This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0033
Council Directive 96/33/EC of 21 May 1996 amending the Annexes to Directives 86/362/EEC and 86/363/EEC on the fixing of maximum levels for pesticide residues in and on cereals and foodstuffs of animal origin respectively
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/33/KE tal-21 ta’ Mejju 1996 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimalirispettivament
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/33/KE tal-21 ta’ Mejju 1996 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimalirispettivament
ĠU L 144, 18.6.1996, p. 35–38
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31986L0362 | Tlestija | anness 2 | 18/06/1996 | |
Modifies | 31986L0363 | Tlestija | anness 2 | 18/06/1996 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31996L0033R(01) | ||||
Corrected by | 31996L0033R(02) | ||||
Implicitly repealed by | 32005R0396 | 01/09/2008 |
Official Journal L 144 , 18/06/1996 P. 0035 - 0038
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/33/KE tal-21 ta’ Mejju 1996 li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimalirispettivament IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fiċ-ċereali [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fl-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni rċeviet mandat fil-qafas tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE biex tħejji lista ta’ residwi tal-pestiċida u l-livelli massimi tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kunsill; Billi r-residwi tal-pestiċida jistgħu jkunu fiċ-ċereali u fl-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimalibħala riżultat ta’ prattiċi agrikoli; billi huwa meħtieġ li jkun ikkunsidrat it-tagħrif relevanti kemm għall-użu tal-pestiċidi awtorizzati kif ukoll, skond kif ikun xieraq, għall-provi sorveljati u l-istudji dwar l-ikel li jingħata lill-annimali; Billi, biex ikun ikkalkulat aħjar id-dħul tar-residwi tal-pestiċida fl-ikel, ikun prudenti li jkunu stabbiliti simultanjament, meta jkun possibbli, il-livelli massimi tar-residwu għall-pestiċidi individwali fil-komponenti ewlenin kollha ta’ l-ikel; billi dawn il-livelli jirrappreżentaw l-użu tal-kwantitajiet minimi tal-pestiċida biex jinkiseb kontroll adegwat, applikat b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar b’mod prattikabbli u jkun ukoll tossikoloġikament aċċettabbli; Billi, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u l-kriterji tas-saħħa pubblika u l-agrikoltura, jinħass il-bżonn li jkunu emendati d-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE biż-żieda ta’ disposizzjonijiet dwar residwi oħrajn ta’ pestiċida għaċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom l-oriġini mill-annimali, jiġifieri chlormequat, diazinon, dicofol, disulfoton, endosulfan, fenbutatin oxide, fentin, mecarbam, phorate, propoxur, propyzamide, triazophos u triforine; Billi, b'dana kollu, bin-normi preżenti t-tagħrif huwa insuffiċjenti biex ikunu stabbiliti l-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċida għal ċerti residwi tal-pestċida/kumbinazzjonijiet tal-prodotti; billi, f’każi bħal dawn, perjodu ta’ żmien li ma jeċċedix aktar minn erba’ snin jidher li għandu jkun raġonevoli għall-ġenerazzjoni tat-tagħrif meħtieġ; billi, għalhekk, għandhom ikunu stabbiliti livelli massimi fuq il-bażi ta’ dan it-tagħrif sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2000; billi n-nuqqas li jkun ipprovdut it-tagħrif meħtieġ normalment iwassal fl-istabbiliment ta’ livelli fil-limitu xieraq tad-determinazzjoni; billi l-impriżi sodisfaċenti biex jiġġeneraw it-tagħrif meħtieġ għandhom jingħataw fi żmien sena mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva; Billi l-livelli massimi tar-residwu stabbiliti b’din id-Direttiva għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid fil-qafas ta’ ri-evalutazzjoni tas-sustanzi attivi li hemm provvediment dwarhom fil-programm ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li jikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L- Artikolu 1 Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE: (a) u (b) Jekk il-livelli ma jkunu ġew adottati sat-30 ta' April 2000, il-livelli li ġejjin għandhom ikunu japplikaw minn hemm 'il quddiem kif indikat: (a) 0,05 (*) (b) 0,02 (*) Residwi tal-pestiċida | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | | | TRIFORINE | 0,1 | qamħ, sikrana, triticale, xgħir, ħafur | 0,05 | ċereali oħrajn | ENDOSULFAN Residwu: is-somma ta' alfa u beta endosulfan sulphate espressa bħala endosulphate | 0,1 (a) | qamħ, sikrana, triticale, xgħir, ħafur | 0,2 (a) | qamħirrum | 0,05 | oħrajn | FENBUTATIN OXIDE | 0,05 | | TRIAZAPHOS | (b) | qamħ, sikrana, triticale, xgħir, ħafur, qamħirrum | 0,02 | oħrajn | DIAZINON | 0,02 | buckwheat, dekkuk | 0,05 (b) | oħrajn | MECARBAM | 0,05 | ċereali | FENTIN Residwu: fentin espress bħala triphyltin cation | 0,05 | | PHORATE Residwu: is-somma ta' phorate, l-analogu ta' l-ossiġnu tiegħu u s-sulfoxides u s-sulphones tagħhom espressa bħala phorate | (a) | qamħirrum | 0,05 | oħrajn | DICOFOL Residwu: is-somma ta' l-iżomeri P, P' u O, P' | 0,02 | | CHLOROMEQUAT | 5 | ħafur | 2 | qamħ, sikrana, triticale, xgħir | (a) | qamħirrum | 0,05 | oħrajn | PROPYZAMIDE | 0,02 | | PROPOXUR | 0,05 | | DISULFOTON Residwu: is-somma ta' disulfoton, disulfoton sulphoxide u disulfoton sulphone espressa bħala disulfoton | 0,1 | qamħ | 0,2 | xgħir, sorgu | | 0,02 | oħrajn | L- Artikolu 2 L-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEEgħandu jkun emendat kif ġej: 1. Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A: (v) Jekk il-livelli ma jkunux ġew adottati sat-30 ta' April 2000, il-livelli massimi li ġejjin għandhom ikunu japplikaw: (a) 0,05 (*) (b) 0,01 (*) Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | ta' xaħam, li jkun hemm fil-laħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex 0201, 0202, 0203, 0204, 0205 00 00, 0206, 0207, ex 0208, 0209 00, 0210, 1601 00 u 1602. | għall-ħalib tal-baqar u krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401; għall-oġġetti l-oħra ta' l-ikel fl-Intestaturi Nri 0401, 0402, 0405 00 u 0406 | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri 0407 00 u 0408 | | | ENDOSULFAN Residwu: is-somma ta' alfa u beta endosulfan u endosulfan sulphate espressa bħala endosulfan | (a) | laħam tat-tjur | 0,004 | (a) | 0,1 | oħrajn | FENTIN Residwu: fentin espress bħala triphenyltin cation | 0,05 | | 0,05 | 0,05 | FENBUTATIN OXIDE | 0,05 | | 0,05 | 0,05 | TRIAZAPHOS | (b) | laħam tat-tjur | 0,01 | (b) | 0,01 | oħrajn | DIAZINON | (a) | laħam tal-majjal u tat-tjur | 0,01 | (b) | DISULFOTON Residwu: is-somma ta' disulfoton, disulfoton sulphone espressa bħala disulfoton | 0,02 | | 0,02 | (a) | DICOFO Residwu: is-somma ta' l-iżomeri P,P' u O, P' | 0,5 | laħam taċ-ċanga, ngħaġ u mogħoż | 0,02 | 0,02 | 0,1 | laħam tat-tjur | 0,05 | oħrajn | 2. Ir-residwi tal-pestiċida li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti B: (a) Jekk il-livell massimu ma jkunx ġie adottat sat-30 ta' April 2000, il-livell massimu ta' 0,05 (*) għandu jkun applikat. Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) | ta' laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta' laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex 0201, 0202, 0203, 0204, 0205 00 00, 0206, 0207, ex 0208, 0209 00, 0210, 1601 00 u 1602. | għall-ħalib u prodotti tal-ħalib li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401, 0402, 0405 00 u 0406 | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 0407 00 u 0408 | | | TRIFORINE | 0,05 | | 0,05 | 0,05 | PROPOXUR | 0,05 | | 0,05 | 0,05 | PROPYZAMIDE Residwu: is-somma ta' propyzamide u l-metaboliti kollha li jkollhom | 0,05 | laħam, fwied u kliewi | 0,01 | 0,02 | 0,02 (*) | oħrajn | | | PHORATE Is-somma ta' phorate,l-analogu ta' ossiġnu tiegħu u s-sulphoxides us-sulphones tagħhom espressa bħala phorate | 0,05 (*) | | 0,02 | 0,05 | CHLORMEQUAT | (a) | | (a) | (a) | DICOFOL Residwu: 1,1-bis-(parachlorophenol)-2,2-dichloroethanol (PP'-FW1.52), espress bħala dicofol | 1,0 | fwied taċ-ċanga, ngħaġ u mogħoż | | | L- Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 1997. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif isiru dawn ir-referenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. L- Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. L- Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1996. Għall-Kunsill Il-President M. Pinto [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/39/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 29). [2] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/39/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 29). [3] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. --------------------------------------------------