This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0020
Commission Directive 96/20/EC of 27 March 1996 adapting to technical progress Council Directive 70/157/EEC relating to the permissible sound level and the exhaust system of motor vehicles (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/20/KE tas-27 ta’ Marzu 1996 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li tirrigwarda l-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/20/KE tas-27 ta’ Marzu 1996 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li tirrigwarda l-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur
ĠU L 92, 13.4.1996, p. 23–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31970L0157 | Tlestija | anness 1 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | ANN5 DEVIENT anness 3 | |||
Modifies | 31970L0157 | ANN6 DEVIENT anness 4 | |||
Modifies | 31970L0157 | Tlestija | anness 2 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | Emenda | artikolu 2BIS.2 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | abolizzjoni | anness 4 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | Emenda | artikolu 3 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | abolizzjoni | anness 3 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | Emenda | artikolu 2.2 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | Emenda | anness 3 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | Emenda | artikolu 1 | 03/05/1996 | |
Modifies | 31970L0157 | Tlestija | Test | 03/05/1996 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31996L0020R(01) | ||||
Repealed by | 32014R0540 |
Official Journal L 092 , 13/04/1996 P. 0023 - 0035
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/20/KE tas-27 ta’ Marzu 1996 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li tirrigwarda l-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur (text b’relevanza ŻEE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibli tal-ħoss permissibli u s-sistema ta’ l-exhaust ta’ vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/97/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi d-Direttiva 70/157/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentament, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jirigwardjaw is-sistemi, l-komponenti, u l-unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi huma applikabbli għal din id-Direttiva; Billi, partikolarment, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata ikollha magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti ta’ l-Anness I għall-dik id-Direttiva u ukoll iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI ta’ magħha sabiex dik l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi ikkompjuterizzata; Billi, l-iżviluppi riċenti fit-teknoloġija tal-magni jagħmluha meħtieġa li tiddefinixxi b’mod aktar espliċitu l-proċess tat-testijiet, partikolarment fil-każ ta’ vetturi tqal, sakemm u safejn tkun ikkonċernata il-fattibiltà u r-repetizzjoni ta’ dawn it-testijiet. Billi d- dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. L-Artikoli tad-Direttiva 70/157/KEE għandhom ikunu emendati kif ġej: - l-Artikolu 1, biex fl-aħħar jaqra: "… linji u tratturi agrikoli u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.", - fl-Artikolu 2, tieni nċiż, u fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 2, isssostitwixxi "l-Artikolu 9a’ bi ‘l-Artikolu 2", - fl-Artikolu 3, issostitwixxi ‘l-Anness bi "l-Annessi". 2. L-Anness tad-Direttiva 70/157/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1996 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew is-sistema ta’ l-exhaust: - jirrifjutaw, fil-każ ta’ tip ta’ vettura, jew tip ta’ sistema ta’ l-exhaust, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ sistemi ta’ l-exhaust, jekk il-vetturi jew is-sistemi ta’ l-exhaust ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri: - m’għandhomx jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u - għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ta’ vettura għall-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-livell permissibbli tal-ħoss u għal tip ta’ sistema ta’ l-exhaust, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma’ jkunux sodisfatti. 3. Minkejja l-paragrafu 2, għall-iskopijiet tal-partijiet tat-tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni ta’ tip tal-KE, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz, ta’ sistemi ta’ l-exhaust skond verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 70/157/KEE, basta li dawn is-sistemi ta’ l-exhaust: - li huma maħsuba biex jiwaħħlu f’vetturi li qegħdin jintużaw diġà, u - li huma konformi mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabli meta l-vetturi kienu ġew irreġistrati għall-ewwel darba. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1996. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għall-din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi ta’ dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Marzu 1996. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 266, tat-8.11.1995, p. 1. [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 16. [4] ĠU L 371, tad-19.12.1992, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista ta’ l-Annessi għandha tiddaħħal bejn l-Artikoli u l-Anness I biex taqra: Lista ta’ l-Annessi L-ANNESS I: | Approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-livell ta’ ħoss ta’ tip ta’ vettura bil-mutur: Appendiċi 1Id-dokument ta’ informazzjoniAppendiċi 2Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip | L-ANNESS II: | L-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistemi ta’ l-exhaust bħala unitajiet tekniċi separati: Appendiċi 1Id-dokument ta’ informazzjoniAppendiċi 2Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tipAppendiċi 3Mudell għal marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE | L-ANNESS III: | Verifiki dwar il-konformità tal-produzzjoni | L-ANNESS IV: | Speċifikazjonijiet tal-korsa tat-testijiet | . Emendi għall-Anness I: In-nota ta’ qiegħ il-paġna għall-punt 1.1.7. għandha tkun emendata biex taqra: "(1) Skond d-definizzjonijiet mgħotija fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE." Il-punt 2.1 għandu jiġi emendat biex jaqra: "2.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ ħoss għandha tkun sottomessa mill-fabbrikant tal-vettura." Il-punt 2.2 għandu jiġi emendat biex jaqra: "2.2. Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa mogħti fl-Appendiċi 1." Il-punti 2.2.1 sa 2.2.4 inklużi għandhom jiġu mħassra. Fil-punt 2.3. il-kliem ‘jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu’ għandhom jiġu mħassra. Il-punt 2.5 għandu jiġi mħassar. Il-punt 4 għandu jiġi emendat biex jaqra: "4. Għoti ta’ l-approvazjoni tat-tip tal-KE 4.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156 KEE għandha tingħata. 4.2. Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip huwa mogħti fl-Appendiċi 2.’ 4.3. Numru ta’ l-approvazzjoni bi qbil ma l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil-tip ta’ vettura oħra." Fil-punt 5.2.1.2. ‘l-Anness III’ għandu jaqra "l-Appendiċi 2". Fil-punt 5.2.2.3.1. ‘l-Anness VI’ għandu jaqra "l-Anness IV". Fil-punt 5.2.2.3.4. it-test tat-tieni paragrafu għandu jaqra: "‘It-tyres użati għat-test huma magħżula mill-fabbrikant tal-vettura u għandhom ikunu konformi mall-prattika kumerċjali u jkunu disponnibbli fis-suq; għandhom jikkorrespondu għal waħda mid-deskrizzjoni tad-daqs tat-tyre (Ara l-punt 2.17. ta’ l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE [1] indikata għall-vettura mill-fabbrikant tal-vettura skond il-punt 1.5 għall-Addendum ta’ l-Appendiċi 2 u fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M1 u N1 jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 89/459/KEE rigward il-fond minimu tal-profondità; għal vetturi ta’ kategoriji oħra, il-fond minimu tal-profondità speċifikat fid-Direttiva 89/459/KEE għandu jkun applikat daqs li kieku l-vetturi kienu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. It-tyres għandhom jintefħu għal pressjoni xierqa għat-test tal-massa tal-vettura." Fil-punt 5.2.2.4.3.3.1.1. fit-tmiem tat-tielet paragrafu, għandu jkun miżjud: "Jekk il-veloċità tal-magna "S" għadha tkun milħuqa bil-veloċità ta’ magna ta’ avviċinament li tikkorrespondi għal veloċità ta’ stennija, imbagħad it-test għandu jsir biss fit-tielet gear u r-riżultati relevanti għandhom ikunu evalutati." Fil-punt 5.2.2.4.3.3.1.2. għandu jiżdied fl-aħħar: "B’dana kollu, il-vettura titqies li hi rappreżentattiva ta’ dan it-tip ukoll, jekk, fuq talba ta’ l-applikant, it-testijiet ikunu estiżi fuq aktar relattività milli previst, u l-ogħla livell ta’ ħoss jinkiseb bejn ir-relattivitajiet estremi li jkunu ġew ittestjati." Fil-punti 5.2.3.1. u 5.2.3.5.1. ‘l-Anness III’ għandu jaqra "l-Appendiċi 2". Fil-punti 5.3.2. "l-Artikolu 8(3)" għandu jaqra "l-Artikolu 11(2) jew 11 (3)". Il-punt 6 għandu jaqra: "6. Il-modifiki tat-tip u l-emendi għall-approvazzjonijiet 6.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw." Is-sub-punti tal-punt 7. għandhom jaqraw: "7.1. Miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 7.2. Dispożizzjonijiet speċjali: 7.2.1. It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk stabbiliti fl-Anness III (1) għal din id-Direttiva. 7.2.2. Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 2.4 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE hija normalment darba kull sentejn." Wara l-figura 4 dawn l-Appendiċi 1 u 2 li ġejjin għandhom jiżdiedu: " Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi 2 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ " Emendi għall-Anness II: Fil-punt 0. "l-Artikolu 9a" għandu jkun sostitwit b’ "l-Artikolu 2". Il-punt 2.1 għandu jkun emendat biex jaqra: "2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ sistema ta’ l-exhaust ta’ tibdil jew inkella komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tkun sottomessa mill-fabbrikant tal-vettura jew mill-fabbrikant ta’ l-unità teknika separata in kwistjoni." Il-punt 2.2 huwa emendat biex jaqra: "2.2. Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa mgħoti fl-Appendiċi 1." Il-punti 2.2.1. sa 2.2.3 inklużi, 2.4 u 3.1.3 għandhom jiġu mħassra. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) għall-punti 2.3.3 u 5.2.1 għandha tiġi emendata biex taqra: [(] " Kif preskritt fil-verżjoni ta’ din id-Direttiva li kienet applikabli għal approvazjoni tat-tip tal-vettura." Il-punti 3., 3.1., 3.1.1., 3.1.2. u 3.2. għandhom jiġu numerati mill-ġdid 2.4., 2.4.1., 2.4.1.1., 2.4.1.2. u 2.4.2., rispettivament. Il-punt 4 għandu jiġi numerat mill-ġdid 3. u għandu jiġi emendat biex jaqra: "3. L-għoti ta’ l-approvazjoni tat-tip tal-KE 3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156 KEE, għandha tingħata. 3.2. Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa mogħti fl-Appendiċi 2.’ 3.3. Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ sistema ta’ l-exhaust ta’ tibdil jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; is-sezzjoni 3 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva emendatorja li kienet applikabbli fil-waqt ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil sistema oħra ta’ l-exhaust ta’ jew tal-komponent tagħha." Punt ġdid 4. għandu jiżdied biex jaqra: "4. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. 4.1. Kull sistema ta’ tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponent tagħha, esklużi l-materjali tat-twaħħil u tat-tubi, li huma konformi għal tip approvat permezz ta’ din id-Direttiva għandha jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. 4.2. Il-marka ta’ l-approvazjoni tat-tip tal-KE għandha tikkonsisti f’rettangolu li jdawwar l-ittra żgħira ‘e’ segwita bl-ittra(i) jew in-numru li jiddistingwixxuhom ta’ l-Istat Membru li jkunu ta l-approvazzjoni: "1" għall-Ġermanja "2" għal Franza "3" għall-Italja "4" għall-Olanda "5" għall-Isvezja "6" għall-Belġju "9" għal Spanja "11" għar-Renju Unit "12" għall-Awstrija "13" għal-Lussemburgu "17" għall-Finlandja "18" għad-Danimarka "21" għall-Portugall "23" għall-Greċja "IRL" għall-Irlanda Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu ‘in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni’ li jinsab fis-Sezzjoni 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li kienet applikkabli fid-data ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għad-Direttiva 70/157/KEE, in-numru tas- sekwenza huwa 00; għad-Direttiva 77/212/KEE in-numru tas-sekwenza huwa 01; għad-Direttiva 84/424/KEE in-numru tas-sekwenza huwa 02; għad-Direttiva 92/97/KEE in-numru tas-sekwenza huwa 03. 4.3. Il-marka għandha tkun tinqara sewwa u ma titħassarx anke meta s- sistema ta’ tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponenet tiegħu tkun imwaħħla mal-vettura. 4.4. Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-huwa muri fl-Appendiċi 3." Il-punt 6. għandu jiġi mibdul bil-punti ġodda li ġejjin 6. u 7.: "6. Il-modifika tat-tip u l-emendi għall-approvazzjonijiet 6.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-disposizjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 7. Konformità tal-produzzjoni 7.1. Miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 7.2. Dispożizzjonijiet speċjali: 7.2.1. It-testi riferiti fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fl-Anness III (1I) ta’ din id-Direttiva. 7.2.2. Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 2.4 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE hija normalment darba kull sentejn." Wara l-figura 3 għandhom jiżdiedu l-Appendiċi 1, 2 u 3 li ġejjin: " Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ Appendiċi 2 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi 3 MUDELL TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE +++++ TIFF +++++ Is-sistema ta’ l-exhaust jew ta’ komponent tagħha li għandha l-marka ta’ l-approvazjoni tat-tip tal-KE kif jidher hawn fuq huwa apparat li ġie approvat fi Spanja (e 9) skond id-Direttiva 92/97/KEE (03) taħt in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni 0148. Il-figuri użati huma biss indikattivi. " Emendi għall-Annessi III, IV, V u VI: L-Annessi III u IV għandhom jitħassru: l-Anness V jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness III. Fl-Anness III (I) il-punt 2 għandu jaqra: "2. Proċeduri tat-testijiet Il-metodi tat-testijiet, il-kondizzjonijiet u l-kejl, l-istrumenti tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu dawk deskritti fl-Anness I. Il-vettura(i) taħt it-test għandha tkun soġġetta għal test tal-kejl tal-ħoss ta’ vettura miexja kif deskritt fil-punt 5.2.2. ta’ l-Anness I." L-Anness VI għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala l-Anness IV. [1] ĠU L 129, ta’ l-14.5.1992, p. 95. -------------------------------------------------- Lista ta’ l-Annessi L-ANNESS I: | Approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-livell ta’ ħoss ta’ tip ta’ vettura bil-mutur: Appendiċi 1Id-dokument ta’ informazzjoniAppendiċi 2Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip | L-ANNESS II: | L-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistemi ta’ l-exhaust bħala unitajiet tekniċi separati: Appendiċi 1Id-dokument ta’ informazzjoniAppendiċi 2Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tipAppendiċi 3Mudell għal marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE | L-ANNESS III: | Verifiki dwar il-konformità tal-produzzjoni | L-ANNESS IV: | Speċifikazjonijiet tal-korsa tat-testijiet | -------------------------------------------------- Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Appendiċi 2 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Appendiċi 2 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- Appendiċi 3 MUDELL TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE +++++ TIFF +++++ Is-sistema ta’ l-exhaust jew ta’ komponent tagħha li għandha l-marka ta’ l-approvazjoni tat-tip tal-KE kif jidher hawn fuq huwa apparat li ġie approvat fi Spanja (e 9) skond id-Direttiva 92/97/KEE (03) taħt in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni 0148. Il-figuri użati huma biss indikattivi. --------------------------------------------------