba mill-Istati Membri li għandha x'taqsam ma' l-identifikazzjoni ta' assi, rintraċċar, iffriżar jew sekwestru, u konfiska bħal dik mogħtija lill-mizuri bħal dawn fi proċedimenti domestiċi. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu il-kuntatt dirett bejn l-investigaturi, il-maġistrati ta' l-investigazzjoni, u l-prosekuturi ta' l-Istati Membri waqt li jagħmlu użu xieraq minn arranġamenti ta' koperazzjoni disponibbli, sabiex jiżguraw li talbiet għall-għajnuna minn mezzi fomali ma jsirux jekk mhux neċessarji. Meta talba formali hija neċessarja, l-Istat li jagħmel din it-talba għandu jiżgura li din hija ppreparata kif suppost u li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Istat li lilu qed issir it-talba. 2. Fejn mhux possibbli li ssir talba għall-għajnuna fil-forma mistennija mill-Istat li qiegħed ipoġġi t-talba, l-Istat li qiegħed issirlu t-talba għandu jipprova jissodisfa din it-talba b'xi mod ieħor, wara konsulta xierqa ma' l-Istat li jagħmel it-talba, filwaqt li jirrispetta l-leġislazzjoni nazzjonali u l-obbligi internazzjonali. 3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu t-talbiet għall-għajnuna minn meta n-natura preċiża ta' l-għajnuna meħtieġa hija identifikata u, fejn talba hija immarkata "urġenti" jew hemm terminu perentorju, għandha tingħata spjegazzjoni għall-urġenza jew it-terminu perentorju. Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom, fejn mhux kontra l-liġijiet tagħhom, jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex inaqqsu r-riskju li l-assi jinxterrdu. Dawk il-passi għandhom jinkludu dawk il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li assi li huma s-soġġett ta' talba minn Stat Membru ieħor jistgħu jiġu iffriżati jew issekwestrati bi prontezza sabiex talba għall-konfiska magħmula wara ma tigix sfrattata. 2. Fejn, waqt li tkun qiegħda tingħata l-għajnuna legali mitluba f'parti mill-Istat Membru, jinqala' l-bżonn li jsiru iżjed inkjesti f'partijiet oħra ta' l-istess Stat Membru, l-Istat Membru għandu, fejn mhux kontra il-ligijiet tiegħu, jieħu l-passi kollha possibbli sabiex l-għajnuna neċessarja tingħata mingħajr il-bżonn ta' preparazzjoni ta' ittra għall-talba oħra. 3. Fejn l-eżekuzzjoni ta' talba twasssal għall-bżonn li jsiru iżjed inkjesti fuq punti relatati, u l-Istat li qiegħed jagħmel joħroġ ittra għall-talba supplementarja, l-Istat li qiegħed issirlu t-talba għandu, fejn mhux kontra l-liġijiet tiegħu, jieħu l-passi kollha possibbli biex iħaffef l-eżekuzzjoni ta' din it-talba supplementari. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm arranġamenti sabiex il-ġudizzjarju tagħhom ikun familjari ma' l-aħjar prattika fil-koperazzjoni internazzjonali dwar l-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar jew is-sekwestru, u l-konfiska ta' l-għodda u l-qligħ mill-kriminalità. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li formazzjoni xierqa, li tirrifletti l-aħjar prattika prattika l-aktar addattati, tiġi ipprovduta lill-investigaturi, il-maġistrati ta' l-investigazzjoni, il-prosekuturi u l-uffiċjali oħra kollha li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni internazzjonali fis-setturi tal-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar jew is-sekwestru u l-konfiska. 3. Il-Presidenza u l-Istati Membri interessati, f'koperazzjoni xierqa man-Network Ġudizzjarju Ewropew u l-Europol, għandhom jorganizzaw kif hu neċessarju laqgħat għall-uffiċjali mill-Istati Membri u prattikanti oħra involuti biex jippromwovu u jiżviluppaw l-aħjar prattika u jinkoraġġixxu l-kompatibilità tal-proċeduri. Artikolu 7 Il-Kunsill għandu, qabel l-aħħar tas-sena 2000, jirrevedi din l-Azzjoni Konġunta fid-dawl tar-riżultati ta' l-operazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta tal-5 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali ta' l-impenni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Artikolu 8 1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jimplimentaw din l-Azzjoni Konġunta hekk kif tidħol fis-seħħ, u għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u nazzjonali relevanti jsiru jafu bil-kontenut tagħha. 2. Proposti xierqa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1 għandhom jingħataw mill-Istati Membri fi żmien tlett snin minn meta tidħol fis-seħħ din l-Azzjoni Konġunta għall-konsiderazzjoni minn awtoritajiet kompetenti bil-għan li jiġu adottati. Artikolu 9 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, it-3 Diċembru 1998. Għall-Kunsill Il-President K. Schlögl [1] ĠU L 344, TAL-15.12.1997, P. 7. [2] ĠU L 99, TAL-31.3.1998, P. 8. [3] ĠU L 166, TAT-28.6.1991, P. 77. [4] ĠU L 342, TAL-31.12.1996, P. 6. [5] ĠU L 191, TAS-7.7.1998, P. 4. --------------------------------------------------