EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0580

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996, dwar il-proċedura għal attestazzjoni ta’ konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-purtieri ħitan (test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 254, 8.10.1996, p. 56–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/580/oj

31996D0580



Official Journal L 254 , 08/10/1996 P. 0056 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996, dwar il-proċedura għal attestazzjoni ta’ konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-purtieri ħitan

(test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(96/580/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni jeħtieġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta’ prodotti, tkunx meħtieġa sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika u kondizzjoni ta’ attestazzjoni ta’ konformità tajba biżżejjed, jew, biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa li jkun hemm korp approvat ta’ ċertifikazzjoni;

Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura adottata għandha tintwera fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew klassi ta’ prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jintwerew b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’riferenza għall-Anness III, għal kull prodott jew klassi ta’ prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura li għaliha saret riferenza f’punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà ta’ punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija f’punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija f’punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà b’sorveljanza kontinwa, ta’ punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-attestazzjoni ta’ konformità tal-prodotti u tal-klassijiet ta’ prodotti msemmija fl-Anness I għandha tkun skond proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

L-Artikolu 2

Il-prodotti msemmija fl-Anness II għandu jkollhom il-attestazzjoni tagħhom ta’ konformità skond proċedura li biha, flimkien mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jieħu sehem fil-verifika u s-sorveljanza ta’ kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

L-Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità, kif mogħtija fl-Anness III, għandha tintwera fl-ordnijiet għal standards armonizzati.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

PURTIERI ĦITAN

Settijiet ta’ purtieri ħitan biex jintużaw jew bħala ħitan esterni li mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar, jew bħala ħitan esterni soġġetti għall-ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar iżda li ma jinstabux f’xi waħda miċ-ċirkostanzi msemmija għal dawn il-prodotti fl-Anness II.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

SISTEMI TA’ GĦELUQ MINN NAR

Settijiet ta’ purtieri ħitan biex jintużaw bħala ħitan soġġetti għall-ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar, ikklassifikati taħt waħda mill-Ewroklassijiet A, B u C, fejn ir-reazzjoni għan-nar hija jew suxxettibbli għall-bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni (ġeneralment dawk li jkunu magħmula minn materja prima kombustibbli), jew li nbidlet minħabba li ddaħħlu ċerti aġenti, bħal fire retardants, iżda biss meta dawn il-komponenti aktarx li jkunu esposti għan-nar fis-sitwazzjoni ta’ l-użu aħħari tagħhom.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KLASSI TA’ PRODOTTI:

SETTIJIET TA’ PURTIERI ĦITAN (1/1)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu maħsub għalihom imsemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni/Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni Elettroteknika (CEN/Cenelec) huwa mitlub li jispeċifika s-sistema jew sistemi li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità skond standards armonizzati rilevanti:

Prodott/i | Użu/i maħsub/a għal għeluq minn nar | Livell/i u klassi/jiet (rejazzjoni għan-nar) | Sistema/i ta’ attestazzjoni ta’ konformità |

Settijiet ta’ purtieri ħitan | Bħala ħitan esterni soġġetti għall-ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar | A, B, C | 1 |

A, B jew C D, E jew F | 3 |

Bħala ħitan esterni li mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar | — | 3 |

--------------------------------------------------

Top