Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0874

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 874/96 ta’ l-14 ta’ Mejju 1996 dwar importazzjonijiet ta’ annimali ovini u kaprini ta’ razza pura għat-tnissil minn pajjiżi terzi

    ĠU L 118, 15.5.1996, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/874/oj

    31996R0874



    Official Journal L 118 , 15/05/1996 P. 0012 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 874/96

    ta’ l-14 ta’ Mejju 1996

    dwar importazzjonijiet ta’ annimali ovini u kaprini ta’ razza pura għat-tnissil minn pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-ngħaġ u tal-laħam tal-mogħoż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1265/95 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi ma jitħallasx dazju ta’ importazzjoni fuq annimali ta’ l-ispeċi ovini ta’ razza pura għat-tnissil li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 01041010 u jitħallas f’livell imnaqqas fuq annimali ta’ l-ispeċi kaprini ta’ razza pura għat-tnissil fuq importazzjoni fil-Komunità, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 01042010;

    Billi, sabiex tkun tista’ ssir applikazzjoni proprja tar-regoli tal-Komunità f’dan ir-rigward, l-espressjoni annimal ta’ razza pura għat-tnissil għandha tkun iċċarata; billi l-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji li għandhom x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet zootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali, l-isperma tagħhom, l-ova u l-embrijo, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar annimali ta’ razza pura għat-tnissil ta’ l-ispeċi bovini [3], għandu jkun użat għal dan il-għan;

    Billi sabiex ikun assigurat li annimali importati huma fil-fatt maħsuba għat-tnissil għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tar-razza jew ta’ tnissil għal dawk l-annimali u l-importaturi għandhom jobbligaw rwiehom li jżommu l-annimali ħajjin għal ċertu perjodu;

    Billi, iżda importazzjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil li sseħħ fir-reġimi tal-kwota mbassra fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-laħam tal-mogħoż [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2526/95 [5], għandha tkun eżentata minn din il-kondizzjoni tad-dwana;

    Billi minħabba li m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal garanzija li tassigura li dawn l-annimali jinżammu ħajjin għal dak il-perjodu, għandha ssir dispożizzjoni għat-Titolu VII il-Kapitolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali tal-Komunità [6], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [7], li tapplika meta l-kondizzjoni dwar dak il-perjodu ma tkunx osservata;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għan-Ngħaġ ul-Mogħoż,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Għall-għan li jinġabru dazji ta’ importazzjoni, annimal ħaj ta’ l-ispeċi ovini jew kaprini għandu jkun ikkonsidrat bħala annimal ta’ razza pura għat-tnissil li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 01041010 jew 01042010 kif xieraq jekk iħares il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/28/KE.

    2. B’żieda, għall-għan tar-Regolament presenti, annimali nisa biss ta’ mhux aktar minn erba’ snin għandhom jitqiesu bħala nisa ta’ razza pura għat-tnissil.

    Artikolu 2

    1. Qabel ma jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa annimali ta’ l-ispeċi ovini u kaprini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 01041010 jew 01042010 kif xieraq u ħlief fejn l-importazzjonijiet iseħħu fir-reġimi tal-kwota skond it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1439/95 għandhom ikunu preżentati lill-awtoritajiet doganali fir-rigward ta’ kull annimal kopji taċ-ċertifikat tar-razza u ta’ dokumenti oħra li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/28/KE.

    B’żieda, għandha tintbagħat dikjarazzjoni bil-miktub lill-awtoritajiet doganali għall-għan li, minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, l-annimal ma jinqatilx fi żmien 12-il xahar mill-jum li fih jinħareġ mid-dwana.

    2. Mhux aktar tard mill-aħħar tal-15-il xahar li jiġu wara dak ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa, għandha tintbagħat prova lill-awtoritajiet doganali msemmija fil-paragrafu 1 li l-annimal:

    (a) ma nqatilx qabel ma jiskadi il-limitu ta’ żmien preskritt fil-paragrafu 1 u li ġie rreġistrat jew imdaħħal fi ktieb tal-merħla; jew

    (b) ikun inqatel qabel ma skada l-limitu ta’ żmien minħabba raġunijiet ta’ saħħa jew li miet b’konsegwenza ta’ marda jew aċċident.

    Il-prova msemmija f’ (a) għandha tikkonsisti f’ċertifikat imħejji mill-organizazzjoni jew assoċjazzjoni ta’ min irabbi approvata uffiċjalment mill-Istat Membru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/254/KEE [8] jew minn aġenzija uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jżomm il-ktieb tal-merħla. Il-prova msemmija f’ (b) għandha tikkonsisti f’ċertifikat imħejji minn organizazzjoni uffiċjali nnominata mill-Istat Membru.

    3. Nuqqas milli jkunu osservati dawn il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-perjodu ta’ 12-il xahar, ħlief fejn japplika l-paragrafu 2(b), għandu jirriżulta fi kklassifikar ta’ l-annimali in kwistjoni taħt il-kodiċi NM 01041080 jew 01042090 kif xieraq u għandu jagħti lok għall-proċedimenti sabiex ikunu rkuprati id-dazji fuq importazzjoni mhux miġbura skond it-Titolu VII tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1996.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-14 ta’ Mejju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 123, tat-3.6.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 178, tat-12.7.1994, p. 66.

    [4] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 7.

    [5] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 48.

    [6] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [7] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [8] ĠU L 145, tat-8.6.1990, p. 30.

    --------------------------------------------------

    Top