EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1476

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1476/96 tas-26 ta' Lulju 1996 li jiftaħ il-kwoti għal importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti li jaqgħu fil-kategoriji 87 u 109 u li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni ta' l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti terzi pajjiżi

ĠU L 188, 27.7.1996, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R0936

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1476/oj

31996R1476



Official Journal L 188 , 27/07/1996 P. 0004 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1476/96

tas-26 ta' Lulju 1996

li jiftaħ il-kwoti għal importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti li jaqgħu fil-kategoriji 87 u 109 u li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni ta' l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti terzi pajjiżi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni dwar l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti terzi pajjiżi li ma humiex koperti bi ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew b'regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 538/96 [2], u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 5 flimkien ma l-Artikolu 25(4) tiegħu,

Billi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jesiġi li l-prodotti tat-tessuti li hemm referenza għalihom fl-Anness V u li joriġinaw mill-pajjiżi indikati hemm, jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità basta li l-limitu tal-kwantità annwali jkun ġie stabbilit bil-proċeduri xierqa kif inhuma pprovduti fl-Artikolu 25;

Billi l-Kummissjoni irċeviet talbiet minn tlett Stati Membri bl-iskop li jiġu introdotti limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' prodotti li jaqgħu fil-kategoriji 87 (ingwanti, ingwanti mingħajr swaba u manikotti, li ma humiex innitjati jew maħduma bil-ganċ) u 109 (kampijiet, qlugħ, tined u purtieri tax-xemx) li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq (imniżżla fl-Anness V tar-Regolament (KE) 5174/94) biex jissodisfa ċerti ħtiġiet tas-suq, wara konsiderazzjonijiet fil-kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, kien ġie kkunsidrat xieraq li partikolarment fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità ikkonċernata, li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi annwali għal importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li jaqgħu fil-kategoriji 87 u 109 li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq ta' 5 tunnellati u 10 tunnellati rispettivament, li jkunu applikabli mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; billi l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) 517/94 għandu jkun skond kif emendat; billi l-kwoti f'dan il-każ ikunu mmaniġjati, fl-interess tas-sigurtà legali; bi qbil u skond l-Artikolu 17 ta' ta' dan ir-Regolament;

Billi dawn il-miżuri huma skond l-opinjonijiet tal-kumitat imwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti li jaqgħu fil-kategoriji 87 u 109 u li joriġinaw mil Korea ta' Fuq, għandhom ikunu suġġetti, bla ħsara għal limiti kwantitattivi annwali ta' 5 tunnellati u 10 tunnellati rispettivament.

Il-limiti kwantitattivi kif provduti hawn fuq għandhom ikun immaniġġjati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94.

Artikolu 2

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 517/94 huma hekk emendati kif indikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regoament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu japplikabbli fl-Istati Membru kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Leon Brittan

Viċi-President

[1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1.

[2] ĠU L 79, tad-29.3.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS IV

Limiti kwantitattivi annwali tal-Komunità kif riferuti fl-Artikolu 3(1)

(Id-deskrizzjoni tal-prodotti fil-kategoriji imniżla f'dan l-Anness jinsabu fl-Anness I A ta' dan ir-Regolament)

KOREA TA' FUQ

Kategorija | Unità | Kwantità |

1 | tunnellati | 128 |

2 | tunnellati | 145 |

3 | tunnellati | 49 |

4 | 1000 biċċa | 285 |

5 | 1000 biċċa | 119 |

6 | 1000 biċċa | 144 |

7 | 1000 biċċa | 93 |

8 | 1000 biċċa | 133 |

9 | tunnellati | 71 |

12 | 1000 pár | 1290 |

13 | 1000 biċċa | 1509 |

14 | 1000 biċċa | 94 |

15 | 1000 biċċa | 107 |

16 | 1000 biċċa | 55 |

17 | 1000 biċċa | 38 |

18 | tunnellati | 61 |

19 | 1000 biċċa | 411 |

20 | tunnellati | 141 |

21 | 1000 biċċa | 2857 |

24 | 1000 biċċa | 263 |

26 | 1000 biċċa | 173 |

27 | 1000 biċċa | 167 |

28 | 1000 biċċa | 285 |

29 | 1000 biċċa | 75 |

31 | 1000 biċċa | 293 |

36 | 1000 biċċa | 91 |

37 | 1000 biċċa | 356 |

39 | 1000 biċċa | 51 |

59 | 1000 biċċa | 466 |

61 | 1000 biċċa | 40 |

68 | 1000 biċċa | 75 |

69 | 1000 biċċa | 184 |

70 | 1000 biċċa | 270 |

73 | 1000 biċċa | 93 |

74 | 1000 biċċa | 133 |

75 | 1000 biċċa | 39 |

76 | tunnellati | 74 |

77 | tunnellati | 9 |

78 | tunnellati | 115 |

83 | tunnellati | 31 |

87 | tunnellati | 5 |

109 | tunnellati | 10 |

117 | tunnellati | 51 |

118 | tunnellati | 23 |

142 | tunnellati | 10 |

151A | tunnellati | 10 |

151B | tunnellati | 10 |

161 | tunnellati | 152 |

ANNESS V

Riferut fl-Artikolu 3(3)

(Id-deskrizzjoni tal-prodotti fil-kategoriji imnżla f'dan l-Anness jinsabu f'L-Anness I A ta' dan ir-Regolament)

KOREA TA' FUQ

Kategoriji: | 10, 22, 23, 32, 33, 34, 35, 38, 40, 41, 42, 49, 50, 53, 54, 55, 58, 62, 63, 65, 66, 67, 72, 84, 85, 86, 88, 90, 91, 93, 97, 99, 100, 101, 111, 112, 113, 114, 120, 121, 122, 123, 124, 130, 133, 134, 135, 136, 137, 138, 140, 141, 145, 146A, 146B, 146C, 149, 150, 153, 156, 157, 159, 160.' |

"

--------------------------------------------------

Top