Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0022

    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE

    ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/22/oj

    31996L0022



    Official Journal L 125 , 23/05/1996 P. 0003 - 0009


    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE

    tad-29 ta’April 1996

    li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    (1) Billi d-Direttiva 81/602/KEE [4] tipprojbixxi ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u kull sustanza li jkollha azzjoni tirostatika u billi d-Direttiva 88/146/KEE [5] tipprojbixxi l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika, waqt li tikkonċedi derogi;

    (2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 88/299/KEE [6] tistipula l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ derogi li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 88/146/KEE mill-projbizzjoni dwar kummerċ f’ċerti kategoriji ta’ annimali u l-laħam tagħhom;

    (3) Billi, minħabba r-residwi li għandhom f’laħam u ikel ieħor ta’ oriġini annimaleska, ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni tirostatika, estroġenika, androġenika jew ġestaġenika jistgħu jkunu perikolużi għal konsumaturi u jistgħu wkoll jaffettwaw il-kwalità ta’ affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini annimaleska;

    (4) Billi sustanzi ġodda li jkollhom azzjoni anabolizzanti tali kif il-beta-agonists huma użati illegalment fit-trobbija tal-bhejjem bl-iskop li jistimulaw il-kobor u l-għoti ta’ l-annimali;

    (5) Billi r-riżultati ta’ inkjesta mmexxija mill-Kummissjoni fl-Istati Membri mill-1990 sa l-1992 juru li l-beta-agonists huma disponibbli bil-kbir fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem, li jwassal għall-użu illegali tagħhom;

    (6) Billi l-użu impropju tal-beta-agonists jista’ jkun riskju serju għas-saħħa umana; billi fl-interessi tal-konsumatur, iż-żamma, l-amministrazzjoni ta’ annimali ta’ kull speċi u t-tqegħid fuq is-suq għal dak l-iskop tal-beta-agonists għandhom ikunu projbiti; billi, barra minn dan, iż-żamma, l-amministrazzjoni lil annimali ta’ kull speċi u t-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi stilbenes u tirostatiċi għandhom ikunu pprojbiti u l-użu ta’ sustanzi oħra jkun regolat;

    (7) Billi, madankollu, l-amminstrazzjoni ta’ prodotti mediċinali bbażati fuq il-beta-agonists jistgħu jkunu awtorizzati għall-iskopijiet terapewtiċi definiti sewwa, fil-każ ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini, equidae u pets;

    (8) Billi, barra minn hekk, huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jiksbu laħam u affarijiet ta’ l-ikel minnhom taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ forniment u li dawk il-prodotti jikkorrispondu mill-eqreb possibbli lejn il-ħsieb u l-aspettattivi tagħhom; billi, minħabba s-sensittività tal-konsumatur, dan jista’ jġib biss żieda fil-konsum tal-prodotti konċernati;

    (9) Billi l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ sustanzi ormonali għall-iskopijiet ta’ simna għandhom ikomplu japplikaw; billi l-użu ta’ ċerti sustanzi għal skopijiet terapewtiċi u żotekniċi jistgħu jkunu awtorizzati imma għandhom ikunu strettament ikkontrollati sabiex ikun evitat kull użu ħażin;

    (10) Billi l-perjodi ta’ l-irtirar mhumiex armonizzati fil-livell tal-Komunità u hemm differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri, partikolarment fejn jirrigwarda prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati li jkun fihom sustanzi ormonali jew beta-agonists; billi, fl-interessi ta’ armonizzazzjoni, perjodi ta’ l-irtirar massimi għandhom għalhekk ikunu ssettjati għal tali prodotti mediċinali;

    (11) Billi, barra minn hekk, annimali ħajjin hekk ittrattati għal skopijiet terapewtiċi u żotekniċi u l-laħam minn tali annimali m’għandux bħala regola ġenerali jkun kummerċjalizzat, ġaladarba dan ikun jista’ jtellef l-effettività ta’ l-arranġamenti tal-kontroll ta’ l-iskema bħala tali; billi, madankollu, derogi minn din il-projbizzjoni jistgħu, suġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, ikunu pprovduti għalihom rigward il-kummerċ intra-komunitarju u importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunità ta’ annimali intenzjonati għat-trobbija u t-trobbija ta’ annimali fit-tmiem tal-ħajja produttiva tagħhom;

    (12) Billi tali derogi jistgħu jkunu awtorizzati fejn garanziji adegwati jkunu pprovduti sabiex tkun evitata distorsjoni tal-kummerċ; billi tali garanziji għandhom ikopru l-prodotti li jistgħu jintużaw, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom u l-iċċekkjar biex ikun assigurat li l-kondizzjonijiet ikunu mħarsa, partikolarment rigward il-perjodu ta’ l-irtirar meħtieġ;

    (13) Billi d-disposizzjonijiet għandhom isiru għall-verifika effettiva ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet derivati minn din id-Direttva;

    (14) Billi d-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE għandhom ikunu mħassra;

    (15) Billi, jekk l-użu illegali ta’ promoturi ta’ trobbija u produttività fl-istockfarming għandu jkun ikkumbattut effettivament fl-Istati Membri kollha, l-azzjoni hemm bżonn li tkun organizzata fil-livell ta’ Komunità;

    (16) Billi, fit-18 ta’ Jannar 1996, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu jopponu l-importazzjoni fil-Komunità ta’ laħam ittrattat bl-ormoni, talab iż-żamma tal-projbizzjoni totali dwar l-użu tal-promuturi tat-tkabbir fl-istockfarming u, għal dak l-iskop, talab lill-Kunsill biex jadotta bla dewmien il-proposta tal-Kummissjoni fuq liema l-Parlament Ewropew kien ta’ l-opinjoni tiegħu fid-19 t’April 1994,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet ta’ laħam u prodotti tal-laħam mogħtija fid-Direttivi 64/433/KEE [7], 71/118/KEE [8], 77/99/KEE [9], u 91/495/KEE [10], id-definizzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-akwakultura mogħtija fid-Direttiva 91/493/KEE [11] u d-definizzjonijiet ta’ prodotti mediċinali veterinarji mogħtija fid-Direttivi 81/851/KEE [12] u 81/852/KEE [13] għandhom jgħoddu.

    2. Barra minn dan, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "Annimali tar-razzett" għandha tfisser l-aanimali domestiċi tas-soltu ta’ l-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina, solipedi, tjur u fniek domestiċi, kif ukoll annimali selvaġġi ta’ dawk l-ispeċi u ruminanti selvaġġi li jkunu trabbew f’razzett;

    (b) "trattament terapewku" għandha tfisser l-amministrazzjoni – taħt l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva – għal annimal tar-razzett individwali ta’ sustanza awtorizzata biex jittratta, wara eżami minn veterinarju, problema ta’ fertilità – inkluża t-terminazzjoni ta’ ġestazzjoni mhux mixtieqa – u, fil-każ ta’ beta-agonists, biex tqanqal tokolożi fil-baqar meta jkollhom l-għoġġiela u biex tittratta l-problemi respiratorji u tqanqal it-tokolożi fl-equidae mrobbija għal skopijiet oħra barra l-produzzjoni tal-laħam;

    (ċ) "trattament żotekniku" għandu jfisser l-amministrazzjoni:

    (i) għal annimal tar-razzett individwali ta’ kull sustanza awtorizzata taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva għal estru sinkronizzanti u l-preparazzjoni ta’ donaturi u reċipjenti għall-impjant ta’ l-embryos, wara eżami ta’ l-annimali minn veterinarju jew, skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5, taħt ir-responsabbiltà tiegħu;

    (ii) fil-każ ta’ annimali ta’ l-akwakultura, għal grupp ta’ annimali mrobbija għal inverżjoni tas-sess, fuq riċetta ta’ veterinarju u taħt ir-responsabbiltà tiegħu;

    (d) "trattament illegali" għandha tfisser l-użu ta’ sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew l-użu ta’ sustanzi jew prodotti awtorizzati taħt leġislazzjoni tal-Komunità għal skopijiet jew taħt kondizzjonijiet minbarra dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu:

    (a) it-tqegħid fis-suq ta’ stilbenes, derivattivi ta’ l-istilbenes, il-melħ u l-esters tagħhom u sustanzi tirostatiċi għall-amministrazzjoni lill-annimali ta’ kull speċi;

    (b) it-tqegħid fis-suq ta’ beta-agonists għall-amministrazzjoni lill-annimali li l-laħam u l-prodotti ta’ liema huma intenzjonati għall-konsum uman għal skopijiet oħra barra dawk ipprovdut għalihom fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 4.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu:

    (a) l-amministrazzjoni lil annimal tar-razzett jew ta’ l-akwakultura, b’kull mezz, ta’ sustanzi li jkollhom azzjoni tirostatika, estroġenika, androġenika jew ġestoġenika u ta’ beta-agonists;

    (b) iż-żamma, ħlief taħt kontroll uffiċjali, ta’ annimali li hemm referenza għalihom f’(a) f’razzett, it-tqegħid fis-suq jew il-qatla għal konsum uman t’annimali tar-razzett jew t’annimali ta’ l-akwakultura li jkun fihom sustanzi li għalihom hemm referenza f’(a) li fihom il-preżenza ta’ tali sustanzi tkun ġiet stabbilita, sakemm ma tkunx tista’ tingħata prova li l-annimali konċernati jkunu ġew trattati skond l-Artikolu 4 jew 5;

    (ċ) it-tqegħid fis-suq għall-konsum uman t’annimali ta’ l-akwakultura li lilhom kienu amministrati sustanzi li hemm referenza għalihom f’(a) u ta’ prodotti pproċessati derivati minn tali annimali;

    (d) it-tqegħid fis-suq ta’ laħam ta’ annimali li għalihom hemm referenza f’(b);

    (e) l-ipproċessar ta’ laħam li għalih hemm referenza f’(d).

    Artikolu 4

    Minkejja L-Artikoli 2 u 3, L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw:

    1. l-amministrazzjoni lil annimali tar-razzett, għal skopijiet terapewtiċi, ta’ oestradiol 17 â, testosterone u progesterone u derivattivi li jerħu minnufih il-kompost parenti ma’ l-idrolisi wara l-assorbiment fuq is-sit ta’ l-applikazzjoni. Prodotti mediċinali veterinarji użati għal trattament terapewtiku għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fid-Direttiva 81/851/KEE u jkunu amministrati biss minn veterinarju b’titqiba jew għat-trattament ta’ disfunzjoni ovarja f’forma ta’ spirali vaġinali, imma mhux bl-impjant, lil annimali tar-razzett li jkun kjarament ġew identifikati. Trattament ta’ annimali identifikati għandu jkun reġistrat mill-veterinarju responsabbli. Ta’ l-aħħar għandu jirrekordja ta’ l-anqas id-dettalji li ġejjin f’reġistru, li jista’ jkun il-wieħed ipprovdut għalih fid-Direttiva 81/851/KEE:

    - tip ta’ trattament,

    - it-tip ta’ prodotti awtorizzati,

    - id-data tat-trattament,

    - l-identità ta’ l-annimali ttrattati.

    Ir-reġistri għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha;

    2. l-amministrazzjoni għal skopijiet terapewtiċi ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati li jkun fihom:

    (i) allyl trenbolone, amministrat oralment, jew beta-agonists lil equidae u pets, basta li jkunu użati skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant;

    (ii) beta-agonists, fil-forma ta’ titqiba biex tqanqal it-tokolożi fil-baqar meta jkun qed ikollhom l-għoġġiela.

    Tali sustanzi għandhom ikunu amministrati minn veterinarju jew, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji li hemm referenza għalihom f’(i), taħt id-deskrizzjoni tiegħu diretta; it-trattament għandu jkun rreġistrat mill-veterinarju responsabbli, li għandu jirrekordja ta’ l-anqas id-dettalji li hemm referenza għalihom fil-punt 1.

    Il-bdiewa għandhom ikunu pprojbiti milli jżommu prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom beta-agonists li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta’ induzzjoni fit-trattament tat-tokolożi.

    Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-punt 2 (ii), it-trattament terapewtiku tal-produzzjoni ta’ l-annimali, inkluża t-trobbija ta’ l-annimali fl-aħħar tal-ħajja riproduttiva tagħhom, għandha tkun pprojbita.

    Artikolu 5

    Minkejja l-Artikolu 3 (a) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-amministrazzjoni lil annimali tar-razzett, għall-iskop ta’ trattament żotekniku, ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jkollhom azzjoni ostoġenika, androġenika, jew ġestaġenika li jkunu awtorizzati skond id-Direttivi 81/851/KEE u 81/852/KEE. Tali prodotti mediċinali veterinarji għandhom ikunu amministrati minn veterinarju lil annimali kjarament identifikati; it-trattament irid ikun irrekordjat mill-veterinarju responsabbli skond il-punt ta’ l-Artikolu 4.

    Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu s-sinkronizzazzjoni ta’ l-estru u l-preparazzjoni ta’ donaturi u reċipjenti għall-impjant ta’ embrijuni li għandhom ikunu effettwati mhux direttament minn veterinarju, imma taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

    Rigward l-annimali ta’ l-akwakultura ħut żagħżugħ jista’ jkun ittrattat għall-ewwel tliet xhur għall-iskop ta’ inverżjoni tas-sess bi prodotti mediċinali veterinarji li jkollhom azzjoni androġena u jkunu awtorizzati skond id-Direttivi 81/851/KEE u 81/852/KEE.

    Fil-każijiet li hemm ipprovdut għalihom f’dan l-Artikolu, il-veterinarju għandu jagħmel riċetta li ma tiġġeddidx, li tispeċifika t-trattament konċernat u l-kwantità tal-prodott meħtieġa u għandu jirrekordja l-prodotti preskritti.

    Madankollu, it-trattament żotekniku ta’ l-annimali tal-produzzjoni, inkluż waqt il-perjodu tas-simna għal annimali tat-trobbija fl-aħħar tal-ħajja riproduttiva tagħhom, għandu jkun ipprojbit.

    Artikolu 6

    1. Prodotti ormonali u beta-agonists l-amministrazzjoni ta’ liema lil annimali tar-razzett hija awtorizzata skond l-Artikoli 4 u 5 għandha tilħaq il-kondizzjonijiet tad-Direttivi 81/851/KEE u 81/852/KEE.

    2. Dawn li ġejjin, iżda, jistgħu ma jkunux awtorizzati skond il-paragrafu 1:

    (a) Il-prodotti ormonali li ġejjin:

    (i) prodotti li jaġixxu bħala depożitu;

    (ii) prodotti b’perjodu ta’ irtirar ta’ iktar minn 15-il jum wara tmiem it-trattament;

    (iii) prodotti:

    - li kienu awtorizzati taħt regoli li ppreċedew l-emendament magħmul bir-Regolament (KEE) Nru 2309/93 [14],

    - li l-kondizzjonijiet ta’ użu mhumiex magħrufa,

    - għal liema ebda riaġenti jew apparat ma jeżistu għall-użu fit-tekniki analitiċi għas-sejba tal-preżenza ta’ residwi f’eċċess tal-limiti permessi,

    (b) prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom beta-agonists li jkollhom perjodu ta’ irtirar ta’ iktar minn 28 jum wara t-tmiem tat-trattament.

    Artikolu 7

    1. Għall-iskop tal-kummerċ, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali għat-trobbija u annimali li jrabbu fl-aħħar tal-ħajja riproduttiva tagħhom li, matul il-perjodu ta’ l-aħħar, ikunu għaddew minn trattament li hemm referenza għalih fl-Artikoli 4 u 5 u jistgħu jawtorizzaw it-twaħħil tal-bolla tal-Komunità lil laħam minn tali annimali fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 u 5 u l-perjodi ta’ irtirar minimi minn tali annimali fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 5 u l-perjodi ta’ irtirar minimi stipulati fl-Artikolu 6 (2), taħt (a) (ii) jew (b) rispettivament jew il-perjodi ta’ irtirar ipprovdut għalihom fl-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq ikunu kkonformati magħhom.

    Madankollu, il-kummerċ fiż-żwiemel ta’ valur għoli, u partikolarment żwiemel tat-tlielaq, żwiemel tal-kompetizzjoni, żwiemel taċ-ċirku jew żwiemel intenzjonati għal skopijiet ta’ tnissil jew għal esibizzjonijiet, inklużi equidae reġistrati għal liema prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom allyl trenbolone jew beta-agonists jkunu ġew amministrati għall-iskopijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4, jista’ jsir qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ irtirar, basta li l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-amministrazzjoni jkunu sodisfatti u li t-tip u d-data tat-trattament jiddaħħlu fuq iċ-ċertifikat jew passaport li jakkumpanja dawn l-annimali.

    2. Laħam jew prodotti minn annimali li lilhom ikunu ġew amministrati sustanzi li jkollhom azzjoni ostroġenika, androġenika jew ġestaġenika jew beta-agonists skond id-disposizzjonijiet dispensatorji ta’ din id-Direttiva jistgħu ma jitqiegħdux fis-suq għal konsum uman sakemm l-annimali konċernati ma jkunux ġew ittrattati bi prodotti mediċinali veterinarji li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 u sakemm il-perjodu ta’ irtirar stipulat ikun osservat qabel ma l-annimali jkunu inqatlu.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

    1. fiż-żmien ta’ l-importazzjoni, il-manifattura, il-ħażna, id-distribuzzjoni, il-bejgħ u l-użu tas-sustanzi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2 u 3 (a), il-pussess tagħhom ikun ristrett għall-persuni awtorizzati mil-leġislazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/676/KEE [15];

    2. barra minn dan l-iċċekkjar li hemm ipprovdut għalih fid-Direttivi li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tad-diversi prodotti konċernati, l-iċċekkjar uffiċjali li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/23/KE [16] jitwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr avviż minn qabel, bl-iskop li jkun aċċertat:

    (a) il-pussess jew il-preżenza ta’ sustanzi jew prodotti projbiti taħt l-Artikolu 2, intenzjonati li jkunu amministrati lil annimali għall-iskop ta’ simna;

    (b) it-trattament illegali ta’ l-annimali;

    (ċ) nuqqas li jkunu osservati l-perjodi ta’ l-irtirar li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 6;

    (d) nuqqas li jkunu osservati r-restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ ċerti sustanzi jew prodotti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5;

    3. it-testijiet tal-preżenza ta’:

    (a) is-sustanzi li hemm referenza għalihom fil-punt 1 fl-annimali, fl-ilma tax-xorb ta’ annimali u f’postijiet fejn l-annimali jkunu mrobbija u miżmuma;

    (b) residwi tas-sustanzi msemmija qabel f’annimali ħajjin, l-eskrementi u l-fluwidi tal-ġisem tagħhom u fit-tessuti u l-prodotti ta’ annimali

    jitwettqu skond l-Annessi III u IV għad-Direttiva 96/23/KE;

    4. fejn l-iċċekkjar li hemm provdut għalih fil-punti 2 u 3 jikxfu:

    (a) il-preżenza ta’ sustanzi jew prodotti l-użu u l-pussess ta’ liema huwa pprojbit, jew il-preżenza ta’ residwi ta’ sustanzi l-amministrazzjoni ta’ liema taqa’ taħt it-titolu ta’ trattament illegali, tali sustanzi jew prodotti għandhom ikunu konfiskati, waqt li kwalunkwe annimali ttrattati jew laħam minnhom ikun imqiegħed taħt is-superviżjoni sakemm il-pieni mitluba jkunu ġew applikati;

    (b) nuqqas li jkunu mħarsa r-regolamenti tal-punti 2 (b) u (ċ), l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa konsistenti mal-gravità tal-ksur.

    Artikolu 9

    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 81/851/KEE, impriżi li jixtru jew jipproduċu sustanzi li jkollhom azzjoni tirostatika, ostroġenika, androġenika jew ġestaġenika u beta-agonists, impriżi awtorizzati fi kwalunkwe kapaċità biex ipoġġu fis-suq tali sustanzi u impriżi li jixtru jew jipproduċu prodotti farmaċewtiċi u mediċinali veterinarji minn tali sustanzi għandhom ikunu mitluba jżommu reġistri li jiddettaljaw, f’ordni kronoloġika, kwantitajiet prodotti jew miksuba u dawk mibjugħa jew użati għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi u mediċinali veterinarji u l-ismijiet tal-persuni li lilhom tali kwantitajiet kienu mibjugħa jew mingħand min kienu mixtrija.

    L-informazzjoni t’hawn fuq għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħha u, fil-każ ta’ rekords kompjuterizzati, fil-forma ta’ printout.

    Artikolu 10

    Fejn ir-riżultati ta’ l-iċċekkjar mwettqa fi Stat Membru juru nuqqas ta’ ħarsien tal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fil-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-annimali jew il-prodotti, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jirrikorru għad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar l-Assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar materji veterinarji u żotekniċi [17].

    Artikolu 11

    1. Pajjiżi barra l-Komunità fejn il-leġislazzjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni ta’ stilbenes, derivattivi ta’ l-istilbene, il-melħ u l-esters tagħhom, jew sustanzi tirostatiċi għall-amministrazzjoni lil annimali ta’ kull speċi jistgħu ma jidhrux fuq kwalunkwe listi ta’ pajjiżi li hemm ipprovdut għalihom taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati biex jimpurtaw annimali tar-razzett jew ta’ l-akwakultura jew laħam jew prodotti miksuba minn tali annimali.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu wkoll l-importazzjoni minn pajjiżi barra l-Komunità fuq kull lista msemmija fil-paragrafu 1 ta’:

    (a) annimali tar-razzett jew ta’ l-akwakultura

    (i) lil liema prodotti jew sustanzi li hemm referenza għalihom fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 2 ikunu ġew amministrati b’kull meżż li jkunu;

    (ii) lil liema sustanzi jew prodotti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 3 ikunu ġew amministrati, diment li dawk is-sustanzi jew prodotti kienu amministrati f’konformità mad-disposizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4, 5 u 7 u l-perjodi ta’ irtirar permessi f’rakkomandazzjonijiet internazzjonali jkunu ġew osservati;

    (b) laħam jew prodotti miksuba minn annimali l-importazzjoni ta’ liema hija pprojbita taħt il-punt (a).

    3. Madankollu, annimali maħsuba għat-trobbija, annimali tat-trobbija fl-aħħar tal-ħajja riproduttiva tagħhom, jew laħam minnhom, minn pajjiżi barra l-Komunità jistgħu jkunu importati suġġetti għall-garanziji mogħtija ta’ l-anqas ekwivalenti għal dawk stipulati f’din id-Direttiva, li kienu ġew stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33 tad-Direttiva 96/23/KE għall-iskop biex jagħti effett lill-Kapitolu V ta’ dik id-Direttiva.

    4. Iċċekkjar dwar importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunità għandu jitwettaq skond l-Artikolu 4 (2) (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ iċċekkjar fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi barra minnha [18] u l-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ iċċekkjar veterinarju dwar prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi barra minnha [19].

    Artikolu 12

    Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata dwar proposta mill-Kummissjoni, jista’ jadotta miżuri transitorji meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ l-arranġamenti pprovdut għalihom f’din id-Direttiva.

    Artikolu 13

    1. Id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299KEE huma għalhekk imħassra sa minn l-1 ta’ Lulju 1997.

    2. Referenzi magħmula biex ikunu mħassra għandhom jitqiesu bħala magħmulin għal din id-Direttiva u għalhekk għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

    Artikolu 14

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi, inklużi kwalunkwe pieni, meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fl-1 ta’ Lulju 1997 l-iktar tard. Huma għalhekk għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza dwar l-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom ssir tali referenza għandhom ikunu stipulati minn l-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    3. Sakemm titwettaq l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward il-beta-agonists, ir-regoli nazzjonali relevanti għandhom ikomplu japplikaw f’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

    Artikolu 15

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 16

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 29 ta’ April 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Luchetti

    [1] ĠU C 302, tad-9.11.1993, p. 8 u ĠU C 222, ta’ l-10.8.1994, p. 16.

    [2] ĠU C 128, tad-9.5.1994, p. 107.

    [3] ĠU C 52, tad-19.2.1994, p. 30.

    [4] ĠU L 222, tas-7.8.1981, p. 32. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 85/358/KEE (ĠU L 191, tat-23.7.1985, p. 46).

    [5] ĠU L 70, tas-16.3.1988, p. 16. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Aċċessjoni tal-1994.

    [6] ĠU L 128, tal-21.5.1988, p. 36.

    [7] ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 95/23/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7).

    [8] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Aċċessjoni ta’ l-1994.

    [9] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/68/KE (ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 10).

    [10] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Aċċessjoni ta’ l-1994.

    [11] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/71/KE (ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 40).

    [12] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/40/KEE (ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31).

    [13] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 16. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/40/KEE (ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31).

    [14] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 1.

    [15] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 15.

    [16] Ara p. 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [17] ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.

    [18] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/157/KE (ĠU L 103, tas-6.5.1995, p. 40).

    [19] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/52/KE (ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 16).

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Tabella ta' Korrelazzjoni

    Din id-Direttiva | Id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE, 88/299/KEE |

    | |

    Artikolu 1 (1) | Artikolu 1 (1) | 81/602/KEE |

    Artikolu 1 (1) | 88/146/KEE |

    Artikolu 1 (2) (a) u (b) | Artikolu 1 (2) | 81/602/KEE |

    Artikolu 1 (2) | 88/146/KEE |

    Artikolu 2 (1) (b) | 88/299/KEE |

    Artikolu 2 (a) | Artikolu 3 | 81/602/KEE |

    Artikolu 2 (b) | – | |

    Artikolu 3 | Artikolu 2 | 81/602/KEE |

    Artikolu 4 (1) | Artikolu 4 | 81/602/KEE |

    Artikolu 2 u l-Artikolu 3 (b) | 88/146/KEE |

    Artikolu 2 (1) (a) u (2) (4) | 88/299/KEE |

    Artikolu 4 (2) | – | |

    Artikolu 5 | Artikolu 4 | 81/602/KEE |

    Artikolu 2 (1) (b) u (2) (4) | 88/299/KEE |

    Artikolu 6 | Artikolu 2 (3) | 88/299/KEE |

    Artikolu 7 (1) | Artikolu 7 | 88/146/KEE |

    Artikolu 2 u 3 | 88/299/KEE |

    Artikolu 7 (2) | Artikolu 4 | 88/299/KEE |

    Artikolu 8 | Artikolu 7 | 81/602/KEE |

    Artikolu 9 | Artikolu 4 | 88/146/KEE |

    Artikolu 10 | – | |

    Artikolu 11 (1) | – | |

    Artikolu 11 (2) | Artikolu 6 (1) u 6 (2) | 88/146/KEE |

    Artikolu 11 (3) | Artikolu 5 | 88/299/KEE |

    Artikolu 11 (4) | Artikolu 6 (7) | 88/146/KEE |

    Artikolu 12 | – | |

    Artikolu 13 | – | |

    Artikolu 14 | – | |

    Artikolu 15 | – | |

    Artikolu 16 | – | |

    L-Anness | – | |

    --------------------------------------------------

    Top