Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0018

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar koperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali

    ĠU L 7, 13.1.1998, p. 37–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/18(1)/oj

    Related international agreement

    31998D0018



    Official Journal L 007 , 13/01/1998 P. 0037 - 0037


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-27 ta' Novembru 1997

    li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar koperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali

    (98/18/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228 [1] tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi fil-5 ta' April 1993 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem il-Komunità, ftehim fuq koperazzjoni doganali ma' wħud mis-soċji ewlenin tal-kummerċ tal-Komunità;

    Billi l-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada fuq il-koperazzjoni doganali u għajnuna amministrattiva reċiproka fuq affarijiet doganali għandu jkun approvat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada fuq il-koperazzjoni doganali u għajnuna reċiproka fuq affarijiet doganali huwa minn issa approvat f'isem il-Komunità.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, tirrappreżenta l-Komunità fuq il-Kumitat Konġunt tal-Koperazzjoni Doganali mwaqqaf skond l-Artikolu 20 tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill huwa minn issa awtorizzat li jaħtar il-persuni li jkollhom s-setgħa li jiffirmaw l-Ftehim f'isem il-Komunità.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill jagħmel l-avviż li hemm provdut fl-Artikolu 24 tal-Ftehim f'isem il-Komunità (1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Novembru 1997.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Patijn

    [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top