This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0041
Nineteenth Commission Directive 96/41/EC of 25 June 1996 adapting to technical progress Annexes II, III, VI and VII to Council Directive 76/768/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to cosmetic products (Text with EEA relevance)
Id-dsatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 96/41/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi
Id-dsatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 96/41/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi
ĠU L 198, 8.8.1996, p. 36–39
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31976L0768 | Tlestija | anness 2 | 11/08/1996 | |
Modifies | 31976L0768 | Tlestija | anness 7 | 11/08/1996 | |
Modifies | 31976L0768 | Emenda | anness 3 | 11/08/1996 | |
Modifies | 31976L0768 | Tlestija | anness 6 | 11/08/1996 |
Official Journal L 198 , 08/08/1996 P. 0036 - 0039
Id-dsatax-il Direttiva tal-Kummissjoni 96/41/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/34/KE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha, Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosmetoloġija, Billi l-informazzjoni xjentifika disponibbli turi li l-aċidu urokaniku jinterferixxi mal-proċess ta’ l-immunità fil-preżenza ta’ radjazzjoni ultravjola u, għalhekk, l-użu tiegħu għandu jkun projbit; Billi l-idrossidu tal-kalċju meta mħallat ma’ melħ tal-guanidine u l-idrossidu tal-litjum użat sabiex jillixxa x-xagħar, jista’ jkollu effetti mhux mixtieqa jekk ikollu kuntatt mal-għajnejn; billi, għalhekk, l-użu tagħhom għandu jkun is-suġġett għal ċerti restrizzjonjijiet u kondizzjonijiet; Billi, fuq il-bażi ta’ l-aħħar riċerki xjentifiċi u tekniċi, il-chlorphenesin, is-sodiumhydroxymethylglycinate u silverchloride iddepositati fuq id-diossidu tat-titanjum jistgħu jkunu wżati bħala preservattivi fi prodotti kosmetiċi; Billi, fuq il-bażi ta’ l-aħħar riċerka xjentifika u teknika, jista’ jintuża l-polymer ta’ N-{-(2 u 4)-[(2-oxoborn-3-ylidene)methyl]benzyl}acrylamide bħala filtru tal-UV fi prodotti kosmetiċi; Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattazzjoni għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur ta’ Prodotti Kosmetiċi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 76/768/KEE hi b’dan emendata kif muri fl-Anness. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li mill-1 ta’ Lulju 1997 għas-sustanzi preskritti fl-Anness, la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità m’għandhomx ipoġġu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jkun fihom sustanzi preskritti fl-Anness m’għandhomx jinbiegħu jew ikunu pprovduti b’mod ieħor lill-konsumaturi finali wara t-30 ta’ Ġunju 1998. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1997. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’tali referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Ġunju 1996. Għall-Kummissjoni Emma Bonino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. [2] ĠU L 167, tat-18.7.1995, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej: 1. fl-Anness II in-numru ta’ referenza 418 segwenti hu miżjud: "418. aċidu 3-Imidazol-4-ylacrylic u l-ester etiliku tiegħu (l-aċidu urokaniku)"; 2. in-numru ta’ referenza 15 fl-Anness III hu mibdul bin-numri ta’ referenza segwenti: "(a) | (b) | (c) | (d) | (e) | (f) | 15a | Potassju jew l-idroissidu tas-sodju | (a)Solvent tal-ġilda rqiqa ta’ madwar id-difer | (a)5 % skond il-piż (1) | | (a)Fih alkali. Evita kuntatt ma’ l-għajnejn. Jista’ jikkawża għomija. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħqu t-tfal | | (b)Li jillixxa x-xagħar | (b) | | (b) | | 1.Użu ġenerali | 1.2 % skond il-piż (1) | | 1.Fih l-alkali. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża telf ta’ dawl. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquħ it-tfal | | 2.Użu professjonali | 2.4,5 % skond il-piż (1) | | 2.Għal użu professjonali biss. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. | | (c)Li jaġġusta l-pH | (c)Sa pH 12,7 | | (c)Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. Evita kuntatt ma’ l-għajnejn. | | —depilatorji | | | | | (d)Użu ieħor bħala li jaġġusta l-pH | (d)Sa pH 11 | | | 15b | Lithium hydroxide | (a)Li jillixxa x-xagħar | | | | | 1.Użu ġenerali | 1.2 % skond il-piż (1) | | 1.Fih l-alkali. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquħ it-tfal | | 2.Użu professjonali | 2.4,5 % skond il-piż (1) | | 2.Għal użu professjonali biss. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. | | (b)Użu ieħor | | | | 15ċ | Idrossidu tal-kalċju | (a)Jillixxaw ix-xagħar li jkun fihom żewġ komponenti: Idrossidu tal-kalċju u melħ guandine | 7 % skond il-piż idrossidu tal-kalċju | | Fih l-alkali. Evita kuntatt mal-għajnejn. Jista’ jikkawża t-telf tad-dawl. Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal | | (b)Użi oħrajn | | | | 3. fl-Anness VI: (a) L-Ewwel parti: In-numri ta’ referenza segwenti huma miżjuda: "(a) | (b) | (c) | (d) | (e) | 50 | 3-(p-chlorophenoxy)-propane-1,2 diol (chlorphenesin) | 0,3 % | | | 51 | Sodium hydroxymethylamino acetate (Sodium hydroxymethylglycinate) | 0,5 % | | | 52 | Klorit tas-sodju iddepożitat fuq id-diossidu tat-titanjum | 0,004 % maħduma bħala AgCl | 20 % ta’ AgCl (W/W) fuq TiO2. Ipprojbit fi prodotti għat-tfal taħt it-tliet snin, fi prodotti ta’ iġjene orali u fi prodotti intiżi sabiex ikunu applikati madwar l-għajnejn u fuq ix-xuftejn." | | (b) It-Tieni parti: Numri ta’ referenza 2 u 30 huma mħassra. "tat- 30.6.1996" hu mibdul bi "tat- 30.6.1997" għal numri ta’ referenza 16, 21 u 29; 4. fl-Anness VII: (a) L-Ewwel parti Numru ta’ referenza segwenti hu miżjud: "(a) | (b) | (c) | (d) | (e) | 11 | Polymer ta’ N-{(2 u 4)-[(2-oxoborn-3-ylidene)methyl]benzyl}acrylamide | 6 %" | | | (b) It-Tieni parti: Numri ta’ referenza 33 u 34 huma mħassra. "tat- 30.6.1996" hi mibdula bi "tat- 30.6.1997" għal numri ta’ referenza 2, 5, 6, 12, 13, 17, 25, 26, 29 u 32. --------------------------------------------------