Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0089

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/89/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 95/12/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward ta’ l-ittikkettar li jindika il-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tal-ħasil fid-djar

    ĠU L 338, 28.12.1996, p. 85–85 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2011; Impliċitament imħassar minn 32010R1061

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/89/oj

    31996L0089



    Official Journal L 338 , 28/12/1996 P. 0085 - 0085


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/89/KE

    tas-17 ta’ Diċembru 1996

    li temenda d-Direttiva 95/12/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward ta’ l-ittikkettar li jindika il-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tal-ħasil fid-djar

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni bl-ittikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ enerġija u riżorsi oħrajn ta’ apparat fid-dar [1] u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE tat-23 ta’ Mejju 1995 li timplimenta id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward ta’ l-ittikkettar li jindika l-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tal-ħasil fid-djar [2],

    Billi metodi kurrenti ta’ kejl u informazzjoni ma jippermettux għall-ittikkettar approprjat ta’ magni tal-ħasil mingħajr metodu intern biex isaħħan ilma jaħraq; billi dan it-tagħmir għandu għalhekk jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/12/KE;

    Billi l-miżuri previsti f’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE,

    ADOTTAT DIN ID- DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 95/12/KE, fil-lista tat-tipi ta’ magni tal-ħasil fid-djar esklużi mill-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, il-punt li ġej għandu jiżdied:

    - "— Sat-30 ta’ Ġunju 1998 magni tal-ħasil b’ ebda mezz intern biex isaħħnu l-ilma."

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ April 1997. Għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’ dawn il-miżuri. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Mejju 1997.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet jew għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull miżura li jieħdu fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 4

    Din id- Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Christos Papoutsis

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tat-13.10.1992, p. 16

    [2] ĠU L 136, tal-21.6.1995, p. 1

    --------------------------------------------------

    Top