This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0740
97/740/EC: Commission Decision of 14 October 1997 on the procedure for attesting the conformity of construction products pursuant to Article 20 (2) of Council Directive 89/106/EEC as regards masonry and related products (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatatiTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatatiTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 299, 4.11.1997, p. 42–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32001D0596 | Emenda | anness 2 | DATNOT | |
Modified by | 32001D0596 | Emenda | anness 3 | DATNOT |
Official Journal L 299 , 04/11/1997 P. 0042 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatati (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (97/740/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha, Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-‘proċedura l-anqas oneruża possibli li tkun konsistenti mas-sigurtà’; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew għal familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-manifattur, tkunx il-kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mat-twettieq tal-kriterja msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat tal-attestazzjoni ikunx għalhekk meħtieġ; Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fuq il-mandat u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; Billi ż-żewġ proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implementati, b’referenza għall-Anness III, għall-kull prodott jew familja ta’ prodotti, la darba l-Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi; Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibilitajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi għas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-ewwel possibilità, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti u l-familji tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom iċċertifikta bi proċedura li biha l-manifattur ikollu r-responsabbilità unika tiegħu is-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika biex jassigura li l-prodott ikun f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti. Artikolu 2 Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom iċċertifikata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produżżjoni fil-fabbrika operati mill-manifattur, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fl-assessjar u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 3 Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati. Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Ottubru 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Bini bil-ġebel u prodotti relatati - Unitajiet ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija II biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji, - Unitajiet speċjali ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija II b’materjali ta’ insulazzjoni termika inkorporati fihom biex ikunu użati fil-ħitan u d-diviżjori u li ma humiex inklużi fl-Anness II, - tajn tal-bini bil-ġebel maħduma fil-fabbrika preskritti biex ikun użat fil-ħitan, kolonni u diviżorji, - tajn tat-tikħil/l-illixxar maħduma fil-fabbrika biex ikun użat fil-ħitan, kolonni, diviżorji u l-illixxar tas-soqfa, u - irbit, qfiel ta’ saħħa, spallieri tat-travi, mensuli, angoli tas-sostenn, infurzament ta’ l-għaqdiet fil-pedamenti u blajjiet biex ikunu nkorporati f’ħitan, kolonni u diviżorji tal-ġebel. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Bini bil-ġebel u prodotti relatati - Unitajiet ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija I biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji, - Unitajiet speċjali ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija I jew II b’materjali ta’ insulazzjoni termika inkorporati fihom ikklassifikati taħt waħda mill-Ewro-klassijiet A, B jew C li dwarhom ir-reazzjoni ta’ kif iġibu rwieħhom waqt nirien huwa suxxettibbli għal kambjament matul il-proċess tal-produzzjoni (ġeneralment, dawk magħmula minn materja prima kombustibbli) jew li huma mibdula permezz ta’ l-inkorporazzjoni ta’ ċerti aġenti, bħal ma huma l-fire retardants, li għandhom ikunu wżati fil-ħitan u d-diviżorji suġġetti għar-regolamenti rigward ir-reazzjoni lejn in-nar, imma biss meta dan il-materjal ikun suxxettibbli li jkun espost għal-nirien fis-sitwazzjoni aħħarija tiegħu, u - tajn tal-bini bil-ġebel maħduma fil-fabbrika iddisinjati biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji. -------------------------------------------------- L-ANNESS III FAMILJA TA’ PRODOTTI BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI (1/3) Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti: Is-Sistema 2+: Ara l-Annes III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibbilità, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat. Is-Sistema 4: Ara l-Annes III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbilità. Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tal-konformità tas-sistema(i) | Unitajiet ta’ bini bil-ġebel kategorija I | Fil-ħitan, kolonni jew diviżorji | — | 2+ | Magħmulin fil-fabbrika, tajn maħsub għall-bini bil-ġebel | Unitajiet ta’ bini bil-ġebel Kategorija II | Fil-ħitan, kolonni jew diviżorji | — | 4 | Magħmulin fil-fabbrika, tajn preskritt, għall-bini bil-ġebel | Magħmulin fil-fabbrika, tajn tat-tikħil/l-illixxsar | Fl-illixxar tal-ħitan, kolonni, diviżorji u soqfa | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward. FAMILJA TA’ PRODOTTI BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI (2/3) Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti: Sistema 3: Ara l-Anness III 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà. Prodott(i) | Użu(i) intiż(i) | Livel(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità | Irbit, ċintorini ta’ l-isikkar, spallieri tat-travi, mensuli, angoli ta’ sostenn, għaqdiet għat-tisħiħ tal-pedamenti u blajjet | fil-ħitan u d-diviżorji | — | 3 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward. FAMILJA TA’ PRODOTTI TAL-BINI U L-PRODOTTI RELATATI (3/3) Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti: Is-Sistema 1: Ara l-Anness III (2) (i) tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr l-awditjar tat-testijiet tal-kampjuni. Is-Sistema 3: Ara l-Anness III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbilità. Is-Sistema 4: Ara l-Anness III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbilità. Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (Reazzjoni għan-nar) | attestazzjoni tal-konformità tas-sistema(i) | Unitajiet tal-bini bil-ġebel li jinkorporaw materjali ta’ l-insulazzjoni termika imqiegħda fuq il-wiċċ suxxettibbli li jkun espost għan-nar | Fil-ħitan jew fid-diviżorji suġġetti għal reazzjoni rigward ir-regolamenti dwar in-nirien | A, B jew C | 1 | A, B jew C | 3 | D, E jew F | 4 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward. --------------------------------------------------