This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0734
98/734/EC: Commission Decision of 30 November 1998 on a common technical Regulation for land mobile satellite earth stations (LMES) operating in the 1,5/1,6 GHz frequency bands (notified under document number C(1998) 3695) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 1998 dwar Regolament tekniku komuni għal stazzjonijiet terrestri mobbli tas-satellita (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 1,5/1,6 GHz (notifikati taħt id-dokument numru K(1998) 3695) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 1998 dwar Regolament tekniku komuni għal stazzjonijiet terrestri mobbli tas-satellita (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 1,5/1,6 GHz (notifikati taħt id-dokument numru K(1998) 3695) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 351, 29.12.1998, p. 37–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 351 , 29/12/1998 P. 0037 - 0041
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 1998 dwar Regolament tekniku komuni għal stazzjonijiet terrestri mobbli tas-satellita (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 1,5/1,6 GHz (notifikati taħt id-dokument numru K(1998) 3695) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (98/734/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż, tagħha, Billi il-Kummissjoni adottatat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li għaliha jinħtieġ Regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni assoċjata ta' l-għan skond l-Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż; Billi l-istandards armonizzati korrispondenti, jew xi partijiet minnhom, li jwettqu l-ħtiġiet essenzjali li jridu jiġu trasformati f'Regolamenti tekniċi komuni għandhom jiġu adottati; Billi biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' l-aċċess għas-swieq għall-manifatturi, jeħtieġ li jkun permessi arranġamenti ta' transizzjoni li jirrigwardaw it-tagħmir approvat skond ir-regolamenti nazzjonali ta' approvazzjoni tat-tip; Billi l-proposta ġiet sottomessa lill-Kumitat (ACTE), skond l-Artikolu 29(2); Billi r-Regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat f'din id-Deċiżjoni huwa skond l-opinjoni tal-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li jaqa’ fi ħdan il-għan ta' l-istandard armonizzat identifikat fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Regolament tekniku komuni li jkopri stazzjonijiet terrestri mobbli tas-satellita (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 1,5/1,6 GHz. Artikolu 2 1. Ir-Regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' l-istandardizzazzjoni rilevanti li jwettaq sa fejn hu applikkabli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-referenza għall-istandard hija stipulata fl-Anness I. 2. It-tagħmir ta' stazzjonijiet terrestri tas-satellita kopert minn din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-Regolament tekniku komuni msemmi fil-paragrafu 1, għandu jissodisfa l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE u għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, b'mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3]. 3. L-Anness II, it-Tabella A, tiddikjara l-limiti ta' emissjonijiet mhux mixtieqa ‘l fuq minn 1000 MHz u barra mill-firxiet 1626,5 MHz sa 1645,5 MHz u 1656,6 MHz sa 1660,5 MHz applikabbli qabel l-1 ta' Ġunju 2002. L-Anness II, it-Tabella B, tiddikjara dawk il-limiti applikabbli mill-1 ta' Ġunju 2002. Artikolu 3 Il-korpi notifikati maħtura biex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom fir-rigward tat-tagħmir ta' stazzjonijiet terrestri tas-satellita kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din d-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness wara n-notifika ta' din d-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Regolamenti nazzjonali ta' approvazzjoni tat-tip li jkopru tagħmir fi ħdan l-iskop ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness m'għandhomx jibqgħu applikabbli b'effett minn tliet xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. 2. It-tagħmir ta' stazzjonijiet terrestri tas-satellita approvat skond dawn ir-regolamenti nazzjonali ta' approvazzjoni tat-tip jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq nazzjonali u jitqiegħed fis-servizz. Artikolu 5 Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Novembru 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1. [2] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [3] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS I Referenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-Istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni hu Stazzjonijiet terrestri tas-satellita u sistemi (SES); Stazzjonijiet terrestri mobbli tas-satellita (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 1,5/1,6 GHz li jipprovvdu komunikazzjoni tal-vuċi u/jew tat-tagħrif ETSI Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni Segretarjat ETSI TBR44: Mejju 1998 (eskluza d-daħla) Tagħrif addizzjonali L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]. L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ skond il-proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE. It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb minn: Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea, DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel | jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli biex tagħmel disponibbli l-istandards ETSI, li tagħhom hemm lista fuq l-Internet taħt l-indirizz www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS II TABELLA A Limiti ta' emissjonijiet mhux mixtieqa’ l fuq minn 1000 MHz u barra l-firxiet 1626,5 MHz sa 1645,5 MHz u 1656,6 MHz sa 1660,5 MHz applikabbli qabel l-1 ta' Ġunju 2002 Firxa ta' Frekwenza (MHz) | Carrier-on | Carrier-off | Limitu EIRP (dBpW) | Kejl tal-wisa' ta' firxa (kHz) | Limitu EIRP (dBpW) | Kejl tal-wisa' ta' firxa (kHz) | 1000 sa 1525 | 49 | 100 | 48 | 100 | 1525 sa 1559 | 49 | 100 | 17 | 3 | 1559 sa 1600 | 49 | 100 | 48 | 100 | 1600 sa 1626 | 74 | 100 | 48 | 100 | 1626 sa 1626,5 | 84 | 3 | 48 | 100 | 1645,5 sa 1645,6 | 104 | 3 | 57 | 3 | 1645,6 sa 1646,1 | 84 | 3 | 57 | 3 | 1646,1 sa 1655,9 | 74 | 3 | 57 | 3 | 1655,9 sa 1656,4 | 84 | 3 | 57 | 3 | 1656,4 sa 1656,5 | 104 | 3 | 57 | 3 | 1660,5 sa 1661 | 84 | 3 | 48 | 100 | 1661 sa 1690 | 74 | 100 | 48 | 100 | 1690 sa 3400 | 49(nota 2) | 100 | 48 | 100 | 3400 sa 10700 | 55(nota 3) | 100 | 48 | 100 | 10700 sa 21200 | 61 | 100 | 54 | 100 | 21200 sa 40000 | 67 | 100 | 60 | 100 | Nota 1Il-limiti l-baxxi għandhom japplikaw mal-frekwenzi ta' transizzjoni.Nota 2Fil-firxa 3 253,0 MHz sa 3 321,0 MHz l-EIRP massimu f'kejl tal-wisa’ ta' firxa ta' 100 kHz wieħed, u wieħed biss, m'għandux jaqbeż it-82 dBpW. Bnadi oħra f'din il-firxa il-limitu tal-qawwa f'din it-tabella għandu jiġi applikatNota 3F'kull waħda mill-firxiet 4 879,5 MHz sa 4 981,5 MHz, 6 506,0 Mhz sa 6 642,0 Mhz u 8 132,5 MHz sa 8 302,5 MHz, l-EIRP massimu f'kejl tal-wisa’ ta' firxa ta' 100 kHz wieħed, u wieħed biss, m'għandux jaqbeż it-72 dBpW. Fil-firxa 9 759,0 MHz sa 9 963,0 MHz il-qawwa massima f'kejl tal-wisa’ ta' firxa ta' 100 kHz wieħed, u wieħed biss, m'għandhiex taqbeż il-61 dBpW. Bnadi oħra f'din il-firxa il-limitu tal-qawwa f'din it-tabella għandu jiġi applikat. | TABELLA B Limiti ta' emissjonijiet mhux mixtieqa’ l fuq minn 1000 MHz u barra l-firxiet 1626,5MHz sa 1645,5 MHz u 1656,6 MHz sa 1660,5 MHz applikabbli mill-1 ta' Ġunju 2002 Firxa ta' Frekwenza (MHz) | Carrier-on | Carrier-off | Limitu EIRP (dBpW) | Kejl tal-wisa’ ta' firxa (kHz) | Limitu EIRP (dBpW) | Kejl tal-wisa’ ta' firxa (kHz) | 1000 sa 1525 | 49 | 100 | 48 | 100 | 1525 sa 1559 | 49 | 100 | 17 | 3 | 1559,0 sa 1580,42 | 50 | 1000 | 50 | 1000 | 1580,42 sa 1605,0 | 50 | 1000 | 50 | 1000 | 1605,0 sa 1610,0 | (nota 4) | 100 | (nota 5) | 100 | 1610 sa 1626,0 | 74 | 100 | 48 | 100 | 1626 sa 1626,5 | 84 | 3 | 48 | 100 | 1645,5 sa 1645,6 | 104 | 3 | 57 | 3 | 1645,6 sa 1646,1 | 84 | 3 | 57 | 3 | 1646,1 sa 1655,9 | 74 | 3 | 57 | 3 | 1655,9 sa 1656,4 | 84 | 3 | 57 | 3 | 1656,4 sa 1656,5 | 104 | 3 | 57 | 3 | 1660,5 sa 1661 | 84 | 3 | 48 | 100 | 1661 sa 1690 | 74 | 100 | 48 | 100 | 1690 sa 3400 | 49(nota 2) | 100 | 48 | 100 | 3400 sa 10700 | 55(nota 3) | 100 | 48 | 100 | 10700 sa 21200 | 61 | 100 | 54 | 100 | 21200 sa 40000 | 67 | 100 | 60 | 100 | Nota 1Il-limiti l-baxxi għandhom japplikaw mal-frekwenzi ta' transizzjoni.Nota 2Fil-firxa 3 253,0 MHz sa 3 321,0 MHz l-EIRP massimu f'kejl tal-wisa’ ta' firxa ta' 100 kHz wieħed, u wieħed biss, m'għandux jaqbeż it-82 dBpW. Bnadi oħra f'din il-firxa il-limitu tal-qawwa f'din it-tabella għandu jiġi applikatNota 3F'kull waħda mill-firxiet 4 879,5 MHz sa 4 981,5 MHz, 6 506,0 Mhz sa 6 642,0 Mhz u 8 132,5 MHz sa 8 302,5 MHz, l-EIRP massimu f'kejl tal-wisa’ ta' firxa ta' 100 kHz wieħed, u wieħed biss, m'għandux jaqbeż it-72 dBpW. Fil-firxa 9 759,0 MHz sa 9 963,0 MHz il-qawwa massima f'kejl tal-wisa’ ta' firxa ta' 100 kHz wieħed, u wieħed biss, m'għandhiex taqbeż il-61 dBpW. Bnadi oħra f'din il-firxa il-limitu tal-qawwa f'din it-tabella għandu jiġi applikat.Nota 4Interpolata linearment minn 40 dBpW f’ 100 kHz ma’ 1 605,0 MHz sa 74 dBpW f’ 100 kHz ma’ 1 610,0 MHz.Nota 5Interpolata linearment minn 40 dBpW f’ 100 kHz ma’ 1 605,0 MHz sa 48 dBpW f’ 100 kHz ma’ 1 610,0 MHz. | --------------------------------------------------