This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0902
Commission Regulation (EC) No 902/96 of 20 May 1996 concerning the classification of certain goods in the combined nomenclautre
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/96 tal-20 ta' Mejju 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/96 tal-20 ta' Mejju 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda
ĠU L 122, 22.5.1996, pp. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 31999R0936 | Emenda | anness PT 4 | 06/05/1999 | |
| Modified by | 32009R1179 | Emenda | anness | 23/12/2009 | |
| Modified by | 32013R0441 | Emenda | anness | 04/06/2013 |
Official Journal L 122 , 22/05/1996 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/96 tal-20 ta' Mejju 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma’ dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NK indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista’ tissokta tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur; Billi l-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NK indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista’ tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 18. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika tal-kodiċi (NM) | Raġuni | (1) | (2) | (3) | 1.Mekkaniżmu ta' rilaxx tal-clutch b'end-stop wieħed biss għall-clutches awtomattivi ta' disinn ħafif fil-piż, u li għandu kisi ta' gwida miksi bl-azzar li jinkorpora ball thrust bearing u qoxra ta' barra miksija bl-azzar li jista' jkollha strixxi ta' spring-steel, konnessjonijiet snap-on jew throw-out pins tal-metall annessi. | jew | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bi-klieml tal-kodiċijiet tan-NM 8708 , 870893, 87089310 (għall-immuntar industrijali) u 87089090. | 2.Mekkaniżmu ta' rilaxx tal-clutch b'end-stop wieħed biss għall-clutches awtomattivi ta' disinn ħafif fil-piż, u li jinkludi kisi ta' gwida jew kisi jiżżerżaq ta' l-aluminju jew ħadid fondut u ċirku tal-metall li jinkorpora ball thrust bearing. | jew | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem tal -kodiċijiet tan-NM 8708 , 870893, 87089310 (għall-immuntar industrijali) u 87089390. | 3.Lawn-mower li jikkonsisti mill-partijiet essenzjali li ġejjin ippreżentati flimkien: | | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota 2 mal-Kapitolu 87 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8701, 701908 , 87019011 kif ukoll 8433 , 843319 u 84331990. | (a)tractor żgħir misjuq b'mutur ta' mhux iktar minn 18 kW mgħammar b'sistema idrawlika (power take-off) li magħha jistgħu jitwaħħlu aċċessorji varji; | 87019011 | (b)għodda li taqta' bħala apparat li jista' jinbidel ma' apparati oħra, iddisinjata biex titwaħħal mal-power take-off fuq it-trattur. | 84331990 | 4.Liga tal-ħadid (liga tas-silikon) li fiha bil-piż bejn wieħed u ieħor 40 % ħadid, bejn wieħed u ieħor 47 silikon, bejn wieħed u ieħor 5 % manjesju u total ta' bejn wieħed u ieħor 8 % ta' kalċju, aluminju u metalli ta' l-art rari. | 72022900 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-Nota 1(ċ) u s-subtitolu Nota 2 mal-Kapitolu 72 u l-kliem tal-tan-NM 7202 kodiċijiet u 72022900. | 5.Apparat ta' l-elettriku f'immuntar kumpatt li fih:(a)sett tat-telefon li jinkorpora magna li twieġeb,u(b)Magna tal-fax b'apparat li jibgħat/jirċievi, għodda ta' scanning, irrekordjar u tweġib għat-trasmissjoni ta' test, xbihat u grafiċi via s-sistema tat-telefon.Is-sett tat-telefon b'magna għal tweġibiet u l-fax m'humiex intiżi biex jaħdmu fl-istess ħin. | 85172100 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3ċ u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI (għalkomponent (a)) u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517, 851721 u 85172100. La l-komponent (a) lanqas il-komponent | --------------------------------------------------