This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0281
Commission Regulation (EC) No 281/96 of 14 February 1996 amending Annexes I and III to Council Regulation (EEC) No 2377/90 laying down a Community procedure for the establishment of maximum residue limits of veterinary medicinal products in foodstuffs of animal origin (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 281/96 ta’ l-14 ta’ Frar 1996 li jemenda l-Annessi I, II u III għar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu fuq prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimaliTest b’rilevanza ŻEE
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 281/96 ta’ l-14 ta’ Frar 1996 li jemenda l-Annessi I, II u III għar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu fuq prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimaliTest b’rilevanza ŻEE
ĠU L 37, 15.2.1996, p. 9–11
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990R2377 | Emenda | anness 1 | 15/04/1996 | |
Modifies | 31990R2377 | Emenda | anness 3 | 15/04/1996 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R0470 | 06/07/2009 |
Official Journal L 037 , 15/02/1996 P. 0009 - 0011
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 281/96 ta’ l-14 ta’ Frar 1996 li jemenda l-Annessi I, II u III għar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu fuq prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (Test b’rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimu ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2804/95 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan, Billi, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel; Billi limiti massimu ta’ residwu għandhom jiġu mwaqqfa wara eżami fi ħdan il-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkunċernata għall-konsumatur f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin minn annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ oġġetti ta’ l-ikel. Billi, fit twaqqif tal-limiti massimu ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin minn annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali li fihom residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jista’ jkun preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (residwu markatur); Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimu ta’ residwu għandhom normalment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; Billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jispustaw fil-kummerċ internazzjonali, u limiti massimu ta’ residwu għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu jew grass; Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel; Billi tertaċiklina, oxitetraċiklina, klorotetreċiklina u kull sustanza li tappartjeni għall-grupp sulfonamida għandha tiġi mdaħħla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90; Billi, sabiex tippermetti għat-tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi li għaddejjin, it-tul tal-validità tal-limiti massimi ta’ residwu proviżorji mfissra qabel fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 għandu jiġi estiżi għal trimethoprim; Billi kull perijodu ta’ 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtroiżżazzjonijiet biex tqiegħed l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehmiet tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huma minn hawn emendat kif stabbilit fl-Anness hawnhekk. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli b’mod dirett f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Frar 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 291, tas-6.12.1995, p. 8. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. [4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31. -------------------------------------------------- L-ANNESS A. L-Anness I hu emendat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.1. Kimoterapewtiċi 1.1.1. Sulfonamidi "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra | Kull sustanza li tagħmel parti mill-grupp sulfonamida | Droga ġenitur | Bovini Ovini Kaprini | 100 μg/kg | Ħalib | Ir-residwi kombinati ta' kull sustanza li tagħmel parti mill-grupp sulfonamida m'għandhiex taqbeż il-100 μg/kg" | 1.2. Antibijotiċi 1.2.6. Tetraċiklini "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra | 1.2.6.1.Tetraciklina | Somma tad-droga genitur u l-4-epimer tiegħu | Kull speċi li jipproduċi ikel | 600 μg/kg | Kliewi | | 300 μg/kg | Fwied | | 100 μg/kg | Muskolu | | 100 μg/kg | Ħalib | | 200μg/kg | Bajd | | 1.2.6.2.Oxytetraċiklina | Somma tad-droga genitur u l-4-epimer tiegħu | Kull speċi li jipproduċi ikel | 600 μg/kg | Kliewi | | 300 μg/kg | Fwied | | 100 μg/kg | Muskolu | | 100 μg/kg | Ħalib | | 200 μg/kg | Bajd | | 1.2.6.3.Klorortetraċiklina | Somma tad-droga genitur u l-4-epimer tiegħ | Kull speċi li jipproduċi ikel | 600 μg/kg | Kliewi | | 300 μg/kg | Fwied | | 100 μg/kg | Muskolu | | 100 μg/kg | Ħalib | | 200 μg/kg | Bajd" | | B. L-Anness III hu emendat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.1. Kimoterapija 1.1.2. Derivativi diamino pyrmidine "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speci tal-annimal | LMR | Tessut bersal | Dispożizzjonijiet oħra | 1.1.2.1.Trimethoprim | Trimethoprim | Kull speċi li tipproduċi l-ikel | 50 μg/kg | Muskolo, fwied, kliewi, grass, ħalib | LMR proviżorji jiskadu fl-1 Jannar 1998" | --------------------------------------------------