Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0168

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/96 tad-29 ta' Jannar 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi

    ĠU L 25, 1.2.1996, p. 2–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/168/oj

    31996R0168



    Official Journal L 025 , 01/02/1996 P. 0002 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/96

    tad-29 ta' Jannar 1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 518/94 [1] japplika, fost oħrajn, għall-prodotti koperti mit-Trattat KEFA, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżuri possibbli biex japplikaw ftehim li jirrigwarda speċifikatament il-prodotti KEFA;

    Billi, madanakollu, il-prodotti koperti mit-Trattat KEFA ma jaqgħux fi ħdan l-iskop materjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn xi pajjiżi terzi u t-tħassir tar-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [2];

    Billi, fl-interessi tal-konsistenza u sabiex jiġu eliminati komplikazzjonijiet amministrattivi ikkawżati minn nuqqas ta' trattament uniformi ta' prodotti KEFA fir-rigward tal-prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 519/94, l-iskop ta' dak ir-Regolament għandu jitwessa' biex jinkludi l-prodotti koperti mit-Trattat KEFA u r-Regolament emendat kif xieraq,

    Billi r-regoli komuni applikabbli għall-importazzjonijiet għandhom ukoll japplikaw għall-prodotti KEFA, mingħajr preġudizzju għal kull miżura li timplimenta ftehim li għandu x'jaqsam speċifikatament ma' prodotti bħal dawn;

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    "Billi r-regoli komuni applikabbli għall-importazzjonijiet għandhom ukoll japplikaw għall-prodotti KEFA, mingħajr preġudizzju għal kull miżura li timplimenta ftehim li għandu x'jaqsam speċifikatament ma' prodotti bħal dawn;"

    .

    Artikolu 2

    "1. Dan ir-Regolament japplika għal-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I, ħlief għal xi prodotti tat-tessuti koperti bir-Regolament (KE) Nru 517/94.'"

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-15 ta' Diċembru 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid- 29 ta' Jannar 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Agnelli

    [1] ĠU L 349, ta' l-31. 12. 1994, p. 53.

    [2] ĠU L 67, ta' l-10. 3. 1994, p. 89.Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 839/95 (ĠU L 85, tad-19. 4. 1995, p. 9).

    --------------------------------------------------

    Top