This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996F0610
96/610/JHA: Joint Action of 15 October 1996 adopted by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union concerning the creation and maintenance of a Directory of specialized counter-terrorist competences, skills and expertise to facilitate counter- terrorist cooperation between the Member States of the European Union
Azzjoni konġunta tal-15 ta' Ottubru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħila speċjalizzati anti-terroristiċi biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni anti-terroristika bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
Azzjoni konġunta tal-15 ta' Ottubru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħila speċjalizzati anti-terroristiċi biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni anti-terroristika bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU L 273, 25.10.1996, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/02/2016; Imħassar b' 32016R0095
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32016R0095 | 22/02/2016 |
Official Journal L 273 , 25/10/1996 P. 0001 - 0002
Azzjoni konġunta tal-15 ta' Ottubru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħila speċjalizzati anti-terroristiċi biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni anti-terroristika bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (96/610/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (b) tiegħu, Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju Unit, Waqt li jfakkar li, skond l-Artikolu K.1 (9) tat-Trattat, il-koperazzjoni tal-pulizija għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terrorismu hija meqjusa kwistjoni ta' interess komuni bejn l-Istati Membri; Billi fid-Dikjarazzjoni tiegħu dwar it-Terrorismu adottata fil-15 u s-16 ta Diċembru 1995, il-Kunsill Ewropew iddikjara li, sabiex jiġu prevjenuti u miġġielda b'mod effettiv azzjonijiet terroristiċi, hemm il-ħtieġa ta' kordinazzjoni bil-għaqal bejn l-Istati Membri; Billi l-Kunsill iqis li, waqt li diġà hekk koperazzjoni estensiva u effettiva bejn l-aġenziji kollha ta' l-Istati Membri responsabbli għall-ġlieda kontra t-terrorismu, huma għandhom ifittxu li jtejjbu dik il-koperazzjoni; Billi aġenziji nazzjonali kontra t-terrorismu, bi tweġiba għat-theddid varju terroristiku ffaċċat mill-Istati Membri, żviluppaw żoni ta' kompetenzi speċjalizzati, kapaċitajiet u ħila, li għandhom fil-prinċipju jintgħamlu disponibbli fuq it-talba tagħhom lill-aġenziji adattati fl-Istati Membri kollha kif u meta jkun hemm il-ħtieġa tagħhom; Billi l-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' dawn iż-żoni ta' kompetenzi speċjalizzati, kapaċitajiet u ħila jagħmilhom disponibbli f'firxa aktar wiesa' u malajr lill-aġenziji ta' l-Istati Membri kollha, u b'hekk tittejjeb il-kapaċita anti-terroristika ta' l-Istati Membri; Billi d-Direttorju maħsub minn din l-azzjoni konġunta m'huwiex maħsub li jissostitwixxi jew jaffettwa xi arranġamenti ezistenti bilaterali jew multilaterali għall-koperazzjoni anti-terroristika, li jkun il-mutur għall-iskambju ta' intelliġenza operazzjonali, lanqas ma jeħtieġ it-twaqqif ta' xi strutturi ġodda fil-Kunsill, ADOTTA DIN ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 1. Il-Kunsill b'dan jinnomina lir-Renju Unit bħala responsabbli matul il-fażi tal-bidu ta' sena biex jikkompila, iżomm u jiddissemina Direttorju ta' kompetenzi speċjalizzati anti-terroristiċi, kapaċitajiet u ħila, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" id-Direttorju'. Wara dan, il-kompitu għandu jkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza. 2. L-Istat Membru nominat għandu jaħtar uffiċċju partikolari biex jikkompila, jżomm u jiddissemina d-Direttorju hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "L-Amministratur tad-Direttorju". Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-kontribuzzjonijiet tagħhom biex jiddaħħlu fid-Direttorju lill-Amministratur tad-Direttorju. 2. L-Amministratur tad-Direttorju għandu jikkompila d-Direttorju fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri. 3. Meta jagħmlu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għad-Direttorju, l-Istati Membri għandhom jagħtu kont sħiħ tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà u l-protezzjoni stabbilita minn kull Stat Membru. 4. Sussegwentement l-Amministratur tad-Direttorju għandu jkun responsabbli għall-inkorporazzjoni eżatta ta' kull emenda u addizzjonijiet fid-Direttorju fuq il-bażi ta' aktar kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, u biex jiġbed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri għal dawn l-emendi u żidiet. 5. L-Amministratur tad-Direttorju għandu jkun responsabbli biex iżomm l-istatistika dwar l-użu tad-Direttorju, u jagħmel rapport darbtejn fis-sena lill-Kunsill dwar l-effettività ta' l-iskema. Artikolu 3 1. Kul Stat Membru għandu jikkontribwixxi lid-Direttorju indikazzjoni ta' xi kompetenzi speċjalizzati anti-terroristiċi, kapaċitajiet jew ħila li jkun żviluppa u li huwa jqis utli li jagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha. 2. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, li jistgħu konvenjentement jintgħamlu fuq pro-formi li għandhom jiġu mifthema fi ħdan il-Kunsill, għandhom bħala minimu jagħtu deskrizzjoni effiċjenti ta' kull kompetenza partikolari, kapaċita jew ħila biex jippermettu lill-aġenziji adattati fl-Istati Membri li jagħmlu deċiżjonijiet raġunati dwar ir-relevanza probabbli tagħhom fit-twettieq tad-dmirijiet tagħhom anti-terroristiċi. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ukoll jindikaw eżattament kif jista' jsir il-kuntatt, direttament u malajr, jew mal-lok li jipprovdi din il-kompetenza, kapaċita jew ħila jew ma' punt ċentrali ta' kuntatt ġewwa l-Istat Membru. 3. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornar ta' dawn id-dettalji ta' kuntatt fejn meħtieġ. 4. L-Istati Membri jistgħu f'kull żmien jikkontribwixxu daħliet addizzjonali għal, jew jitolbu li daħliet jiġu rtirati mid-Direttorju. 5. Ebda tagħrif personali, minbarra l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt meħtieġa għall-operazzjoni ta' l-iskema, ma għandhom jinżammu fid-Direttorju. Artikolu 4 1. Kull Stat Membru għandu jżomm kopja tad-Direttorju. Kull aġenzija relevanti fi Stat Membru li tixtieq li tutilizza xi kompetenza partikolari msemmija fid-Direttorju għandha tavviċina l-punt relevanti ta' kuntatt fl-Istat membru li jkun daħħal l-informazzjoni. 2. Stat Membru li jkun ikontribwixxa għal kompetenza, kapaċità jew ħila għad-Direttorju jista' jirrifjuta li jagħmilha disponibbli f'każ partikolari jekk iċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu. 3. L-Istati Membri jaqblu li, jekk jagħmlu kuntatt permezz tad-Direttorju, huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji bażiċi, li għandhom jiġu miftiehma mill-Kunsill, lill-Amministratur tad-Direttorju, biex tkun permessa s-sorveljanza effettiva ta' l-utilità tad-Direttorju. Artikolu 5 Id-deċiżjonijiet minn jew ġewwa l-Kunsill fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti bl-Artikoli 1, 3 u 4 għandhom isiru fuq il-bażi ta' unanimità. Artikolu 6 Din l-azzjoni konġunta għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-15 ta' Ottubru 1996. Għall-Kunsill Il-resident B. Howlin --------------------------------------------------