EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0090

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/90/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-animali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi jew l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti soġġetti għall-imsemmjia ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE

ĠU L 13, 16.1.1997, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/90/oj

31996L0090



Official Journal L 013 , 16/01/1997 P. 0024 - 0025


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/90/KE

tas-17 ta’ Diċembru 1996

li temenda d-Direttiva 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-animali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi jew l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti soġġetti għall-imsemmjia ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A (I) tad-Diretiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [4], li tipprovdi għat-tħejjija ta’ listi tal-Komunità ta’ l-impriżi li dwarhom l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz tkun tat il-garanziji tal-Komunita li l-impriżi fil-kwistjoni jħarsu l-ħtiġiet tal-Komunità;

Billi għal ġlud, għadam, qrun, dwiefer u l-prodotti tagħhom ta’ l-annimali tal-fart, il-prodotti ta’ l-apikultura, trofej tal-kaċċa, żjut, suf, xagħar, lanżit u rix elenkati rispettivament fl-Anness I, il-Kapitoli 3, 5 (B), 12, 13, 14 u 15, u l-għasel huwa biżżejjed li jkun assigurat li l-impriża tkun ġiet irreġistrata mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz;

Billi, minħabba li l-laħam ta’ rettili u speċi mhux koperti bi ħtiġiet speċifiċi u l-prodotti li ġejjin minnhom qed jiġu kkunsmati fil-Komunità, il-kondizzjonijiet tas-saħħa għandhom ikunu stabbiliti fuq il-produzzjoni, il-bejgħ u l-importazzjoni tal-prodotti ta’ dawn l-annimali;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u għall-bejgħ tal-ħalib nej, tal-ħalib ittrattat bis-sħana u l-prodotti fuq il-bażi tal-ħalib [5] tapplika għall-ħalib u l-prodotti akkwistati mill-ħalib prodott minn baqar, nagħaġ, mogħoż u bufli biss;

Billi l-kummerċ fi u l-importazzjoni ta’ ħalib u l-prodotti fuq il-bażi tal-ħalib miksuba minn speċi oħra għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa;

Billi, għal dak l-iskop, huwa essenzjali li jkun fdat lill-Kummissjoni, b’mod konformi mal-proċedura tal-Kumitat Veterenarju Permanenti, id-dover li tadotta l-miżuri ta’ tħaddim meħtieġa biex tassigura kondizzjonijiet uniformi tas-saħħa għall-produzzjoni, il-bejgħ u l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti ta’ l-annimali;

Billi għandu jkun stabbilit li din id-Direttiva għandha tkun tapplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta’ Diċembru 1982 dwar l-implementazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni fuq il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta’ Fawna u Flora Ferjali fil-Periklu [6],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 92/118/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 10,

(i) il-paragrafu (2) (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) kemm-il darba mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness II,

- il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-Kapitolu 3, 5 (B), 12, 13, 14 (I) (ħama mhux proċessat) u 15 ta’ l-Anness I u l-għasel għandhom jiġu minn impriża li tkun ġiet irreġistrat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz;

- prodotti minbarra dawk imsemmija fl-ewwel inċiż għandhom jiġu minn impriżi ta' fuq il-lista tal-Komunità li għandha tkun imħejjija bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18;";

(ii) fil-paragrafu 3 (a), it-tielet subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

"Sakemm jiġu ffissati r-regoli dettaljati ta’ tħaddim li hemm provvediment dwarhom fir-raba’ u l-ħames inċiżi tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-importazzjoni tal-prodotti li hemm referenza dwarhom hemmhekk ikunu suġġetti għall-konformità mal-garanziji minimi stabbiliti fl-imsemmija inċiżi.";

(iii) il-paragrafu 3 (b) għandu jiġi mħassar;

(iv) fil-paragrafu 6, ibdel it-termini "fil-paragrafi 2 (a) u 3 (b)" bi "fil-paragrafu 2 (a) u (b) it-tieni inċiż."

2. Fis-sentenza ta’ l-introduzzjoni fl-Anness II, il-Kapitolu 2 il-kelmiet "Qabel l-1 ta’ Jannar 1994" għandhom jiġu mibdula bi "Qabel l-1 ta’ Lulju 1997".

3. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II, il-Kapitolu 2:

"— il-kummerċ fi u l-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti fuq bażi tal-ħalib intiżi għall-konsum uman, miksuba minn speċi mhux koperti bid-Direttiva 92/46/KEE; jiddependi mill-ispeċi, ħtiġiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti f'dak li jirrigwarda:

- s-saħħa ta’ l-annimali u l-istatus tas-saħħa tal-merħliet tal-baqar, b’mod partikolari fir-rigward tat-tuberkolożi u l-bruċellożi;

- ta’ l-iġjene fir-rigward ta’

- ħlib,

- l-ġbir, it-trasport, it-trattament u l-proċessar tal-ħalib,

- persunal,

- testjar għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament u/jew ormonikament attivi, antibiotiċi, pestiċidi jew sustanzi oħra ta' ħsara fil-ħalib jew fil-prodotti tal-ħalib,

- kriterji applikabbli għal ħalib nej bħala materja prima,

- kriterji mikrobioloġiċi applikabbli għall-prodotti mlestija,

— il-produzzjoni, il-bejgħ u l-importazzjoni tal-laħam ta’ l-ispeċi mhux koperti minn ħtiġiet speċifiċi, b’mod partikolari l-laħam tar-rettili u l-prodotti tiegħu, intiżi għall-konsun uman.

Jiddependi mill-ispeċi, ħtiġiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti fir-rigward ta’:

- kriterji mikrobiotiċi u parasitoloġiċi,

- l-iġjene waqt il-qatla,

- it-testjar għal residwi."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju 1997. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbilit mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Diretiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU C 110, tas-16. 4. 1996, p. 9.

[2] ĠU C 347, tat-18. 11. 1996.

[3] Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Novembru 1996 (għandha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 62, tat-15. 3. 1993, p. 49. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/340/KE (ĠU L 129, tat-30. 5. 1996, p. 25).

[5] ĠU L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 1.

[6] ĠU L 384, tat-31. 12. 1982, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 197/90 (ĠU L 29, tal-31. 1. 1990, p. 1).

--------------------------------------------------

Top