This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0016
Council Directive 96/16/EC of 19 March 1996 on statistical surveys of milk and milk products
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib
ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/01/2014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31972L0280 | 01/01/1997 | |||
Implicit repeal | 31973L0358 | Revoka parzjali | Test | 01/01/1997 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32003L0107 | Emenda | artikolu 6.3 | 02/02/2004 | |
Modified by | 32003L0107 | abolizzjoni | artikolu 4.2 | 02/02/2004 | |
Modified by | 32003L0107 | Emenda | artikolu 4.1 | 02/02/2004 | |
Modified by | 32003L0107 | Emenda | artikolu 5.2 | 02/02/2004 | |
Modified by | 32003R1882 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 20/11/2003 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 5.2 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 1PT2) | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 6.1 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 3.3 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 3.2 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32013R1350 | Sostituzzjoni | artikolu 6.1 L1 | 10/01/2014 | |
Modified by | 32013R1350 | Sostituzzjoni | artikolu 3.3 | 10/01/2014 | |
Modified by | 32013R1350 | Sostituzzjoni | artikolu 3.2 | 10/01/2014 | |
Modified by | 32013R1350 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 10/01/2014 | |
Modified by | 32013R1350 | Sostituzzjoni | artikolu 5.2 L2 | 10/01/2014 | |
Modified by | 32013R1350 | Żieda | artikolu 6 BI | 10/01/2014 | |
Modified by | 32013R1350 | Sostituzzjoni | artikolu 1 PT 2 | 10/01/2014 | |
Repealed by | 32022R2379 | 01/01/2025 |
Official Journal L 078 , 28/03/1996 P. 0027 - 0029
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi d-Direttiva tal-Kunsill 72/280/KEE tal-31 ta’ Lulju 1972 fuq stħarriġ statistiku li jrid isir mill-Istati Membri fuq ħalib u prodotti tal-ħalib [3] ġiet emendata f’diversi okkażżjonijiet; billi, fid-dawl ta’ l-emendi ġodda, huwa fl-interess tat-trasparenza li jirriformulaw id- dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva; Billi sabiex teżegwixxi d-doveri taħt it-Trattat u taħt id-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib, il-Kummissjni għandha bżonn informazzjoni affidabbli dwar il-produzzjoni u l-użu tal-ħalib u informazzjoni regolari, affidabbli, ta’ terminu qasir dwar il-fornitura ta’ ħalib lill-intrapriżi li jittrattaw jew jiproċċessaw il-ħalib u l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ ħalib fl-Istati Membri; Billi għandu jsir stħarriġ fuq il-produzzjoni u l-użu tal-ħalib fir-razzett skond kriterji uniformi u f’detall akbar, u stħarriġ ta’ kull xahar għandu jsiru f’kull Stat Membru fl-intrapriżi li jipproċċessaw il-ħalib; Billi, sabiex jinkisbu riżultati paragunabbli, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni fir-rigward ta’ l-iskop ta’ l-istħarriġ, il-karatteristiċi li għandhom jiġu nnotati u l-proċedura ta’ l-istħarriġ; Billi esperjenza akkwistata fl-implimentazzjoni tar-regoli preċedenti wriet li jkun utli li jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari bit-tneħħija tal-bżonn li jingħataw riżultati kull ġimgħa; Billi, minħabba l-importanza dejjem tikber tal-kontenut tal-proteini fil-ħalib u prodotti tal-ħalib għandhom jittieħdu l-passi xierqa; Billi, biex tkun faċilitata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, huwa xieraq biex tissokta l-ko-operazzjoni mill-qrib bejn Stati Membri u l-Kummissjoni, partikolarment fil-Kumitat Permanenti għall-Istatistiċi tfl-Agrikoltura stabbilit bid-Deċiżjoni 72/279/KEE [4], ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Istati Membri: 1. għandhom jistħarrġu l-unitajiet ta’ l-isħarriġ speċifikati fl-Artikolu 2 għad-data specifikati fl-Artikolu 4, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ kull xahar, annwali jew triennali; 2. għandhom iwettqu stħarriħ kull sena fuq il-produzzjoni tal-ħalib u l-użu tiegħu fl-ażjendi agrikoli kif imfissra skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7; 3. bla ħsara għal-ftehim tal-Komunità, jistgħu jużaw data minn sorsi uffiċjali oħra. Artikolu 2 L-istħarriġ msemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkopri: 1. impriżiimpriżi jew ażjendi agrikoli li jixtru ħalib sħiħ jew, f’ċerti każi, prodotti tal-ħalib, jew direttament mill-ażjendi agrikoli jew minn impriżi msemmija fil-punt 2, bil-għan li jiġu trasformati fi prodotti tal-ħalib; 2. impriżi li jiġbru l-ħalib jew il-krema biex jittrasferuh jew b’mod integru jew f’partijiet, mingħajr l-ebda proċessar, lill-intrapriżi msemmija fil-punt 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura xierqa biex jimpedixxu kemm jista’ jkun d-duplikazzjoni tar-riżultati. Artikolu 3 1. Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘ħalib’ tfisser il-ħalib tal-baqar, nagħaġ, mogħoż u bufli. L-istħarriġ ta’ kull xahar li hemm provdut fl-Artikolu 4(1)(a) għandu jkopri biss ħalib tal-baqra u prodotti ffabbrikati esklussivament mill-ħalib tal-baqra. 2. L-elenku ta’ prodotti tal-ħalib kopert mill-istħarriġ għandu ikun adottat skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7. Dan l-elenku jista’ jigi emendat skond l-istess proċedura. 3. It-tifsiriet standard li għandhom jiġu wżati fil-komunikazzjoni tar-riżultati għall-prodotti varji għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7. Artikolu 4 1. L-istħarriġ msemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jippermetti li tingħata ta’ l-anqas l-informazzjoni msemmija f’punti (a), (b) u (ċ) hawn taħt. Kwestjonarji għandhom isiru b’mod li jimpedixxu d-duplikazzjoni. L-informazzjoni għandha tirrelata għal: (a) kull xahar: (i) il-kwantità u kontenut ta’ grass tal-ħalib u krema miġbura u l-kontenut ta’ proteina tal-ħalib tal-baqra miġbura; (ii) il-kwantità ta’ ċertu prodotti tal-ħalib frisk ipproċċessat u disponibbli għal konsenja u ta’ċertu prodotti tal-ħalib ifabbrikati; (b) Ta’ kull sena: (i) il-kwantità, kontenut tal-grass u kontenut ta’ proteini tal-ħalib u krema disponibbli; (ii) il-kwantità ta’ prodotti tal-ħalib frisk li ġie pproċċessat u li hu disponibbli għal konsenja, u ta’ prodotti tal-ħalib ifabbrikati oħra, imqassma skond it-tip; (iii) l-użu ta’ materjali mhux maħduma fil-forma ta’ ħalib integru u ħalib xkumat u l-ammont ta’ grass użat fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib; (ċ) kull tliet snin (mill-31 ta’ Diċembru 1997): in-numru ta’ unitajiet ta’ stħarriġ msemmija fl-Artikolu 2, imqassma skond id-daqs tal-klassi. 2. Bil-għan li tkun analizzata, fi żmien tliet snin ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva l-possibbiltà li tiġi estiża l-informazzjoni statistika ta’ kull sena msemmija fil-punt (b) sabiex tinkludi l-kontenut ta’ proteini tal-prodotti tal-ħalib ewlenien, l-Istati Membri għandhom matul dak il-perjodu jagħmlu stħarriġ jew studji biex jilħqu dak l-oġġettiv. Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ xogħol għal kull wieħed minn dawn it-tliet snin. L-Istati Membri għandhom jagħtu ta’ kull sena lill-Kummissjoni rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ t-tali programm, inkluz id-data statistika disponibbli u l-informazzjoni meħtieġa għall-interpretazzjoni tagħha. Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-istħarriġmsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun eżawrjenti fil-kaz ta’ imħaleb li jammontaw għal mhux inqas minn 95 % tal-ħalib tal-baqra miġbur mill-Istat Membru, bil-bilanċ ikun stmat fuq il-bażi ta’ kampjuni rappreżentativi jew sorsi oħra. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-istħarriġ ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 4(1)(a) fil-format ta’ stħarrig kampjun. F’dak il-kaz l-iżball tal-kampjun m’għandux jeċċedi 1 % tal-ġbir nazzjonali totali (b’ intervall ta’ kunfidenza ta’ 68 %). 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura xierqa sabiex jiksbu riżultati komprensivi u suffiċjentement preċiżi. Għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni fil-format ta’ rapport metodoloġiku kull informazzjoni li twassal sabiex il-preċiżjoni tar-riżultati trasmessi jiġu valutati, b’mod partikolari: (a) il-kwestjonarji wżati; (b) il-prekawzjonijiet meħuda sabiex jiġi skansat għadd doppju; (ċ) il-metodi użati għat-trasferriment ta’ data miksuba mill-kwestjonarju ta’ t-tabelli tal-Komunità. Ir-rapporti metodoloġiċi, id-disponibbilità u s-sikurezza ta’ data u kull materja oħra relatata ma’ l-implimentazzjoni ta’ t-tali Direttiva għandha tiġi eżaminata darba fis-sena fil-parti ta’ ħidma rilevanti tal-Kumitat Permanenti għall-Istatistika fl-Agrikoltura. L-ewwel rapport metodologiku għandu jiġi mgħoddi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Artikolu 6 1. Tabelli għat-trasmissjoni ta’ data) għandhom jiġu ppreparati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7. Dawn it-tabelli għandhom jiġu emendati skond l-istess proċedura. 2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu r-riżultati msemmija fil-paragrafu 3, inkluz data li huma kkunsidrati kunfidenzjali taħt leġislazzjoni nazzjonali jew regoli applikati fir-rigward ta’ kunfidenzjalità fuq statistika, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta’data bla ħsara għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [5]. 3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu għamlu sommarju ta’ l-informazzjoni, u mhux aktar tard minn: (a) ħamsa u erbgħin jum wara l-aħħar tax-xahartar-ritorn, ir-riżultati ta’ kull xahar msemmija fl-Artikolu 4(1)(a); (b) f’Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena tar-ritorn: - ir-riżultati ta’ kull sena li għaliha saret referenza fl-Artikolu 4(1)(b); - ir-rapport ta’ l-implimentazzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 4(2); (ċ) f’Settembru tas-sena ta’ wara tad-data tar-ritorn, ir-riżultati msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(1)(ċ). 4. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri u tinnotifikhom bir-riżultati kollha. Artikolu 7 1. Meta l-proċedura li ġiet preskritta f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-President tal-Kumitat Permanenti fuq Statistika fl-Agrikoltura (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-‘Kumitat’) għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat, li jaġixxi kemm fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-President jista’ jiffissa skond l-urgenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranzapreskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-kaz ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq kull proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jitwieżnu bil-mod preskritt f’dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri maħsuba jekk huma skond l-opinjoni tal-kumitat. (b) Jekk il-miżuri kkunsidrati m’humiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tagħti lill-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. (ċ) Jekk, ma’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur mid-data ta’ referenza tal-proposta lill-Kunsill, il-Kunsill ma jaġixxix, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 8 Mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1999, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill rapport fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fl-istess żmien għandha tagħti, b’mod partikolari, ir-riżultati ta’ l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4(2) akkompanjati fejn xieraq bi proposti rigward perjodu definittiv. Artikolu 9 1. Id-Direttiva 72/280/KEE għandha tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 1997. 2. Ir-referenzi għar-revoka tad-Direttiva 72/280/KEE għandhom jiftehmu bħala referenza għal din id-Direttiva. Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1997. Għandhom minnufiħ jinformaw il-Kummissjoni dwar dan. Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif din ir-referenza ssir għandha tkun preskritta mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 11 Di id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara li tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Marzu 1996. F’isem il-Kunsill W. Luchetti Il-President [1] ĠU C 321, ta’ l-1.12.1995, p. 6. [2] ĠU C 32, tal-5.2.1996. [3] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 2. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994. [4] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1. [5] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1. --------------------------------------------------