Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0550

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 550/97 ta' l-24 ta' Marzu 1997 dwar l-operazzjonijiet relatati ma' l-HIV/AIDS fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

    ĠU L 85, 27.3.1997, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/09/2003; Imħassar b' 32003R1568

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/550/oj

    31997R0550



    Official Journal L 085 , 27/03/1997 P. 0001 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 550/97

    ta' l-24 ta' Marzu 1997

    dwar l-operazzjonijiet relatati ma' l-HIV/AIDS fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 130w tat-Trattat,

    Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    waqt li jaġixxi skond il-proċedura li għaliha issir referenza fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [2],

    Billi l-awtorità tal-budget iddeċidiet, fil-qafas ta' tal-bidget ta' l-1988, li toħloq intestatura fil-budget maħsuba biex tgħin fil-ġlieda kontra l-epedemija ta' l-HIV/AIDS li permezz tagħha hija tfittex li tiżviluppa miżuri inovattivi li jikkomplimentaw dawk diġà implimentati fuq livelli oħrajn;

    Billi il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' Jannar 1994 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-HIV/AIDS fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, issottlinejat il-prinċipji tal-politika u l-prijoritajiet ta' l-istrateġija meħtieġa sabiex iżżid l-effettività ta' l-azzjoni mill-Komunità u l-Istati Membri f'dak il-qasam;

    Billi HIV/AIDS m'għadhiex epedemija fil-bidu tagħha, imma saret pandemija mifruxa mad-dinja kollha, u qiegħda tevolvi b'implikazzjonijiet soċjali u politiċi differenti, li jiddependi fuq ir-reġjuni u/jew il-pajjiżi in kwestjoni, u għalhekk teħtieġ struttura xierqa u rispons multisettorali li jmorru oltre r-riżorsi finanzjarji u umani ta' ħafna mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

    Billi l-Kunsill, fir-Resoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 1994, emfasizza il-gravità ta' l-epedemijja tal-HIV/AIDS u l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex tingħata iktar għajnuna lill-istrateġijji nazzjonali tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; billi hija identifikat, bħala prijoritajiet għal din l-għajnuna, strateġijji immirati lejn il-prevenzjoni iktar effettiva ta' trasmissjoni ibbażata fuq l-edukazzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u s-sigurtà tat-trasfusjoni, flimkien ma' strateġijji li jgħinu lil dawk li huma HIV-postiive u lill-morda, b'mod partikolari billi jiġu msaħħa s-sistemi tas-saħħa u tiġi miġġielda d-deskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali;

    Billi l-Parlament Ewropew u l-Assemlea Konġunta tal-KE-ACP, fir-Resoluzzjonijiet rispettivi tagħhom addottati fl-14 ta' April 1986 u fil-15 ta' Frar 1993, issottolinejaw ukoll il-ħtieġa li tingħata iktar importanza lill-kawżi u l-fatturi bħall-faqar fit-tixrid ta' l-epidemija, u tal-konsekwenzi ekonomiċi u soċjali ta' l-HIV/AIDS, speċjalment permezz ta' miżuri maħsuba biex itejjbu l-istatus tan-nisa u biex jgħinu lill-komunitajiet lokali sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-familji u l-individwi affetwati b'din il-pandemija;

    Billi kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll l-Kunsill sejħu għall-iżjed involviment tal-Komunità f'dan il-qasam;

    Billi l-effettività tal-programmi li jappoġġjaw strateġijji nazzjonali li jiġġieldu kontra l-HIV/AIDS jiddependi fuq it-titjib kordinat ta' l-għajnuna kemm fuq livell Ewropew kif ukoll ma' donaturi u aġenzijji tal-ĠM (Ġnus Magħquda), b'mod partikolari il-Unaids, u fuq l-użu ta' proċeduri flessibli mfasslin skond in-natura speċifika ta' l-attivitajiet u s-sħab ikkonċernati; billi r-Resoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill isejħu għall-iktar sforzi f'dik id-direzzjoni;

    Billi gtħandhom jiġu stabbiliti regoli amministrattivi u proċeduri għall-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-HIV/AIDS;

    Billi ammont ta' referenza finanzjarju fis-sens tal-punt 2 tad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 1995 [3] huwa inkluż f'dan ir-Regolament għall-perjodu 1997 sa l-1999 mingħajr ma jaffettwa il-poteri ta' l-awtortita' tal-budget kif huma definiti mit-Trattat,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-Komunità għandha timplimenta programm biex jgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (minn hawn "il quddiem" il-programm') fl-isforzi tagħhom sabiex inaqqsu t-tixrid ta' l-epidemijja ta' l-HIV/AIDS u jgħinhom jiffaċċjaw l-impatt tagħha fuq is-saħħa u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

    Il-programmm għandu jiġi indirizzat primarjament lejn il-pajjiżi l-iktar fqar u l-inqas żviluppati u lill-iktar sezzjonijiet żvantaġġjati tal-popolazzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

    Il-Komunità għandha tagħti prijorità sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:

    (a) it-tnaqqis tat-trasmissjoni ta' l-HIV/AIDS u t-tixrid ta' mard ieħor li kapiċi jiġi trasmess sesswalment jew qabel it-twelid;

    (b) it-tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali sabiex ikunu jistgħu ilaħħqu mal-ħtiġiet dejjem jikbru ikkawżati mit-tixrid ta' l-epidemijja;

    (ċ) li tingħata għajnuna lill-gvernijiet u lill-komunitajiet sabiex jevalwaw l-impatt ta' l-epidemijja fuq setturi ekonomiċi u gruppi soċjali differenti, u sabiex jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji sabiex ilaħħqu magħha;

    (d) li tiġi żviluppata fehma xjentifika ta' l-epidemijja u ta' l-impatt tal-miżuri, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tagħhom, filwaqt li jeskludu r-riċerka bażika;

    (e) li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra, u l-esklużjoni soċjali u ekonomika ta', persuni infettati bl-HIV/AIDS.

    2. Sabiex tilħaq l-għanijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, il-Komunità għandha tappoġġja serje ta' miżuri li jikkonsidraw il-prinċipji tal-politika fundamentali li ġejjin, partikolarment, huma għandhom:

    (a) ikunu addattati għar-riskju li jirrisulta mill-ambjent soċjo-ekonomiku u l-ħtiġijiet ta' gruppi vulnerabbli kif determinati mill-imġieba individwali u minn fatturi soċjo-ekonomiċi u fatturi demografiċi;

    (b) ikunu speċifiċi skond is-sess;

    (ċ) ikunu ibbażati fuq ir-rispett tad-drittijiet ta' l-individwu u jipprovdu taħriġ soċjali għall-persuni konċernati;

    (d) iżidu l-motivazzjoni ta' l-individwi u l-komunitajiet u jgħinuhom jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom u jsiru iktar indipendenti;

    (e) ikunu integrati fis-saħħa, edukazzjoni u politika oħrajn;

    (f) ikunu addattati għad-diversi stadji ta' l-iżvilupp ta' l-epidemija;

    (g) jinkoraġġixxu l-impenn kemm politiku kif ukoll finanzjarju mill-gvernijiet biex jirrispondu għall-HIV/AIDS.

    Artikolu 2

    Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' prijorità msemmijja fl-Artikolu 1 għandhom jappoġġjaw strateġiji żviluppati fuq livell internazzjonali, reġjonali u nazzjonali mal-pajjiżi benefikanti u għandhom jinkludu, fir-rigward ta' kull għan:

    1. tnaqqis fit-trasmissjoni ta' l-HIV/AIDS u t-tixrid ta' mard ieħor li kapaċi jkun trasmess sesswalment jew qabel it-twelid permezz ta':

    (a) informazzjoni u edukazzjoni dwar is-sesswalità u s-saħħa riproduttiva u d-drittijiet fir-rigward tar-riproduzzjoni; għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri speċjali addattati u aċċessibli għall-gruppi mmirati, speċjalment nies f'ambjent ta' riskju kbir u l-individwi u l-komunitajiet li huma soċjalment u ekonomikament l-iktar vulnerabbli, b'mod partikolari nisa u żgħażagħ. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll djalogi ma' komunitajiet reliġjużi;

    (b) ikbar effiċjenza fit-tnaqqis tat-trasmissjoni ta' l-HIV u ta' mard trasmess sesswalment (MTS), inter alia permezz tal-promozzjoni ta' metodi ta' eżaminazzjoni u ta' trattament aħjar għal dan il-mard;

    (ċ) iktar disponibbiltà u użu ta' mezzi u metodi differenti ta' protezzjoni, li jinkludu s-sigurtà ta' trasfużjonijiet tad-demm u forom oħrajn ta' injezzjoni;

    (d) appoġġ sabiex il-problema ta' l-HIV/AIDS tiġi meqjusa fil-politika u fi strateġija dwar żvilupp;

    (e) appoġġ għall-miżuri li jimmiraw sabiex iżidu l-poter ta' deċiżjoni tan-nisa fl-oqsma kollha tas-sesswalita' u tas-saħħa reproduttiva, biex jgħinhom sabiex jinkoraġġixxu l-użu iktar spiss ta' mezzi u metodi ta' protezzjoni differenti kontra l-infezzjoni u t-trasmissjoni ta' l-HIV/MTS, li jaġixxu skond il-ħtieġa u li jipproteġu s-saħħa tat-tfal li għadhom ma twieldux u li jżidu l-kuxjenza, u r-responsabbiltà, għal dawn il-kwistjonijiet fil-popolazzjoni, speċjalment fil-popolazzjoni maskili;

    2. tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali sabiex huma jkunu ilaħħqu mal-ħtiġijiet dejjem jikbru ikkawżati mit-tixrid ta' l-epidemijja permezz ta':

    (a) tisħiħ fis-servizzi tas-saħħa, partikolarment fis-servizzi tas-saħħa primarja, billi jittieħdu passi sabiex jiżdiedu l-kapaċitjajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu żviluppati attivitajiet ta' prevenzjoni u kura u sabiex jittejjeb l-aċċess għall-dawk li huma l-iktar vulnerabbli;

    (b) metodi ta' studju u mezzi sabiex jittejjeb l-aċċess għat-trattament għal nies infettati bl-HIV fl-iktar pajjiżi foqra. Dan l-istudju għandu jsir b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-aġenziji tal-Ġnus Magħquda, NGOs konċernati, laboratorji farmatewtiċi u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

    (ċ) tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-rigward tat-trasfużjoni tad-demm u s-sigurtà nosokomjali;

    (d) taħriġ imtejjeb għall-personal mediku u paramediku;

    (e) notifikazzjoni u sistemi ta' statistika mtejjba għas-sorvelljanza epidemoloġika;

    3. għajnuna lill-gvernijiet u lill-komunitajiet sabiex jevalwaw l-impatt ta' l-epidemija fuq setturi ekonomiċi u gruppi soċjali differenti u sabiex jiġu definiti u mplimentati strateġiji li jlaħħqu magħha permezz ta':

    (a) assistenza teknika li jgħinu lill-gvernijiet janalizzaw l-impatt soċjali u ekonomiku ta' l-epidemijja u jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji xierqa fis-setturi in kwestjoni;

    (b) appoġġ tekniku u finanzjarju sabiex l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-komunitajiet lokali jottimizzaw il-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-prevenzjoni u l-kura, speċjalment permezz ta' għajnuna bil-formazzjoni ta' sistemi interkonnessi intenzjonati sabiex itejjbu l-isforzi ta' l-effettività u sabiex jirrafforzaw l-informazzjoni, il-kordinazzjoni u l-kollaborazzjoni tal-protagonisti kollha;

    (ċ) l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali sabiex jiżviluppaw strateġiji lokali dwar informazzjoni, programmi ta' edukazzjoni sesswali u finanzjament;

    4. żvilupp ta' fehma xjentifika ta' l-epidemijja u l-impatt tal-miżuri, bil-għan li tittejjeb il-kwalita' tagħhom, waqt li tiġi eskluża r-riċerka bażika, permezz ta':

    (a) l-iżvilupp ta taħriġ xjentifiku permezz ta' sorvelljanza aħjar ta' programmi ibbażat fuq indikaturi relevanti, u t-tisħiħ ta' riċerka applikata medika, soċjoloġika, u antropoloġika;

    (b) appoġġ għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-esperjenza akkwistata;

    5. li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra, u l-esklużjoni ekonomika u soċjali ta', persuni infettati b'HIV/AIDS billi:

    (a) jiġi promoss ir-rispett għad-drittijiet ta' l-individwu, u b'mod partikolari drittijiet fir-rigward tar- riproduzzjoni;

    (b) li jiġi nkuraġġit in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u li tiġi kumbattuta l-istigma attribwita lil dawk li jgħixu bil-virus, b'mod partikolari b'kampanji ta' informazzjoni pubbliċi u bit-twaqqif ta' qafas leġislattiv approprjat.

    Artikolu 3

    L-aġenti ta' ko-operazzjoni eleġibbli għal appoġġ finanzjarju taħt dan ir-Regolament jinkludu:

    - dipartimenti u aġenziji nazzjonali, reġjonali u tal-gvernijiet lokali,

    - awtoritajiet lokali u entitajiet diċentralizzati oħrajn, li jinkludu strutturi soċjali tradizzjonali,

    - organizazzjonijiet reġjonali u internazzjonali,

    - istituzzjonijiet ta' riċerka u universitajiet,

    - Komunitajiet lokali u s-settur privat, jinkludu NGOs, organizazzjoniet tan-nisa u gruppi u assoċjazzjonijiet ta' l-għeruq li jistgħu jikkontribwixxu kwalunkwe ħila esperta li għandhom sabiex ifasslu, jimplimentaw u jissorveljaw l-istrateġijji ta' prijorità fil-qasam ta' l-HIV/AIDS deskritti fl-Artikolu 2.

    Artikolu 4

    1. L-instrumenti li jridu jintużaw waqt l-andament ta' l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 2 għandha tinkludi studji, assistenza teknika, taħriġ u servizzi oħrajn, provvisti u xogħolijiet, kif ukoll verifika u evalwazzjoni tal-missjonijiet ta' sorvelljanza. Għandha tingħata prijorità sabiex tiżdied il-kapaċità nazzjonali, partikolarment permezz ta' taħriġ bil-għan li din tkun vijabbli fit-tul.

    2. L-iffinanzjament tal-Komunità jista' jkopri kemm in-nefqa ta' l-investiment, bl-eċċezzjoni tax-xiri ta' bini u, minħabba li l-proġett irid, sa fejn huwa possibbli, jimmira lejn vijabbiltà ta' terminu medju, in-nefqa rikorrenti (li tinkludi nefqa amministrattiva, manutenzjoni u spejjeż kurrenti).

    3. Għal kull operazzjoni ta' koperazzjoni għandha tiġi mfittxa kontribuzzjoni mis-sħab definiti fl-Artikolu 3. Il-kontribuzzjoni tagħhom għandha tiġi mitluba skond il-mezzi tagħhom u n-natura ta' l-operazzjoni konċernata.

    4. Opportunitajiet għandhom jiġu mfittxa għall-kofinanzjament ma' fornituri ta' fondi oħrajn, u speċjalment ma' l-Istati Membri.

    5. Il-miżuri neċessarji għandhom jittieħdu sabiex jenfasizzaw il-karattru Komunitarju ta' l-għajnuna provvduta taħt dan ir-Regolament.

    6. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' konsistenza u kumplimentarjetà li għalihom issir referenza fit-Trattat u bil-għan li tiġi garantita l-effettività ottimali ta' dawn l-operazzjonijiet kollha, il-Kummissjoni tista' tieħu il-miżuri kollha ta' kordinazzjoni meħtieġa, li jinkludu b'mod partikolari:

    (a) it-twaqqif ta' sistema ta' skambju sistematiku u ta' analiżi ta' informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati u dawk li l-Komunità u l-Istati Membri jipproponu li jiffinanzjaw;

    (b) kordinazzjoni fuq il-post ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet permezz ta' laqgħat regolari u l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri fil-pajjiż benefikant.

    7. Sabiex jinkiseb l-ikbar impatt possibli globali u nazzjonali, il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tieħu kull inizjattiva meħtieġa sabiex tagħmel ċert li jkun hemm kordinazzjoni kif suppost u kollaborazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi benefikanti u l-fornituri ta' fondi u aġenzijji internazzjonali oħrajn involuti, b'mod partikolari dawk li jifformaw parti mis-sitema tal-Ġnus Magħquda, u b'mod iktar speċifiku l-Unaids.

    Artikolu 5

    L-appoġġ finanzajrju taħt dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta' għotjiet.

    Artikolu 6

    L-ammont ta' referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm matul il-perjodu 1997 sa l-1999 għandu jkun ta' 45 miljun ECU.

    L-approprijazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita' ta' l-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

    Artikolu 7

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli sabiex tevalwa, tiddeċiedi u tamminsitra l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament skond l-budget u l-proċeduri l-oħrajn fis-seħħ, b'mod partikolari dawk imfassla fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' għotjiet ta' iktar minn 2 miljun ECU għal operazzjonijiet individwali iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat li għalih issir referenza fl-Artikolu 8 b'mod konċiż dwar id-deċiżjonijiet finanzjarji li hija beħsiebha tieħu fir-rigward ta' proġetti u proġrammi b'valur ta' inqas minn 2 miljun ECU. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux iktar tard minn ġimgħa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni.

    3. Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tapprova, mingħajr ma jkollha għalfejn tirrikorri għall-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 8, kwalunkwe impennji supplimentari meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż żejda mistennija jew reali marbuta ma' l-operazzjonijiet, fejn iż-żjieda jew ir-rekwiżit addizzjonali ikunu inqas minn jew ugwali għal 20 % ta' l-impenn inizjali iffissat mid-deċiżjoni ta' l-iffinanzjar.

    4. Kull ftehim li jiffinanzja jew kuntratti konklużi taħt dan ir-Regolament għandhom jipprovdu sabiex il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jmexxu kontrolli fuq il-post skond il-proċeduri normali stabbiliti mill-Kummissjoni taħt ir-regoli fis-seħħ, b'mod partikolari dawk fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    5. Meta l-operazzjonijiet jkunu soġġetti għal ftehim ta' finanzjament bejn il-Komunità u l-pajjiżi reċipjenti, dawn il-ftehim għandhom jistipulaw li l-pagament ta' taxxi, ta' dazji u ta' piżijiet oħrajn m'humiex koperti mill-Komunità.

    6. Il-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta' kuntratti għandhom ikunu miftuħa fuq termini ugwali għall-persuni naturali u ġuridiċi ta' l-Istati Membri u tal-pajjiż reċipjent. Tista'tiġi estiża għall-pajjiżi oħrajn li qegħdin jiżviluppaw u, f'każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, għal pajjiżi terzi oħra.

    7. Il-provvisti għandhom joriġinaw fl-Istati Membri, fil-pajjiż reċipjent jew f'pajjiżi oħrajn li qegħdin jiżviluppaw. F'każijiet eċezzjonali debitament ġustifikati l-provvisti jistgħu joriġinaw x'imkien ieħor.

    8. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawn li ġejjin:

    - li jintlaħqu effettività ta' l-ispejjeż u impatt sostenibbli fid-disinn tal-proġett,

    - id-definizzjoni u s-sorvelljanza ċara ta' l-għanijiet u l-indikaturi tal-ksib tal-proġetti kollha.

    9. L-assistenza provvduta taħt dan ir-Regolament għandha tikkumplimenta u ssaħħaħ l-għajnuna provvduta taħt strumenti oħrajn tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp.

    Artikolu 8

    1. Il-kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat determinat ġeografikament kompetenti għall-iżvilupp.

    2. Ir-rappresentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fiż-żmien lu l-president jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata permezz tal-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jintiżnu bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

    Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri previsti jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

    Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Kunsill proposta li għandha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, ma' l-iskadenza ta' perjodu ta' tlett xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu ma aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 9

    L-iskambju ta' opinjonijiet għandu jsir għall-inqas darba f'sena fuq bażi ta' preżentazzjoni mir-rappreżentant tal-kummissjoni tal-linji ta' gwida ġenerali għall-operazzjonijiet li jridu jitwwttqu fis-sena li ġejja, fil-qafas ta laqgħa konġunta tal-Kumitati li għalihom issir referenza fl-Artikolu 8(1).

    Artikolu 10

    1. Wara kull sena tal-budget, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropejwu lill-Kunsill, li jiġbor fil-qasir l-operazzjonijiet iffinanzjati matul dik is-sena u li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul dak il-perjodu.

    Is-sommarju għandha b'mod partikolari jipprovdi informazzjoni dwar dawk li magħhom il-kuntratti ġew konklużi.

    2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità bil-għan li jiġi stabbilit jekk l-objettivi immirati minn dawn l-operazzjonijiet inkisbux u li jiġu provvduti linji ta' gwida sabiex tittejjeb l-effettivita' ta' l-operazzjonijiet futuri. Il-Kummmissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat li għalih issir referenza fl-Artikolu 8 sommarju ta' l-evalwazzjonijiet li jkunu saru li, jekk approprjat, jista' jiġi eżaminat mill-Kumitat. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom jitpoġġew għad-disposizzjoni ta' kull Stat Membru li jagħmel talba għalihom.

    3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, l-iktar tard xahar wara d-deċiżjoni tagħha, dwar l-operazzjonijiet u l-proġetti approvati, billi tgħid l-ispejjeż tagħhom u n-natura, il-pajjiż reċipjent u l-isħab.

    Artikolu 11

    Tlett snin wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, il-Kommissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ġenerali ta' l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità taħt dan ir-Regolament, flimkien ma' suġġerimenti li jirrigwardaw il-futur ta' dan ir-Regolament u, fejn hu neċessarju, proposti biex jemendawh.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Marzu 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Van Mierlo

    [1] ĠU C 252, tat-28.9.1995, p. 4.

    [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 1996 (ĠU C 152, tas-27.5.1996, p. 44), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1996 (ĠU C 264, tal-11.9.1996, p. 21) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Novembru 1996 (ĠU C 362, tat-2.12.1996, p. 43).

    [3] ĠU C 102, ta' l-4.4.1996, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top